Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat St Andrews .................... 3 Ħamrun S....................... 1 ST Andrews ikkonvinċew u għelbu lil Ħamrun Spartans bl-iskor ta' 3-1, u dan wara li kienu gowl minn taħt. Kienu Ħamrun Spartans li fetħu l-iskor wara biss tmien minuti logħob meta minn azzjoni veloċi Massimiliano Giusti għadda tajjeb lejn Jake Grech, li permezz ta' xutt mil- viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Iżda l-Ispartans ma tantx damu jifirħu hekk kif fid-19- il minuta huma ġabu l-iskor indaqs meta minn korner ta' Ivan Paz, għola tajjeb Michael Johnson li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, kienu St Andrews li ħarġu fuq l-offensiva u fid-49 minuta, tentattiv minn corner tal-captain Joseph Farrugia ġie ppanċjat f 'sigurtà mill- goalkeeper ta' Hamrun Spartans, Fredrick Tabone. L-Ispartans irrispondew fit-53 minuta permezz ta' xutt angolat ta' Sergio Raphel Dos Anjos li iżda għadda għoli minn fuq il-lasti tal- goalkeeper żagħżugħ tas- Saints, Jake Galea. Fid-69 minuta, Hamrun Spartans ipprotestaw bl-aħrax għall-penalti meta xutt minn ġol-kaxxa ta' Massimiliano Giusti deher jaħbat ma' id Karlo Kesinovic fil-kaxxa, iżda r-referi Glen Tonna ħalla l-logħob għaddej fost protesti kbar mill-plejers u mill-partitarji tal-Ispartans. St Andrews marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fit-80 minuta meta wara li rċieva minn corner, Karlo Kesinovic minn taħt il-lasta tefa' l-ballun fix-xibka biex tefa' lill- partitarji tas-Saints f 'delirju ta' ferħ. U dan ma kienx biżżejjed għas-Saints, hekk kif tliet minuti biss wara huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet gowl, b'xutt ċentrali sabiħ minn barra l-kaxxa ta' Ivan Paz, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka. U biex l-affarijet ikomplu sejrin ħażin għall-Ispartans fil-85 minuta huma spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta fil- 85 minuta, tkeċċa għalihom permezz ta' karta ħamra diretta, il-plejer Sergo Raphal Dos Anjos, wara argument li kellu ma' Kyrian Nwoko, b'dan tal-aħħar jiġi wkoll ammonit. St Andrews - Galea, Che Bong Won, Johnson, Kesinovic, Pena Beltre, Camilleri, Farrugia, Bakmaz, McKay (Kastrevec 76'), Paz (Darmanin 90'), Nwoko (Belacevic 88') Hamrun S. - Farrugia (Tabone 39'), Vergara Rodrigues, Chircop, Sciberras, Mesqueu Neto, Giusti, L. Grech, Motta Dos Santos (Nanapere 71'), J. Grech, Dos Anjos, Teixiera Maia Referi - Glen Tonna minn Cristian Antony Muscat Hibernians ................. 1 Pembroke A ............... 1 PEMBROKE Athleta tellfu żewġ punti prezzjużi lil Hibernians meta żammewhom fi draw ta' 1-1. Il-Pawlisti issa għandhom tliet punti vantaġġ fuq Balzan li se jkunu qed jaffaċċjaw lil Valletta llejla. Min- naħa l-oħra, Pembroke Athleta li kienu għadhom ġejjin minn tliet telfiet konsekuttivi, issa resqu punt biss taħt Mosta. Hibernians wettqu erba' tibdiliet mit-tim li għeleb lil Mosta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet hekk kif Timothy Tabone Desira, Jackson Lima, Bjorn Kristensen u Renan Pimenta Telles ħadu post Conner Zammit, Dunstan Vella, Kyle O'Brien u Michael Shaddock. Min- naħa l-oħra, għal Pembroke Athleta, Sunday Eboh, Owen Bugeja u Asani Djeljilj ġew mibdula minn Adrian Borg, Oleksandr Maksymov u Borche Manevski. Wara li l-ewwel taqsima intemmet fi draw ta' mingħajr gowls, Hibernians fethu l-iskor fit-53 minuta meta Bjorn Kristensen żmarka lil Jurgen Degabriele, li iżda twaqqa' fil-kaxxa mill-goalkepeer ta' Pembroke Athleta, Matthew Calleja Cremona, bir-referi Eman Grech jordna penalti. Mill-11- il metru nkariga l-istess attakkant żagħżugħ Jurgen Degabriele li ma żbaljax. Madankollu, Pembroke Athleta, ġabu l-iskor indaqs fil-71 minuta meta Andrei Agius miss il-ballun b'idu fil-kaxxa wara freekick ta' Paltemio Barbetti, u b'hekk ir-referi ordna penalti ieħor, li minnu l-istess Paltemio Barbetti ma żbaljax. Hibernians - Hogg, Dias, Soares, Tabone Desira, Lima, Kristensen, Bezzina, Mbong, Pimenta Telles (Varea 81'), Degabriele, Agius Pembroke A. - Calleja Cremona, Barbetti, Levnaic, Attard, Akuta, Eddin Arab, Shola Haruna Shodiya, Scozzese, Maksymov, Borg, Manevski Referi - Eman Grech MASSIMILIANO GIUSTI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet skorja doppjetta kontra Birkirkara. Riċentament, lagħab ukoll ma' Vicenza fl-Italja. St Andrews jikkonvinċu u jegħlbu lil Ħamrun Spartans JURGEN DEGABRIELE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-uniku gowl għall-Pawlisti f 'din il-partita permezz ta' penalti. Huwa plejer importanti tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena. Pembroke Athleta jtellfu żewġ punti prezzjużi lil Hibernians Dale Camilleri jipprova jisraq il-ballun mingħand Massimiliano Giusti Dwell fl-arja għall-ballun bejn Jackson Lima u plejer ta' Pembroke Athleta Ritratt: Christine Borg Ritratt: Dominic Borg Ritratt: Mark Zammit Cordina Ritratt: Foto Domingo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016