Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Gżira U ....................... 3 Mosta ........................ 0 GŻIRA United irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Mosta bl-iskor konvinċenti ta' 3-0. Huma fetħu l-iskor wara biss disa' minuti logħob meta wara li rċieva minn freekick, għola tajjeb Jallow Momodou Salieu li iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu tistampa mal-wieqfa biex mir-rebound daħal bħal vleġġa Rafael Pompeo Rodrigeus Ledesma li tefa' l-ballun fix-xibka. Jidher li l-Maroons ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif fl-20 minuta Zachary Scerri għadda tajjeb lejn Juan Carlos Corbolan, li permezz ta' xutt b'saħħtu minn ġol-kaxxa tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Mosta, Manuel Bartolo. Gzira United għamluhom tlieta fid-39 minuta meta minn freekick ta' Gianmarco Conti, għola tajjeb l-eks plejer ta' Roma, Lecce u Pescara fost oħrajn, Souleymane Diamoutene, li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka, biex b'hekk skorja l-ewwel gowl staġjonali tiegħu. Mosta ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima fit-tentattiv ovvju li jnaqqsu l-marġni tal-iskor, u marru viċin li jagħmlu dan fl-unika azzjoni denja ta' nota li ġiet innutata tul din it-taqsima eżattament fit-53 minuta meta Gabriel Bezak għadda tajjeb lejn id- difensur ċentrali Ġamajkan Tristan Grant iżda t-tentattiv mill-viċin ta' dan ġie salvat mill-goalkeeper Taljan tal- Maroons, Mauro Boerchio, li kien attent u salva l-ballun minn fuq il-linja fatali. Fit-88 minuta, Mosta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers, hekk kif tkeċċa għalihom il-plejer Njongo Priso wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba, bit- tieni waħda jirċeviha wara mbuttatura fuq Jonathan Bondin. Gżira U. - Boerchio, Borg, Conti, Scerri, Ledesma (Tonna 69'), Gatt Baldacchino, Momodou Salieu (Nwoba 81'), Bondin, Corbolan, Diamoutene, Calixto (Pulo 86') Mosta - Bartolo, Grant, Magro (Frendo 59'), Repa, Xuereb, Frendo, Vlcek, Priso, Paisley (Bezak 46'), Nworah (Vella 32'), Brincat Referi - Sandro Spiteri SOULEYMANE DIAMOUTENE Twieled il-Mali fit-30 ta' Jannar tal-1983. Skorja t-tielet u l-aħħar goal għal Gżira U. f 'din il-partita. Kien plejer ferm importanti tat- tim nazzjonali tal-Mali. Għamel karriera ta' suċċes fl-isport li tant iħobb fosthom fis-Serie A fl-Italja ma' timijiet bħal Roma u Lecce, u li għeleb diversi sfidi u ostakli tul il-perkors tiegħu fil-futbol. Matul dan l-istaġun beda avventura ġdida f 'pajjiżna ma' Gżira United fil-Kampjonat Premier. Gżira United jirritornaw għar-rebħ Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma segwit minn plejer ta' Mosta Ritratt: Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016