Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502
Avukat ta' suċċess bħalek li kellek xogħol importanti u prestiġjuż bħala Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi fil-Parlament Ewropew, x'fettillek tidħol fl- amministrazzjoni tal-futbol Malti, li lkoll nafu kemm qed jaffaċċja diversi sfidi kbar? Fil-każ tiegħi u nixtieq nenfasizza dan il-fatt, dħalt fl-amministrazzjoni tal-futbol minħabba li jien leali għal- logħba tal-futbol u tassew inħobb din il-logħba. Jien ġej minn klabb żgħir li huwa dak ta' Birzebbugia St Peters u kien dan il-fatt li tani l-ewwel opportunità li jkolli l-ewwel irwol amministrattiv fil-futbol. F'dak il-livell, kont qed nirrapreżenta klabb, iżda dejjem kont inħoss fija livell ta' responsabbiltà li nieħu ħsieb tal-logħba b'mod ħolistiku. Nifhem li din tista' tfisser bħala li jien qed nuri lili nnifsi bħala xi martri u nifhem din ir-reazzjoni fil-konfront tiegħi. Iżda xorta waħda nħoss din ir-responsabbiltà. Waħda mill-kritiċi validi li nirċievi bħala amministratur tal-futbol hija dik li bosta drabi niffukaw wisq fuq l-istakeholders li nirrapreżentaw li bosta drabi jkun il-klabb partikolari, u mbagħad nonqsu milli naraw l-istampa kollha. Hemm ħafna mistoqsijiet importanti li wieħed irid isaqsi fosthom kemm hemm tfal li qed jilagħbu l-futbol u kemm dawn jibqgħu jilagħbu għal tul ta' żmien. Irridu nsaqsu wkoll xi strutturi jeżistu biex jgħinuhom jimmassimizzaw it-talenti tagħhom: l-ewwel u qabel kollox għall-iżvilupp personali tagħom, iżda anke biex aħna bħala MFA ikollna l-aqwa plejers possibbli għat-tim nazzjonali. X'responsabbiltà tħoss li se tkun qed tieħu post Bjorn Vassallo, li fl- aħħar sitt snin li kien ilu Segretarju Ġenerali tal-MFA għamel ġid kbir speċjalment permezz tad-diversi riformi li wettaq? Tkellimt miegħu qabel aċċettajt li tieħu l-pożizzjoni ta' Segretarju Ġenerali? Ninsab konxju mix-xogħol kbir li għamel Bjorn Vassallo għall- akbar ġid tal-futbol Malti bħala Segretarju Ġenerali tal-MFA għal sitt snin sħaħ. Qabel aċċettajt din il- pożizzjoni, tkellimt miegħu u għadni f 'kuntatt regolari miegħu, fejn naf xi proġetti kellu f 'moħħu għall-futur, u ninsab persważ li permezz tiegħi u bl-għajuna ta' sħabi l-amministraturi tal-MFA, se nkunu qed nilħqu dawn il-miri li kien stabbilixxa hu flimlien mal-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, fis-snin li ġejjin. Jekk niġbdu ħabel wieħed ħa naslu żgur! Jidher li l-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo flimkien mal-membri tal-Kunsill tal-MFA għandhom fiduċja assoluta fik, hekk kif int inħtart f 'din il-kariga b'vot unanimu. X'tikkummenta? Bl-akbar umiltà jkolli naqbel miegħek! Jien ili naf b'mod personali lill-President Norman Darmanin Demajo għal diversi snin, għalkemm ma kontx nafu daqshekk mill-viċin. Madankollu, kont naf li huwa kellu fiduċja kbira fija, u jien ninsab lest li nirreċiproka din il-fiduċja li huwa dejjem wera u għadu juri lejja permezz ta' ħidma sfieqa għall-akbar ġid tal-futbol Malti. Ma nistgħux ma nsemmux lit- tim nazzjonali tal-Iżlanda, li ssorprendew lil bosta, tant li rnexxielhom jagħmluha sal-kwarti tal-finali. Dan meta sa ftit ta' snin ilu bħala tim nazzjonali konna negħlbu lil dan it-tim. X'mar ħażin u fejn fallejna fil-konfront ta' dan il-pajjiż Nordiku li saħansitra għandu popolazzjoni inqas minn tagħna? Huwa fatt magħruf li l-Iżlanda għandhom popolazzjoni inqas minn dik tagħna, iżda hemm bosta differenzi oħra li jridu jiġu indirizzati. L-ewwel nett l-Iżlanda għandha proporzjon ferm ikbar ta' plejers jilagħbu fl-aqwa Kampjonati madwar l-Ewropa. Dan huwa aspett ferm importanti li ħafna drabi ma jitteħidx in konsiderazzjoni meta l-persuni konċernati jassessjaw il- wirja tal-plejers fuq il-pitch. Wieħed irid ikollu sens ta' perspettiva meta jikkumpara tim nazzjonali ma' ieħor, mhux biex jiġġustifika d-dgħufijiet tagħhom