Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 8 L-Immigrazzjoni: ħrejjef Se jeħdulna xogħolna...invażjoni...Malta tal-Maltin...ghettos u aktar. Dawn realtajiet jew ħrejjef? Ideoloġiji prattiċi jew kliem fieragħ. Albert Gauci Cunningham iħares lejn uħud minn dawn l-għajtiet u kemm minnhom huma veri jew sempliċiment ħrejjef. L-IMMIGRAZZJONI huwa suġġett li jqajjem ħafna emozzjoni, ħafna dibattiti u ħafna nuqqas ta' qbil. Mhux suġġett li beda lbieraħ u lanqas huwa kwistjoni lokali, tant li l-moviment tan- nies minn pajjiż għall- ieħor u, saħansitra minn kontinent għall-ieħor huwa fattur li ilu jeżisti snin twal. Dan l-aħħar, l-immigrazzjoni reġgħet telgħet fuq l-aġenda politika internazzjonali, bi Trump iwiegħed li jibni l-ħitan mal-Messiku u li jibgħat lura lil dawk kollha li m'għandhomx permess biex ikunu fl-Istati Uniti. Anke fl-Ewropa, il- kwistjoni tal-immigrazzjoni hija waħda taħraq ħafna. L-Ungerija bniet ħajt, kif bniet ħajt ukoll il-Bulgarija u l-Greċja u dan dejjem biex jiskoraġixxu jew saħansitra jwaqqfu lill-immigranti milli jidħlu fil-pajjiż. Lokalment, l-immigrazzjoni speċjalment dik li taf toroq u mezzi illegali, reġgħet qajmet furur, din id-darba mhux minħabba daħliet fix-xtut tagħna ta' xi dgħajsa mballata b'immigranti Afrikani jew Sirjani, li f 'dawn l-aħħar xhur saru rarità minflok in-normalità. Imma minħabba azzjoni, xi ftit mhux mistennija wkoll, ta' grupp ta' madwar 24 immigrant li se jintbagħtu lura f 'pajjiżhom wara li skadielhom il-permess temporanju ta' residenza. Imma xi jdejjaqna tant dwar l-immigrazzjoni? Xi jbeżżagħna tant? X'inhuma dawk il-frażijiet u għajtiet li saru popolari fost bosta nies li jaraw lill-immigrant bħala theddida? U kemm huma veri? Liema mid-diskors li tant nisimgħu dwar din il-kwistjoni huwa realtà u liema hu sempliċiment mit popolari? L-ILLUM tħares lejn uħud mill-frażijiet u argumenti rigward l-immigrazzjoni u tevalwa jekk, fil-fatt, humiex realtà jew le. 'Qed jeħdulna x-xogħol' - Ħrafa Imma veru? Veru li jeħdulna x-xogħol l-immigranti, jew aħjar l-immigranti suwed? Statistikament, din li l-Afrikani qed jeħdulna xogħolna hija ħrafa. Fl- aħħar statistika preżentata fil-Parlament xahrejn ilu, jirriżulta li n-numru ta' persuni li huma ċittadini tal-UE u li jgħixu kif ukoll jaħdmu pajjiżna, ilaħħaq it-22,579 jew kważi l-popolazzjoni tal-akbar raħal f 'pajjiżna, Birkirkara. Minn dawn, Taljani biss, probabbilment il-maġġoranza tagħhom Sqallin, hawn b'kollox 5,180 Taljan li jaħdem f 'Malta. Ftit inqas minn 4,000 persuna li jaħdmu f 'pajjiżna huma mir-Renju Unit. Min-naħa l-oħra, l-aħħar statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, kwotata fuq diversi mezzi tax-xandir turi kif in-numru ta' nies minn barra l-UE li jaħdmu f 'pajjiżna huwa ta' 8,492. Minn dawn, 1,664 huma Afrikani l-aktar mill- Eritrea (286 il-ħaddiem), in- Niġerja (264 il-ħaddiem) u s-Somalja (237-il ħaddiem). In-numru ta' Libjani żdied għal 322 fl-2016, minn 89 fl-2010 u r-Russi żdiedu għal 351 minn 218 fl-2014. 