Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

Id-detenturi tal-kards tal- Bank of Valletta jistgħu jirbħu vawċers ta' €500 li jissarrfu għand il-ħwienet tal-Forestals jew tal-Matrix, permezz tal-kampanja tal- Milied tal-kards tal-BOV. Din il-kampanja hija mifruxa fuq il-perjodu bejn l-4 ta' Diċembru 2016 u s-7 ta' Jannar 2017. Kull klijent li jagħmel tranżazzjoni ta' xiri, b'nefqa minima ta' €50, awtomatikament jakkwista sehem fil-lotterija. Meta tkellem dwar l-inizjattiva, is-Sur Ivo Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Electronic Banking fil- Bank of Valletta spjega li, "l-ħlas bil-kards joffri l-aqwa konvenjenza meta wieħed imur jixtri, imur jiekol barra jew jivvjaġġa matul dan l-istaġun tal-festi. Il-Milied huwa żmien li fih wieħed jagħti, u permezz ta' din il-kampanja nixtiequ nuru l-apprezzament tagħna lill- klijenti tagħna għal-lealtà tagħhom." Is-Sur Camilleri enfasizza xi wħud mill-benefiċċji ewlenin tal-kards u semma fost l-oħrajn is-serħan il-moħħ, l-effiċjenza u l-versatilità. Huwa kkummenta wkoll dwar l-impenn kontinwu tal-Bank li joffri lill-klijenti tiegħu soluzzjonijiet sempliċi u mingħajr intoppi għall-bżonnijiet ta' ħlas ta' kuljum tagħhom bħal dawk inkorporati fl-applikazzjoni tal-BOV Mobile Banking. "F'konformità mal-istrateġija tagħna li nkunu ffukati fuq il-klijent, fil-Bank of Valletta aħna nfittxu li nipprovdu lill- klijenti tagħna b'soluzzjonijiet ta' ħlas alternattivi biex jikkomplementaw l-istil tal-ħajja tagħhom. Minbarra l-kards, il-BOV Mobile Pay hija eċċellenti meta jinqasmu l-ispejjeż għar-rigali, jew jinqasmu l-kontijiet waqt ikliet mal-ħbieb." F'dan ir-rigward, huwa spjega li n-nies tal-BOV fin-network kollu tal-fergħat huma disponibbli biex juru lill-klijenti kemm huwa faċli li tuża kemm il-kards kif ukoll il-BOV Mobile App. L-ismijiet ta' għaxar rebbieħa se jittellgħu fis-27 ta' Jannar 2017. Dawn se jiġu kkuntattjati mill-Bank u jintalbu jwieġbu mistoqsija bbażata fuq il-ħiliet biex ikunu jistgħu jirbħu vawċer ta' €500 kull wieħed. illum | Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 24 Kummerċjali HSBC Malta jirbaħ il-premju Bank tas-Sena għall-2016 tal-magażin 'The Banker' Il-Bank HSBC Malta kien onorat bit-titlu ta' Bank tas-Sena f 'Malta għall-2016 waqt ċerimonja tal-għoti tal-unuri tal-magazin 'The Banker', li hi pubblikazzjoni tal-Financial Times. L-unur jirrikonoxxi l-fatt li HSBC Malta kiseb suċċess fil-ħeffa ta' kif biddel il-mudell tan- negozju tiegħu biex jirnexxi f 'ambjent bankarju mibdul, ikkaratterizzat minn bidliet regolatorji aktar stretti u obbligazzjonijiet għal konformità aktar iebsa filwaqt li kompla joffri appoġġ għat-tkabbir lill-ekonomija b'mod responsabbli. L-unur kien ippreżentat lill- Kap Eżekuttiv ta' HSBC Malta Andrew Beane u liċ-Chairman Sonny Portelli waqt ċerimonja li saret f 'Londra. Preżenti wkoll kien hemm grupp ta' impjegati minn għadd ta' dipartimenti tal-Bank. Andrew Beane qal: "Dan l-unur hu xhieda tax-xogħol siewi, professjonalità u dedikazzjoni tal-kollegi kollha tiegħi u għalhekk nixtieq niddedika dan il- premju lilhom. Aħna fassalna strateġija ġdida għal bank fil-bidu tas-sena 2016 u kuntent li l-progress li ksibna matul dan il-perjodu qasir