bħala tim nazzjonali iżda biex jassigura li l-asssessjat tiegħu ikun ibbażat fuq ir-realtà. Ir-raġunijiet għan-nuqqasijiet ta' Malta biex tilħaq is-suċċessi miksuba mill-Iżlanda huma kumplessi. Hemm iktar mill-fatt li wieħed jaqbad jipponta subgħajh lejn it-tim nazzjonali nnifsu jew lejn il-kowċ Pietro Ghedin, per eżempju. Dawn huma kollha ħolqiet fil-katina, iżda l-katina kollha tibda minn ħafna qabel. Ejja ninsew ftit il-futbol għall-mument u nsaqsu kemm l-ewwel nett it-tfal tagħna qed jagħmlu attività fiżika, li mhux bilfors tkun futbol. Jekk se nkunu qed nagħmlu dawn il-paraguni, għandna nżommu f 'moħħna li f 'pajjiżi bħall-Iżlanda u l-Olanda, hemm kultura li tiffavorixxi bis- sħiħ attività fiżika. Dan hekk ċerti dixxiplini sportivi f 'dawn il-pajjiżi għandhom jiġu segwiti bilfors fis- sistemi edukattivi tagħhom, waqt li hemm strutturi organizzati għal kull tip ta' sport mhux biss għall- futbol, li digà qiegħda hemm u hija b'saħħitha ħafna f 'dan l-aktar sport popolari madwar id-dinja. Fil-quċċata ta' dan kollu, hemm lista sħiħa ta' affarijiet oħra li rridu nħarsu lejhom - affarijiet li suppost qed nagħmlu jew li qed naspiraw li nagħmlu. Naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu nħarsu lejha hija l-attitudni tagħna lejn il-futbol Malti, li kultant inħoss li hija kemxejn negattiva. Nittama li ma nibdewx insemmu li l-futbol Malti qatt ma jista' jagħmel avvanzi. Iżda hemm numru ta' fatturi oħra. Ħafna drabi nikkonċentraw biss fuq ħaġa waħda jew fuq żewġ affarijiet biss, fejn anke jekk niksbu suċċess f 'dawn l-oqsma xorta waħda jkun għad fadlilna triq twila x'naqdfu 'l quddiem! Ma nistgħux ma nsemmux il- kankru tal-korruzzjoni speċjalment dak marbut mal-betting li donnu li kulma jmur qed jeqred il-futbol mondjali fosthom dak Malti. Kemm taħseb li hija kbira l-problema tal- korruzzjoni fil-futbol lokali, dejjem jekk din teżisti? Idejjaqni ħafna l-fatt li meta s-suġġett idur fuq il-futbol, l-ewwel ħaġa li tissemma' bosta drabi tkun il-korruzzjoni f 'dan l-isport. Mhux qed nitfa' l-ħtija fuqwk li ssaqsini din id-domanda għax għandek id-dritt kollu li tagħmel dan, u sfortunatament il-korruzzjoni speċjalment dik marbuta mal- betting hija dik li qed tagħmel il-headlines tal-aħbarijiet sportivi u mhux biss f 'dawn l-aħħar żminijiet, u l-persuni għandhom raġun li jkunu konċernati bis-sħiħ dwarha. Madankollu, xorta waħda din hija xi ħaġa ta' dwejjaq kbir minħabba li fl-aħħar mill-aħħar il-futbol huwa logħba. Madankollu ma naħsibx li l-problema tal-korruzzjoni fil-futbol Malti hija kbira daqskemm ħafna jaħsbu jew jipperċepixxu. Il-futbol ma jeżistix f 'iżolament - huwa parti minn soċjetà li sfortunatament kulma jmur qed titlef mill-valuri ewlenin tagħha li kien jsawruha tul iż-żminijiet imgħoddija, u għalhekk il-futbol jiġi affettwat minn dan ukoll. Iżda fil-futbol bħal donnu dejjem kien hemm xamma ta' korruzzjoni mhux f 'Malta biss. Dan fih innifsu ma nbidilx mal- medda tas-snin - li nbidel fl-aħħar snin kien il-mod kif issir u n-natura tal-korruzzjoni fil-futbol, hekk kif daħal ħafna betting fuq l-internet li sfortunatament kulma jmur qed jeqred il-futbol mondjali. Li hija battalja diffiċli, dak huwa illum | Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 Angelo Chetcuti - is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-MFA u li f'qalbu, għandu l-imħabba għall-futbol u dak kollu li jsawru, mill-kbir saż-żgħir Sports 34 Is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-MFA b'aspirazzjonijiet Cristian Antony Muscat "Il-kunċett ta' seba' plejers barranin huwa soluzzjoni daqsxejn nofsu misjur għaliex xorta ma tilħaqx il- kunċett tal-moviment ħieles tal-plejers 100%, waqt li tkun qed iċċaħħad l-ispazju lill-plejers Maltin" "Persważ li permezz tiegħi u bl-għajnuna ta' sħabi se nkunu qed nilħqu l-miri li kien stabilixxa Bjorn Vassallo mal- President tal-MFA"