0.9% biss tal-ħaddiema f 'Malta huma Afrikani Dan ifisser li b'kollox, jekk taqbad dawn iż-żewġ statistiċi, issib li f 'Malta hawn 30,000 ħaddiem li mhumiex Maltin. Minn dawn, 76% huma ħaddiema li għandhom dritt awtomatiku li jkunu hawn għax Ewropej, 26% huma ħaddiema li ngħataw id-dritt. Minn dawn huma 5.5% biss li huma Afrikani jew 'suwed'. Minn suq ta' 182,220 persuna fis-suq tax-xogħol (skont statistika tal-NSO Novembru 24, 2016) il- ħaddiema Afrikani huma 0.9% biss tat-total ta' ħaddiema u jekk iżżid mat- total dawk li jaħdmu part time, il-persentaġġ jerġa' jonqos. Allura vera qed jeħdulna xogħolna l-immigranti 'illegali'? In-numri jitkellmu waħedhom. Qed ipoġġu lill-Maltin fi żvantaġġ – Ħrafa/ realtà Nibqgħu fuq is-suġġett tal- ħaddiema u x-xogħol. Ħafna huma dawk li jakkużaw lill-immigranti illegali/ irregolari li minħabba fihom il-ħaddiema Maltin qed jitpoġġew fi żvantaġġ. Veru jew le? Veru. Ħafna mill- ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi Afrikani, imma wkoll mill-Ewropa tal-Lvant jew m'għandhomx impjieg jew inkella għandhom paga baxxa ħafna. Hawn Malta, ħafna drabi qed jitħallsu eżatt skont il-paga minima jew agħar minn hekk qed jiġu impurtati permezz ta' aġenziji, kif kienet irrapurtat din il- gazzetta madwar sena ilu. Jitħaddmu b'madwar €3.75- €4.00 fis-siegħa, jiġu irreġistrati bħala 'self employed' u mill-paga, tinqatgħalhom madwar €0.25ċ minn kull siegħa li tmur lill-aġenzija. Dan apparti dawk il-mijiet ta' immigranti Afrikani li għal snin twal inġabru minn Triq Aldo Moro u ngħataw xogħol għal ġurnata, jiem jew ġimgħat għal ammont ta' flus maqbul minn qabel. Naturalment, xejn dikjarat u xejn konformi mal-liġi. (bħalissa, il-Gvern qed jaħdem fuq skema biex dan it-tip ta' xogħol ikun reġistrat u jsir bi ħlas legali) Allura fejn hi l-ħrafa? Il-ħrafa mhux fl-akkuża, imma f 'lejn min qed nagħmlu l-akkuża. In- nies li qed joħolqu dan l-iżvantaġġ mhumiex l-immigranti, imma dawk li qed iħaddmuhom, ħafna minnhom Maltin, tal-flus u nies li lesti jużaw lin-nies basta buthom jeħxien. 'Qed jinvaduna' – Ħrafa Lil hinn mill-istatistika kwotata hawn fuq dwar il-ħaddiema, ħafna jgħidu li dawn l-immigranti 'qed jinvaduna'. Imma veru li qed jinvaduna, kif tant iħobbu jgħidu bosta? L-ewwel nett. Invażjoni xi tfisser? Skont id- Dizzjunarju mill-Università ta' Cambridge 'invażjoni', apparti dik militari, hija wkoll meta sseħħ "okkażjoni meta numru kbir ta' nies jiġu f 'post b'mod li jirrabja jew idejjaq." Jiġifieri din l-'invażjoni' hija pjuttost suġġettiva. Jekk qiegħed fuq xarabank u hemm ħamest irġiel Afrikani, filwaqt li hemm 20 persuna Maltija jew 'bajda' u int tagħżel li tiffoka l-enerġija u l-attenzjoni kollha tiegħek fuq dawk il-ħamsa hija naturali li l-ħamsa se tarahom 'numru kbir' u li dan 'in-numru kbir' se jdejqek. Ħafna drabi, għalkemm mhux dejjem, hija kwistjoni ta' ffukar u sfukar. Li tiġri bosta drabi f 'każijiet ta' minoritajiet. L-iffukar fuq dak li huwa differenti u l-isfukar minn dak li huwa mainstream jew 'normali'. 'Qed noħolqu ghettos' - Realtà Il-kelma 'ghettos' daħlet sew fid-dizzjunarju lokali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016