Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Trid tagħraf ħafna kif tadatta għal dak li kemm fil-preżent ikun għaddej madwarek, u kemm għal dak li jkun qed jibda. Din hi fażi fejn int trid tagħraf tuża b'abbiltà kbira moħħok. Dan mhux mument fejn int tagħraf timxi bil-qalb, imma trid tkun iktar ef- fettiv u tuża moħħok. Dan ikun bi tħejjija sabiex meta tasal għall-fażi li int tidħol fiż-żodijaku tiegħek, ta' 'Aquarius', tkun b'saħħtek biżżejjed sabiex dak li jkun negattiv madwarek, ma jikkawżax problemi għalik. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 16, 21 u 34. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Trid tagħraf iżżomm kontroll sod fil-pożizzjoni ta' re- sponsabbiltà li int għandek fil-karriera jew xogħol li qed tagħmel. Dan għaliex jista' jiġri li se tgħaddi mingħajr ma tinduna minn taħt xi forma ta' eżami li dan se jsir sabiex min hu fuqek, isir jaf iktar dwar l- abbiltà tiegħek. Għalkemm int persuna magħrufa għal kemm għandek abbiltà, imma minħabba xi tibdil li hemm pjanat, li jista' jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħek, għalhekk dan l-eżami. Agħraf bħal dejjem l-abbiltà tiegħek. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 26 u 31. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Trid tagħraf iktar trattab dik ir-ras iebsa, li int magħruf għaliha. Dan għaliex li peress li bħalissa, int qiegħed fiż-żodajku ta' Sagittarius, kurrenti negattivi li int tista; tikkawża minnek innifsek, jafu jwasslu għal ħafna taqlib fix-xhur li ġejjin. Fejn għandek raġun, żomm u imxi mal-punt, imma fejn m'għandekx, tipprovax taddi tiegħek, għax għalkemm taf iġġibha żewġ xorta waħda taf tkun ta' telf 'il quddiem. Agħraf kun iktar għaqli, agħraf iktar id-direzzjoni sabiex ma tressaqx mewġ negattiv. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 15, 28 u 35. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Huwa mument ta' tkattir fir-relazzjoni ta' mħabba li int għandek. Taħt iż-żodijaku ta' Sagitta- rius, l-imħabba tista' titkattar, tikber u tissaħħaħ. Għalhekk, jekk kien hemm xi nuqqas, dan huwa ż-żmien fejn tista' tirbaħ lura dak li kont tlift. Anzi, huwa perjodu fejn tista' tkabbar. Jekk mill-banda l-oħra, int qiegħed tajjeb fir-relazzjoni tiegħek, allura din sejra tkompli tikber u titkattar aktar. Dan huwa perjodu fejn l-enerġija fl-imħabba turik kemm hi bżonnjuża fl-ħajja tiegħek. Kuluri favoriti ma' taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 29 u 37. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Huwa żmien fejn se jressaqlek deċiżjonijiet għal tibdil li int hemm bżonn twettqu sabiex tkompli miexi 'l quddiem. Gemini huma magħrufin li ma jeħlux, imma dejjem jimxu mal-milja taż-żmien. Ovvjament, kull bidla tikkawża ċertu biża'. Dan mhux fil-każ ta' Gemini, għax il-Gemnini huma persuni b'karattru motivat, u dan jagħmlek kapaċi tibqa' għaddej. Għalhekk, tibżax minn dawn id-deċiżjonijiet. Ovvjament, ħudhom bil-ħin tagħhom, imma int se tkompli tavvanza 'l quddiem. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 13, 29 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Huwa mument fejn b'din it-taħlita, għandha tgħinek tkun iktar kuraġġuża f'dak li hemm ġej quddiemek, għalkemm xi kultant, tibża' u taqta' qalbek. Imma dan il-mument, fejn int bħalissa għandek timtela' b'aktar kuraġġ u ħeġġa sabiex dak li int għandek imħejji li int trid twettaq, twettqu bl-akbar abbiltà. Is-sodisfazzjon tiegħek se jkun meta int tasal għal dak li għandek f'moħħok, u tħares lura u tara minn xiex għaddejt. Għalhekk, iffoka u ibqa' miexi. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 14, 25 u 32 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Huwa mument tajjeb u pożittiv ħafna għalik sabiex dak li forsi tlift jew xi nuqqas li ġarrabt, terġa' tirbħu lura. Issa għandek dan iċ-ċans li dak li int tixtieq tak- kwista, takkwistah u tkattar iktar minn qatt qabel. Issa vera huwa dak il-mument li tkun l-iljun u turi kemm int ta' ċertu karattru sod. Forsi min madwarek ħaseb li int tista' tiddgħajjef, u forsi iktar issa, għandek iċ-ċans li dan tgħelbu u jerġa' jkollok dak il-kontroll li int magħruf għalih. Issa int agħraf uri ħiltek kollha. