Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502
ĦAFNA partitarji Nazzjonalisti, imma speċjalment partitarji li jgħixu fin-naħa t'isfel, mhuma kuntenti assolutament xejn bis- Segretarju Ġenerali preżenti tal-PN Rosette Thake. Ħafna qed iqisu lil Thake bħala maqtugħa mill-għeruq, maqtugħa wkoll mir-realtajiet ta' ħafna nies u prattikament wiċċ ineżistenti fuq il- mezzi tax-xandir. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM ftit wara li David Casa żvela li hu jinsab interessat ħafna li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali, sostnew li ħafna nies li jridu jagħtu kontribut, "mhux se joħorġu għonqhom illum, issa se jistennew sakemm tgħaddi l-elezzjoni li jmiss." L-effetività ta' Thake ilha taħt il-lenti u s-sitwazzjoni kompliet taċċentwa ruħha hekk kif il-PN għażel lil Caroline Muscat, eks ġurnalista tal-gazzetta The Times biex tikkoordina u tmexxi l-kampanja elettorali tal-Partit, meta dan l-iiwol dejjem ħadu s-segretarju ġenerali. Huwa sigriet magħruf li numru ta' Segretarji Ġenerali tal-PN kienu wara wħud mill-aktar rebħiet kruċjali għall-istess partit, fosthom Louis Galea fis-snin 80 u Joe Saliba fl-2008. Austin Gatt ukoll kien meqjus bħala segretarju Ġenerali b'saħħtu u ta' ċerta awtorità fil-partit. Thake kienet ġiet maħtura bħala l-ewwel segretarju ġenerali tal-PN mara, wara li ġiet eletta fl-elezzjoni għal din il-kariga, b'70 vot minn 74, li iżda ma kellha l-ebda kandidat ieħor x'tegħleb. Intant David Casa wera l-interess li jikkontesta għall-kariga ta' Segretarju Ġenerali fil-programm 'Distinti' ppreżentat minn Jean Claude Micallef nhar il- Ġimgħa li għadda. Minkejja dan kollu, is-segretarju ġenerali Thake nnifisha, lanqas uriet xewqa li ma tibqax f 'din il-kariga. Għall-mistoqsija ta' Micallef fuq il-programm imtella' fuq l-istazzjon tal- Partit Nazzjonalista, jekk jikkunsidrax jikkontesta għall-kariga ta' segretarju ġenerali, Casa wieġeb, "Iva," bla tlaqliq. Intant, Casa saħaq li hu dejjem wera ħeġġa li xi darba jkun f 'din il-kariga, anke jekk iċċara li hub l-ebda mod mhu qed jipprova jieħu post Thake. 'Jien u s-Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake għandna relazzjoni tajba ħafna u flimkien mal- amministrazzjoni kollha tal- Partit - inkluż il-Kap Simon Busuttil - qed naħdmu id f 'id biex fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, il-poplu Malti u Għawdxi jkollu Gvern ġdid li jeqred is-sistema korrotta li ħakmet it-tmexxija ta' dan il-pajjiż.' 'Fil-kariga tagħha bħala Segretarju Ġenerali, Rosette Thake ħadmet lejl u nhar fl- amministrazzjoni tal-Partit kif ukoll biex il-kumpanija tal-media tal-Partit setgħet tkompli tagħmel passi 'l quddiem,' saħaq Casa, anke jekk hemm ħafna nies fil-partit li qed jiddubitaw l-istrateġija mmexxija fil- konfront tal-media tal-PN. Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum 'Thake maqtugħa minn ħafna mill-għeruq tal-partit' Fost elementi xejn kuntenti b'Rosette Thake, David Casa jiżvela li interessat ikun Segretarju Ġenerali wara l-elezzjoni li jmiss