Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum Intervista 13 ġlieda għall-ġustizzja soċjali kelma jkissru t-tessut soċjali tagħna u jkissru s-sbuħija tal-integrazzjoni. Jeħtieġ nitgħallmu ngħixu ma' kulħadd, inkluż ma' dawk li qed ifittxu ħajja aħjar. Irridu nitgħallmu nirrispettaw, mhux sempliċiment nittolleraw." Legalment il-Gvern għandu raġun, imma... La qed nitkellmu dwar l-immigranti, ma stajtx ma nistaqsihx dwar l-aħħar deċiżjoni tal-Gvern f 'din il-kwistjoni, jiġifieri li jiddeporta 24 persuna lura lejn pajjiżhom. Il-Gvern seta' jieħu din id-deċiżjoni u kellu kull dritt legali li jagħmel dan. Fr Magri jħoss, allura li l-legalità tal-azzjoni hija ġustifikazzjoni biżżejjed? "Kif għidt int," jibda jwieġeb Magri, "il-Gvern kellu bażi legali biex jiddeporta, jiġifieri legalment m'għamel xejn ħażin. Imma apparti dak li hu legali, hemm ukoll il- valur tal-persuna. Nistgħu nitrattaw lill-persuni, verament ta' persuni u ngħinu lil dawk li jinsabu fil- bżonn? Il-Gvern jista' jistaqsi din il- mistoqsija bħala kriterju umanitarju u ta' ġustizzja soċjali, biex jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni li ħa kinitx waħda ġusta. Għalija," jirrijaferma Fr Magri, "il-ġustizzja soċjali hija iktar importanti mill-aspett legali." Żommhom f 'darek Fr Vince Probabbilment, uħud minn dawk li se jaqraw din l-intervista, se jwieġbu lil Fr Magri bis-soltu stedina, "Jekk trid żommhom f 'darek Fr.Vince." Kif jilqa' għal din it-tip ta' kritika Magri? "Jien ngħin ħafna lil dawn in-nies, meta jiġu għandi hawn iż-Żejtun, fejn naħdmu wkoll mal- Maltin, dejjem nilqugħhom u dejjem ngħinuhom." Ġibu l-provi li żieda fil-paga minima ġġib diżastru L-intervista riesqa lejn it-tmiem tagħha u naturalment, id-diskors idur fuq il-kampanja għal żieda fil- paga minima, suġġett li dwaru fil-fatt Magri qed jikkampanja. Bosta minn dawk li qed jopponu żieda simili qed jgħidu li jekk se mmissu l-paga minima, se jkollna mmissu l-pagi kollha. U jekk se mmissu l-pagi kollha, jista' jkun li nipperikolaw il-kompettitività ta' ċerti negozji b'marġini żgħar ta' profitti li forsi ma jifilħux għal spejjeż żejda. Ma tħossx li dan huwa argument li jagħmel sens, nistaqsi lil Magri. "F'din il-kampanja, aħna għamilna studju bbażat fuq pajjiżi fejn saru żidiet fil-paga minima u jirriżulta li l-ekonomija tagħhom ma kkrollatx. Iva, veru," ikompli Magri, "aġġustamenti, jeħtieġ isiru, imma ma' żieda fil-paga minima għandek benefiċċji wkoll. L-ewwel nett se nkunu qed nibdew nindirizzaw il-problema tad-differenza żgħira bejn il-benefiċċji tal-qgħad u l-paga minima, it-tieni, b'żieda fil-paga minima nkunu qed ninvestu wkoll f 'pensjonijiet aħjar għall-futur u fl-aħħar mill-aħħar, se tħalli aktar flus fil-but, li probabbilment tkun tfisser tkabbir mhux ikkrollar tal- ekonomija." "U jekk ma nżiduhiex illum il-paga minima, meta għandna ekonomija b'saħħitha, meta tridna nżiduha? Mhux bil-biża', imma bil-provi min ma jridx li togħla l-paga minima għandu jgħid kif u f 'liema pajjiżi oħrajn din iż-żieda ġabet kollass." Għalfejn nikkundannaw persuna għal għomorha? Imma Magri jħoss li individwi u familji bi qligħ baxx hija realtà? "Dażgur li hija realtà. Dan l-aħħar iltqajt ma' raġel. Hu jkun xogħol bil-lejl, u bi nhar martu tkun xogħol, forsi b'xi mod ilaħħqu. Allura hekk għandna nħalluhom lin- nies? Għandna nikkastigaw bniedem li m'għandux ħafna ħiliet? Għandna nikkundannaw il-cleaner u l-persuna li tiġbor iż-żibel u nħalluh jikkuntenta bil- loqom, bil-paga minima ħajtu kollha?" Imma l-Gvern żied il- benefiċċji u l-inċentivi... Naturalment iżda, il-Gvern se jwieġeb għal din il-kritika billi jagħmel elenku sħiħ ta' miżuri u inizjattivi li ħa f 'dawn l-aħħar snin. Fil-fatt, il-Gvern preżenti żied u introduċa wkoll diversi miżuri bħat-tapering tal-benefiċji, l-in work Benefit u anke żied l-għajnuna supplimentari, apparti żewġ żidiet konsekuttivi fil-pensjoni wara snin sħaħ. Allura ma jħossx Magri, li l-Gvern qed jagħmel ħafna xogħol f 'dan il-qasam? "Iva imma l-għajnuna li qed tingħata hija fil-forma ta' benefiċċju," ifakkar Magri, "benefiċċji li mhux se jkunu riflessi fil-pensjoni. Għalhekk aħna nemmnu li żieda fil-paga minima hija wkoll investiment fil- pensjonijiet." Magri temm jgħid li l-Kampanja għal Paga Minima Diċenti hija biss parti mill-għajta għal aktar ġustizzja soċjali. Fr. Vince Magri Ritratt: James Bianchi Jien naħseb li ċerti nies iħossu li l-Knisja m'għandhiex titkellem, jekk mhux fuq il-festi. Jien ma naqbilx " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016