qed ikun rikonoxxut b'dan il-mod. Il-qofol tas-servizzi bankarji dejjem ser ikunu bbażati fuq li noffru servizz lill-klijenti permezz ta' relazzjoni fit-tul mibnija fuq il-fiduċja, imma llum dan jista' jinkiseb biss meta jintlaħqu l-istandards regolatorji u ta' konformità." Hu żied jgħid: "Filwaqt li l-klijenti tagħna ser jagħrfu li HSBC ser ikun qed jistaqsi għal aktar tagħrif milli huma mdorrijin bih fil-passat, l-impenn tagħna biex inżommu l-ogħla standards ta' konformità ser tagħtihom is-serħan tal-moħħ li l-bank tagħhom hu b'saħħtu u sikur. Dan l-unur juri b'mod ċar li ninsabu fuq quddiem nett ta' dan il-qasam f 'Malta u li qed nipproteġu t-tkabbir tal- ekonomija fil-futur." Il-premju 'Bracken Award', imsemmi wara Lord Bracken, il-fundatur u editur ta' 'The Banker' fl-1926 u ċ-Chairman tal-Financial Times mill-1945 sal-1958, kien ippreżentat lill-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Malta Andrew Beane waqt ċerimonja f 'Londra. Il- 'Bracken Award' hu meqjus bħala l-'Oscar' fl-industrija internazzjonali tas-servizzi finanzjarji. Rappreżentanti ta' HSBC Malta waqt iċ-ċerimonja ta' Financial Times 'The Banker' f 'Londra Irbaħ €500 fil-kampanja ġdida tal-Milied ma' BOV GO tniedi Fibre u 4G Plans ġodda GO nediet pakketti Home Pack Fibre internet plans ġodda, u tliet pakketti 4G-friendly pre-paid mobile plans ġodda. Bħala l-unika operatur li għandu network nazzjonali ta' 4G imqabbad kompletament bil-fibre u li qed jinvesti fit-teknoloġija Fibre-to-the- Home, dawn il-pakketti joffru lill-klijenti opportunitajiet ġodda biex jieħdu l-aħjar mill-infrastruttura superjuri tal-internet ta' GO. Il-Home Pack Fibre internet plans il-ġodda jibdew minn €40 fix-xahar u jinkludu servizzi ta' premium interactive TV, internet upload speeds ogħla, telefonati bla limitu lejn in-netwerks fissi kollha u skontijiet fuq mobile plans. Barra minn hekk, GO qed tniedi 4G-friendly pre-paid mobile plans ġodda biex tolqot il-bżonnijiet differenti tal-klijenti. Il-pakketti GO Text, GO Talk u GO Data jibdew minn €8 fix-xahar u joffru taħlita unika ta' minuti fuq il-mowbajl, messaġġi bla limitu lin-netwerks kollha u sa 1GB ta' 4G data. Dawn il-pakketti l-ġodda huma disponibbli wkoll biex jintużaw għal kwlaunkwe numru tat-telefon fiss jew mowbajl fil-UE meta wieħed juża' s-servizz fl-UE. Daniela Bagnaschi, Senior Marketing Manager ma' GO, qalet, "'Il-fibre internet broadband u n-netwerk 4G imqabbad kompletament bil-fibre ta' GO ifissru li ninsabu f'pożizzjoni unika biex nilqgħu għal ħtiġijiet tal-internet tal- klijenti fil-futur. Tajna widen għal dak li qalulna l-klijenti u fassalna dawn il-pakketti biex inwasslu dak li riedu, jiġifieri iktar upload internet speed u iktar 4G data minn qatt qabel. Il-pakketti l-ġodda ta' Home Pack Fibre u prepaid mobile plans ifissru li dan il-Milied iktar klijenti jistgħu jibdew jgawdu minn din l-infrastruttura veloċi u reżiljenti." Għal aktar tagħrif dwar il-Home Pack Fibre packs, GO Text, GO Talk u GO Data, wieħed jista' jżur is-sit www.go.com. mt, il-ħwienet kollha ta' GO jew ir-resellers esklussivi. Wieħed jista' wkoll iċempel lill-customer care fuq il-freephone 8007 2121. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016