Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502
illum Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 Sports 32 Organizzata b'suċċess il-15-il Edizzjoni tal-MOC Sports Awards ATLETI minn 23 assoċjazzjoni nazzjonali tal-isport, nhar is-Sibt 3 ta' Diċembru ġew ippremjati mill-Kumitat Olimpiku Malti fil-15 l-Edizzjoni tal-MOC Sports Awards li saret fil-Lukanda Corinthia, f 'Ħ'Attard. Dawk nominati kienu ppremjati f 'xi waħda mill-kategoriji fosthom dik speċjali, bronż, fidda u deheb kif ukoll dik tal-platinum. Minn din l-edizzjoni, il-KOM introduċa wkoll il- kategorija intiża li tagħti rikonoxximent speċjali lil dawk l-atleti jew timijiet li jkunu kisbu suċċess li jmur lil hinn mir-riżultati miksuba. Fl-edizzjoni ta' din is-sena kien hemm ukoll għaxar Kunsilli Lokali nominati għar-rikonoxximent lil dak il-Kunsill li jkun wettaq attività sportiva fi ħdan il- komunità tal-lokal. Kif sar fl-edizzjonijiet kollha tal-MOC Sports Awards, din is-sena wkoll daħlu membri ġodda fl- MOC Hall of Fame. Għas-serata ta' premjazzjoni, filwaqt li l-mistieden speċjali kien it- tiratur Roberto Di Donna - rebbieħ tal-medalji tad- deheb u bronż fl-Olimpijadi ta' Atlanta fl-1996, l-ispettaklu kien f 'idejn Kinetic Dance Studio mmexxi minn Daphne Gatt, filwaqt li mistieden speċjali ieħor kien Mieszko Wlodarczyk fejn bil-ballun tal-basketball jagħmel l-l- impossibbli jsir possibbli. Il-Preżentatur tas-serata kien Charles Camenzuli li fil-passat kien ukoll ippreżenta dawn l-Unuri fl-2008 u fl-2011. Is-serata xxandrer fi trażmissjoni diretta fuq TVM 2. Min daħal fil-Hall of Fame Theresa Brousson: Minn meta bdiet l-isquash fl- 1980, bejn l-1982 – 2011 kienet Champion ta' Malta għal 23 darba. Bejn l-1987 u l-1991 kienet in-numru 1 fl-Italja fejn rebħet 4 edizzjonijiet tat-Tournament tas-Sitt Nazzjonijiet. Bejn l-1991 – 2003 fil-European Small Nations Group Tournament għal 10 darbiet rebħet deħeb ghal Malta. Fit-tim nazzjonali tan-nisa rebħet id-deħeb fil-Logħob tal- Pajiżi żgħar fl-2003 f 'Malta u fl-2011 fil-Liechtenstein. Fl-2007 u fl-2008 suċċess simili fil-European Challenge Cup. Fl-2012 u fl-2015 kienet parti mit-tim Nazzjonali li spiċċa l-ewwel post fit-tielet diviżjoni u promoss fit-tieni diviżjoni. Fl-aħħar kompetizzjoni tal- 2015 fis-Slovenja ħabbret li rtirat. Fl-2013-14 saret Champion tal-Ewropa għal Atleti ta' 'l fuq minn 50 sena. Hija wkoll kowċ kwalifikat kif ukoll Scrabble Champion ta' Malta għal 10 snin konsekuttivi. _____________________ Paul Mifsud: Beda karriera fil-billiards u snooker fl-età ta' 7 snin f 'St.Philip Band Club, Ħaż-Żebbuġ. Wara li fl-1963 rebah il- Boys League, kien il-bidu ta' karrierra ta' rebħ ta'; Kampjonati Nazzjonali tal-Billiards u snooker fis- settur internazzjonali jibqa' għalih il-qofol tal-karriera. Fl-1969 iddebutta fil- Kampjonat tad-Dinja tal- billiards f ' Londra u sena wara fl-Iskozja. Fl-1976 tilef il-finali fil-Kampjonat tad-dinja tas-Snooker meta tilef kontra Mountjoy. Mid-diżappunt fl-edizzjoni tal-1978 li saret f 'Malta, fl-1979 rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja tal-Billiards u fl-1985 u fl-1986 rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker. Magħżul għal erba' darbiet bħala Sportiv tas-Sena filwaqt li