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Ar- ies. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 15, 23 u 30. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Huwa dak il-perjodu ferm tajjeb għalik sa- biex tagħraf il-ħtiġijiet dawk partikolari, li forsi minħabba l-impenn tal-ħajja mgħobbija li hemm madwarek, ma tkunx tant iffukat fuqhom. Dawn huma iktar ħin ta' eżerċizzju għalik, u dan huwa impor- tanti kemm mil-lat fiżiku u mentali. Huwa mument ukoll sabiex spazju biex tmur tara xi film, taqra xi ktieb. Huwa dan il-mument li terġa' tgħaqqad lilek innifsek aktar viċin tiegħek stess. Titlifx dan il-mument int importanti wkoll. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 25 u 36. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Huwa dak iż-żmien bizzilla ta' kemm tista' tagħmel il-ħajja iktar bilanċjata. Dan huwa l-mument fejn żbilanċ fil-ħajja ta' madwarek, iġġibu għal wieħed ta' bilanċ, u dan ikun ferm aktar pożittiv għalik sa- biex int tkun tista' tħares 'il quddiem fil-ħajja mimlija tiegħek. Ovvjament, jekk int għandek familja, dan huwa ferm importanti, il-bilanċ. Jekk għandek partner, l-istess, sib il-bilanċ fil-ħajja li int għandek madwarek, u tara kif il-mixja 'l quddiem tkun waħda iktar sew. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 19, 29 u 31. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novem- bru Huwa mument ta' iktar riflessjoni fuq dak li int għandek pjanat għax-xhur li ġejjin. Taħt iż-żodijaku ta' Sagittarius, int għandek enerġija pożittiva ħafna sabiex tagħraf tajjeb fejn trid tkabbar dak li int għandek ippjanat. Tajjeb li dejjem timxi fuq parir, imma fl-aħħar mill-aħħar, trid tkun li tasal għad-deċiżjoni finali. Dan ukoll m'għandux milli jżommok milli tkun viċin dawk ta' madwarek li tant mingħajr ma tagħraf biżżejjed, qegħdin dejjem jagħtuk is-sapport tant bżonnjuż għalik. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 18, 24 u 39. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Din tagħtik iktar żmien fejn int tista' tagħraf u timxi u takkwista dak li int taħseb li huwa verament vijabbli għalik, il-karriera, l-imħabba u oħrajn, jekk int tagħraf timxi kif għandek timxi, dan huwa l-iktar perjodu b'saħħtu għalik, fejn dak li int tixtieq u temmen li dan huwa ta' ġid għalik, dan għandu jkun madwarek. Ovvjament, kollox jieħu l-ħin u ż-żmien tiegħu, però, dan huwa l-aktar żmien addattat għalik li dak li int trid u tixtieq, jekk huwa tajjeb għalik, dan int tirċevih. Iffoka. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 15, 27 u 34. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Huwa żmien ta' ftit aktar riflessjoni għal dak kollu li int huwa ta' importanza kemm fir-relazzjoni li int għandek, u kemm jekk int impenjat fil-ħajja ta' xogħol. Dan huwa dak il-mument ta' riflessjoni sabiex int tkun tista' tibni iktar lilek lejn iktar preċiżjoni li dorsi ma kontx tant iffukat biżżejjed sabiex ikollok dawk ir-riżultati li int tant tixtieq. Għalhekk, taħt dan iż-żodijaku, int tista' tagħmel dan, u emta dan se jseħħ, tara kemm int tista' tħares 'il quddiem ferm aħjar. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar ta' Diċembru tista' tressqek lejn il-lealtà hi minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 12, 25 u 31. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 23 add 11 ta' Diċembru 2016 | PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid- dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? L-ewwel 50 li jordnaw dan il-ktieb, jingħataw skont speċjali ta' 20% fuq il- prezz tal-ktieb, skont speċjali ta 25% fuq is-servizzi kollha tiegħi, u skont speċjali ta' 15% fuq servizzi ta' sbuħija . Meta tistaqsu għas-servizzi ta' PaulJon, x'issejħulu? 1. Tax-Xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagħtu t-tweġiba korretta tagħkom b'SMS fuq 99013600 L-ewwel erba' tweġibiet tajba, jingħataw kopja b'xejn tal-gazzetta Illum, u skont ta' 40% fuq l-ewwel ktieb tiegħi. Kompetizzjoni IRBAĦ ma' PaulJon !

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016