Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 10 Tkompli minn paġna 1 L-ISTUDJU, li sar mill- Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl, sar fost 20 familja, li jvarjaw minn ġenituri, ulied, aħwa u nisa tal-ħabsin, kif ukoll gwardjani tal-ħabs, voluntiera u l-ħabsin stess. Fost problemi li jaffaċċjaw quddiem għajnejhom il- familji tal-ħabsin, bħala realtà tal-ħajja, hemm dik tat-timbru li s-soċjetà tpoġġi fuqhom, jew l-istigma. Iżda mhux neċessarjament tkun negattiva, jew fil-verità tkun preżenti, għaliex f 'ċerti każi jista' jkun li tkun biss idea li jkollhom dawn il-qraba. Inkwiet partikolari li kellha omm, kienet meta esperjenzat attakki personali, b'nies jakkużawha li kienet tirċievi u tgawdi minn oġġetti li kien jisraq binha, u tgħid kif, "kienu jweġġgħuni. Kemm qlajt fuq wiċċi. Allaħares ma jinsiex il-bniedem, binti!" Dawn il-qraba jkomplu jirrakkuntaw fir-rapport kemm hi diffiċli għalihom ir-realtà li r-raġel/missier/ tifel li jinsab il-ħabs, u fost l-oħrajn jgħidu kif anke meta joħorġu mill- ħabs, tkun diffiċli sabiex jerġgħu jiġu impjegati. "Hemm min jagħmel sena priġunerija imbagħad, x'ħin joħroġ barra, dil-kondotta ġġenninhom. Jien qalbi maqtugħa li dawn x'ħin joħorġu se isibu xogħol. Inutli, x'ħin jarawlhom il- kondotta." L-uġigħ tal-istigma, ikomplu jsostnu hi marbuta wkoll ma' mistħija u imbarazzament, anke wara snin twal ta' ħabs. Fil-fatt, raġel partikolari li ħuh kien qiegħed il-ħabs tkellem kif jiddejjaq joħroġ mid-dar għaliex kien jixbhu, u ommu sostniet li, "jistħu min-nies minħabba fih (il-ħabsi)." Mir-rakkonti ħareġ ukoll li din l-istigma jista' jagħti l-każ li tkun biss perċezzjoni, kif tirrakonta mara li hi stess kienet priġuniera, u meta ħarġet mill-ħabs ma stennietx li kien se jkun hemm reazzjoni pożittiva min-nies ta' madwarha. Irrakkuntat kif, "x'ħin ġejt biex noħroġ...kif ġejna d-dar, qisu kelli party hawn. Ġirien iħabbtu, min ġej bil-laħam, min ġej bil-frott. Il-lallu, bdejt ngħid, x'mistħija. Sibna lil din li toqgħod hawn wara li anqas qatt ma kellimtha, bagħtitli l-frott, min bagħatli l-ħelu..." Omm oħra tirrakonta kif meta żewġha kien daħal il-ħabs, stenniet li uliedha kienu se jiġu affetwati ħażin fuq il-post tax- xogħol tagħha. "Jien kif ġrat għidt it-tfal ix-xogħol, kemm se jgħajruhom." Iżda kuntrarjament, tirrakkonta kif uliedha kienu saħansitra ngħataw xi ġranet frank mix-xogħol minħabba s-sitwazzjoni li kienu qed jgħaddu minnha fil-familja. Intant, fil-ħarġa tal-Illum tal-Ħadd li ġej, se nkomplu nitrattaw esperjenzi fir- rapport ippubblikat mill- NGO 'Mid-Dlam għad-Dawl' 'Kemm qlajt fuq wiċċi...kienu jweġġgħuni'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016