fl-1980 ingħata l-Medalja għal Qadi tar-Repubblika. ____________________ Jacqueline Xuereb: Kellha karriera ta' suċċessi fil- judo li bdiet fl-1990 bir- rebħ tal-Olympic Youth Fest u l-Kampjonati tal-Ewropa għall-Pajjiżi Żgħar. Rebbieħa ta' bosta edizzjonijiet tal-Malta Open tal-Judo. Il-qofol tal-karriera jibqa' bir-rebħ ta' tliet medalji tad-deheb għal Malta fil-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa fl-1993 f 'Malta, fl-1995 fil-Lussemburgu u fl-1997 fl-Iżlanda. Dejjem preżenti fit-tim Nazzjonali Malti tal- Judo fil-kompetizzjonijiet ewlenin fl-Ewropa. Fl-1992 irrappreżentat lil Malta fil- Logħob tal-Commonwealth li sar f 'Cardiff, Wales. Runner-up fl-Isportiva tas-sena fl-1993 izda pattiet meta saret l-Isportiva tas- sena fl-1995. Kif Tqassmu l-Premijiet: Platinum: Waterpolo: • Steve Camilleri Shooting Double Trap: • William Chetcuti Deheb: Basketball: Tim Nazzjonali tan-nisa • Sarah Pace • Elena Cassar • Ashleigh Vella • Samantha Brincat • Maria Bonett • Stephanie Demartino • Christina Grima • Beverlee Zammit • Gabriella Mifsud • Hannah Al Tumi • Josephine Grima • Christina Curmi Bodybuilding: • Luke Debono Darts: • Norbert Attard – Plejer Nazzjonali tad-Darts Snooker: Tim Nazzjonali tas-Snooker • Brian Cini • Alex Borg Tiġrijijiet taż-żwiemel: It- tim nazzjonali tat-trott • Anthony Demanuele • Julian Farrugia • Rodney Gat • Charles Camilleri Ten Pin Bowling: • Sue Abela Fidda: Golf: • John Junior Verelest Micallef Raffa: • Stefan Farrugia Rugby: Men's National 7s Rugby team Shooting - Trap: • Nazzareno Attard Table Football: • Derek Conti • Jason Pisani Ten Pin Bowling: Female Doubles • Tiziana Carannante & Sue Abela • Neil Sullivan Bronż: Atletika: • Charlotte Wingfield • Lisa Marie Bezzina Boxing: • Haithem Laamouz Ċikliżmu: • Marie Claire Aquilina Tim Nazzjonali tan-nisa • Stephanie Alden • Marie Claire Aquilina • Danice Bonello Spiteri • Hannah Pace • Marion Pullicino • Michelle Vella Wood Golf: Tim Nazzjonali • Andrew Borg • Ruud Critien • Luc Schembri • John Junior Verelest Micallef Raffa : tim Nazzjonali • David Farrugia • Stefan Farrugia • Reno Farrugia • Giuseppe Gemelli Rugby: Tim Nazzjonali tan-nisa tas-7s Sparar- Double Trap: • Gianluca Chetcuti Table Football: • Derek Conti • Samuel Bartolo Triathlon: • Danica Bonello Spiteri • Keith Galea • Hannah Pace Water Polo : Tim Nazzjonali 'A' Weightlifting: Tim Nazjzonali: • Yasmin Zammit Stevens • Pamela Psaila • Rodmar Pulis • Kyle Micallef • Ryan Agius _____________________ Mertu Speċjali: Sailing: • Victoria Shultheis Shooting – double Trap: • Nathan Lee Xuereb Tennis: • Helen Pellicano _____________________ Speċjali: Atletika: • Rachid Chouhal Badminton: Team – Mark Abela & Sam Cassar Ġinnastika: • Sana Grillo Pool: Tim Nazzjonali ta' taħt it-23 sena • Dylan Cassar • Dejan Grech • Ryan Pisano • Lothar Mallia Squash: • Kijan Sultana Table Football: • Jurgen Balzan Ten Pin Bowling: • Mark Spiteri Youths National Team: • Shaun Montanaro • Edward Xuereb • Sara Xuereb • Matthew Magro • Shadon Psaila • Alessia Schembri _____________________ Kunsill Lokali: 1. Mellieħa 2. Għajnsielem 3. Ħal Qormi Hall of Fame : • Theresa Brousson – Squash • Paul Mifsud – Billiards & Snooker • Jacqueline Xuereb - Judo