Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502
Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 31 'Kuntent u onorat li se nibda nokkupa l-kariga ta' viċi-president tal-MFA' minn Cristian Antony Muscat IL-ĠURNATA tat-Tlieta 6 ta' Diċembru 2016 kienet ilha mistennija minn bosta speċjalment minn dawk segwaċi tal-futbol lokali għax fiha kellu jitħabbar l-isem tal-viċi-president il- ġdid tal-MFA li kellu jieħu post l-eks viċi-president Chris Bonett, li issa se jkun qed jokkupa l-kariga prestiġjuża ta' Integrity Officer tal-UEFA. Dan l-isem tħabbar propju f 'din il-ġurnata, u kellu jkun dak tal- avukat żagħżugħ Matthew Paris - persuna magħrufa sew fl-ambitu tal-futbol lokali speċjalment ma' dik tal-media sportiva u amministrazzjoni tal- klabbs lokali. Dan tħabbar waqt il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-MFA li saret nhar it-Tlieta li għadda, fejn f 'taqtigħa kbira, huwa ġab 37 vot biex ġie elett mal-ewwel għadd u għeleb l-isfida tal-eqreb sfidant tiegħu għal din il-kariga, Cory Greenland, li ġab erba' voti biss inqas minnu, jiġifieri 33 vot. Intant, f 'kummenti esklussivi li huwa ta lill-gazzetta ILLUM, immedjatamet wara li ġie maħtur f 'din il-kariga, qal li xtaq jirringrazzja lil kulħadd tal-fiduċja assoluta li wrew fih. Kompla billi qal li din kienet tellieqa bejn il-ħbieb u li jinsab ferm kuntent b'din il-ħatra ġdida tiegħu. Huwa afferma li minn dejjem kellu f 'qalbu l-futbol u speċjalment dak Malti, u issa li se jkun qed jaħdem propju fl-amministrazzjoni tal-assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol Malti, hija xi ħaġa li timlieh b'ħafna ferħ u serenità. Din il- gazzetta għamlet domanda addizzjonali oħra lil Paris, fid-dawl tal-fatt li fil- passat huwa kien voċiferu fuq ċerti kwistjonijiet li fihom ma qabilx mal- president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, iżda issa jrid jaħdem miegħu spalla ma' spalla. Huwa qal li huwa kien jgħaddi dawn ir-rimarki għax dejjem kellu f 'moħħu l-ewwel u qabel kollox l-akbar ġid tal-futbol Malti u mhux għax kellu xi ħaġa fil-konfront personali ta' Darmanin Demajo. Mistoqsi wkoll jekk iħossx li din l-elezzjoni kienx fiha element ta' politika partiġġjana, huwa saħaq li ma jemminx li kien hekk, anzi jemmen bis-sħiħ li kull min ikkandida ruħu għal din l-elezzjoni għamel hekk għax f 'moħħu dejjem kellu l-akbar ġid tal-futbol Malti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Paris saħaq li mil- lum 'il quddiem huwa se jkun qed jagħmel l-almu tiegħu kollu biex jara lill-futbol Malti jimxi 'l quddiem u jagħmel dik il-qabża ta' kwalità li tant Maltin segwaċi tal-futbol lokali ilhom jistennew. Matthew Paris jibda t-terminu tiegħu bħala viċi- president tal-MFA fl-1 ta' Jannar tal-2017. Il-kontestanti għal din l-elezzjoni u l-voti miksuba: Dr Cory Greenland 33 vot Dr Matthew Paris 37 vot Dr Peter Fenech 29 vot Victor Cassar 7 voti Dr Duncan Borg Myatt 17-il vot Dr Adrian Camilleri 7 voti Silvio Galea 6 voti Il-voti mixħuta kienu 136 u kollha kienu validi. Matthew Paris flimkien mal-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo Malta tikseb żewġ riżultati inkoraġġanti fil-Futsal BEJN il-Ħadd 4 u t-Tnejn 5 ta' Diċembru, fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin, intlagħbu żewġ logħbiet ta' ħbiberija bejn it-tim nazzjonali Malti tal-futsal u dak ta' San Marino. Fl-ewwel logħba, it- tim Malti mmexxi mill- kowċ Peter Pullicino ħareġ rebbieħ bl-iskor ta' 4-0, f 'logħba li kienet ikkontrollata tajjeb ħafna u ftit taw ċans lill-avversarji. Fl-ewwel logħba, wara biss 50 sekonda, Jovica Milijic fetaħ l-iskor u poġġa lill-Maltin fil-vantaġġ. Sitt minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima, Andy Mangion għamilhom 2-0. Fit-tieni taqsima, minkejja li damu ftit ma ġew il- gowls, il-Maltin baqgħu magħqudin u ħadmu tajjeb kemm fl-attakk u anki fid-difiża. Fil-11-il minuta kien imiss lil Xavier Saliba li jiskurja t-tielet gowl tal-partita. Ħames minuti mit-tmiem, reġa' kien Jovica Milijic li ssiġġilla r-rebħa li timmotiva lit-tim nazzjonali għat-tieni logħba ta' ħbiberija. Intant fit-tieni logħba, il-Maltin temmew il- konfront kontra l-istess San Marino fi draw ta' 2-2, bil-gowls għall-Maltin jaslu permezz ta' doppjetta ta' Xavier Saliba, b'gowl f 'kull taqsima. Dawn iż-żewġ logħbiet servew bħala test għaż- żewġ timijiet qabel il- kwalifikazzjoni għall-EURO Futsal. Malta: Matthew Xerxen (GK), Neil Cuschieri (GK), Daniel Mifsud, Carl Azzopardi, Giancarlo Sammut, Jovica Milijic, Matthew Attard, George Frendo, Melvin Borg, Mark Zammit (C), Xavier Saliba, Dylan Musu, Jason Mifsud, Andy Mangion San Marino: Elia Cecchetti (GK), Michele Bollini (GK), Nauhel Zanfino, Matteo Sammarini, Matteo Morganti, Davide Zafferani, Federico Macina, Elia Pasqualin, Andrea Franciosi, Fabio Gasperoni (C), Fabio Belloni, Nicola Albani, Mattia Protti It-tim nazzjonali Malti tal-Futsal li fl-ewwel logħba għeleb lil San Marino bl-iskor kbir ta' 4-0 Ritratt: Joe Borg