Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502
Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum 'Lit-tifel inkellmu bil-Malti imma jweġibni bl-Ingliż' Katia Baldacchino – Swieqi Martha Gatt Coleiro – Santa Venera Lit-tfal bil-Malti nkellimhom id-dar, għax inħossni iktar komda bil-Malti. Importanti li jkunu jafu jitkellmu bl-Ingliż ukoll, imbagħad. L-iskola, jitkellmu ħafna bl-Ingliż, jiġifieri l-prattika fiha jeħduha wkoll, u jkun hemm bilanċ tajjeb. Lit-tfal inkellimhom bil-Pollakk, għax jien mill-Polonja, imma r-raġel tiegħi hu Malti u jkellimhom bl-Ingliż. Imbagħad l-iskola, għandhom il-Malti. Ir-raġel tiegħi hu nofsu Malti u nofsu Ingliż u qatt ma kellhom id-drawwa li jitkellmu bil-Malti d-dar. Nixtieqhom ikunu jafu jitkellmu bil-Malti għax inħoss li huwa importanti, la aħna noqogħdu hawn, l-istess bħal kieku aħna noqogħdu l-Polonja, inkun nixtieqhom jafu l-Pollakk. Allura għalija, huwa importanti li jkunu jafu jitkellmu bi tliet lingwi. Il-ġenerazzjoni li jmiss tal-Maltin: Malti jew Ingliż minn Veronica Lynn Mizzi PAJJIŻ bilingwi. Hekk huwa Malta, fejn il-poplu tiegħu jitkellem kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti, tajjeb indaqs. Minkejja dan, iktar ma jgħaddi ż-żmien, l-influss ta' kliem barrani u missellef fil-lingwa Maltija, dejjem qed jinħass iktar. Dan jiġri bosta drabi għaliex ma jkunx hemm kliem preżenti fil-Malti għal oġġetti jew kunċetti partikolari fil-ħajja ta' kuljum. Iżda minkejja dan, spiss wieħed jisma' taħlit taż-żewġ lingwi flimkien, kemm mill-kbar u anke mit-tfal. Għal dan, il-gazzetta ILLUM staqsiet lil ġenituri ta' tfal li uliedhom imorru fi skola tal-Gvern f 'Pembroke, u oħrajn li uliedhom jattendu skola privata fl-istess lokalità, kemm iħossu li huwa importanti li lill-uliedhom ikellmuhom biż-żewġ lingwi f 'darhom? X'realtajiet differenti jaffaċjaw dawk il-ġenituri li jkellmu lil uliedhom b'iktar minn żewġ lingwi minħabba realtajiet differenti fil-familja tagħhom? Lit-tfal inkellimhom bil-Malti u bl-Ingliż. Il-ħajja tal-lum hekk tirrikjedi. Bla Ingliż, ma tasal imkien, u l-Malti għandek bżonnu wkoll, barra li hija l-lingwa tagħna. Lit-tifel inkellmu bil-Malti d-dar imma jirrispondini bl-Ingliż. Importanti li jkunu jafu ż-żewġ lingwi, l-Malti u speċjalment l-Ingliż, imma hu importanti li jkun jaf il-Malti wkoll għax hija l-lingwa tagħna, u importanti li juża l-Malti fl -iskola. Anke l-Ingliż, għax jekk isiefer barra, l-Ingliż huwa t-tieni lingwa tagħna. Imma importanti għalija li jkun jaf bil-Malti wkoll imma sfortunatament, inkellmu bil-Malti u jirrispondini bl-Ingliż, u nħoss li hija problema, speċjalment għall-iskola. Lit-tfal inkellimhom kemm bil- Malti kif ukoll bl-Ingliż, għax aħna bilingwi. B'hekk it-tfal isiru 'fluent' fit-tnejn li huma. Bl-Ingliż inkellimhom lit-tfal, u lanqas naf għalfejn. Naħseb għax hekk drajna. Tgħidx kemm nipprova nkellimhom bil-Malti. Bit-tnejn inkellimhom lit-tfal, id-dar biex jitgħallmu ż-żewġ lingwi, u jkunu l-aħjar possibbli fiż-żewġ lingwi. Huwa importanti ħafna li jkunu jafu t-tnejn. Il-Malti hija l-lingwa tagħna, jiġifieri allaħares ma tkunx tafu. U l-Ingliż hija lingwa internazzjonali, allura importanti li tkun tafha sew ukoll, idealment. Id-dar inkellimhom bit-tnejn lit-tfal, bil-Malti u l-Ingliż, sempliċiment għax nemmen li ż-żewġ lingwi huma importanti. Ov vjament, il-Malti huwa importanti, speċjalment jekk se tkompli tistudja fil-livell terzjarju, u l-Ingliż huwa importanti, mhux biss għal Malta, imma jekk it-tifla tiddeċiedi ssiefer, ikun essenzjali. Bil-Malti nkellimhom lit-tfal meta jkunu d-dar, għalkemm indaħħal kliem bl-Ingliż. Imma l-iktar, nibbaża fuq il-Malti. Inħoss li huwa importanti ħafna li t-tfal ikunu jafu ż-żewġ lingwi, per eżempju jien naf nitkellem bit-tnejn li huma. Però naħseb li l-lingwa Maltija qed tinqata' maż-żmien, u ma rridx li t-tfal jikbru ma jafux il-lingwa tagħhom. Jiena mdorrija s-Swieqi, u ħafna mit-tfal li joqogħdu s-Swieqi qed jiġu mgħallma ħafna bl-Ingliż, u meta tkellimhom bil-Malti, qisek qed tkellimhom biċ-Ċiniż, u l-lingwa tagħna hija importanti. Rosemary Agius Delia – Swieqi Sandra Pace Zammit – Santa Venera Godfrey Mifsud – Rabat Adrian Balzan – Tas-Sliema Elaine Cordina – Swieqi Graziella Bencini – Tal-Ibraġġ Vanessa Aquilina – Baħar iċ-Ċagħaq Susan Frendo – Swieqi Id-dar nitkellmu bi tliet lingwi; l-Ingliż, il-Malti u l-Għarbi. Jiena nofsni Ingliża allura tiġi naturali li iktar nitkellem bl-Ingliż milli bil-Malti, u r-raġel hu Libjan u xtaqt li jkunu jafu l-lingwa tar-raġel. Jitkellmu bit- tliet lingwi b'mod tajjeb, u jifhmu kollox. Naħseb li huwa importanti ħafna li jkunu jafu lingwi diff erenti. Illum, Malta m'għadhiex kif kienet u hawn ħafna barranin, u t-tfal isiefru barra madwar l-Ewropa u madwar id-dinja, allura iktar ma tkun taf lingwi, iktar se jkunu qed jgħinuhom 'il quddiem.