Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

B ħalissa, kull min jgħaddi mill-Pjazza tal- Vatikan se jkun jista' jammira presepju Malti, bil-luzzu, is-salib ta' Malta u San Ġorġ Preca b'kollox! Dan il-presepju se jibqa' għall-wiri matul il- festeġġjamenti tal-Milied fl-iktar Pjazza sabiħa fl- Ewropa u fl-iktar żmien fejn din il-Pjazza tattira interess minn ħafna viżitaturi. Il-presepju laqat ħafna l-għajn anke tal-Papa li f 'kummenti li ta f 'udjenza miftuħa għal kulħadd fil-Vatikan tkellem dwar is- sbuħija ta' dan il-presepju, il-ġenerożità tal-Maltin u... il-luzzu! Il-luzzu qal ifakkru fid-dgħajjes u allura fil-fenomenu tal- immigrazzjoni. Hu sabiħ ħafna kif biċċa xogħol artistika tibgħat messaġġi tant b'saħħithom. Bl-istess mod hi sabiħa ħafna s-siġra li rregalat il-Provinċja Awtonoma ta' Trento. Verament impressjonanti. Ħadt gost nisma' bil-ħidma li saret biex din is-siġra tinqala' b'reqqa u tinġieb il-Vatikan ħdejn il-Presepju Malti. Artist Għawdxi Għall-artist li ngħażel, wara sejħa, biex jagħmel il- presepju kienet opportunità kbira għalih biex juri x'nafu nagħmlu quddiem pjattaforma tant kbira. L-artist hu Għawdxi - Manwel Grech li hu verament simpatiku u ġentili. Fuq kollox artist bravu ħafna wkoll. M'għandix dubju li din il-vetrina stupenda se tkun ta' ġid għall-fama tal-artisti kollha ta' pajjiżna, mhux l-inqas Manwel stess. Ħidma tas-servizz ċivili Il-ħidma tas-servizz ċivili f 'dan kollu kienet impekkabbli. Bħala Ministru ma stajtx nitlob għal xi ħaġa aħjar. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar kien ta' sostenn enormi. Id-Direttorat tal- Kultura, immexxi minn Catherine Tabone, kien effiċjenti mmens. L-istess id-diplomatiċi- sija d-diplomatiċi fil-Vatikan - il-kirurgu George Buttigieg u Dun Mario ewlenin fosthom, sija d-diplomatiċi f 'Ruma - immexxija mill- bravissima Vanessa Frazier - kienu fundamentali. Kruċjali fost kulħadd kien il-Vatikanista Frank Zammit- bniedem li jaf dwar il-Vatikan probabbilment iktar mill- aqwa Kardinal u persuna li tħobb ħafna lil Malta. Kien hu li ħolom b'din l-idea madwar sena u nofs ilu u kien hu li xpruna lil kulħadd biex din l-idea ssir realtà. Il-Knisja f 'Malta S'intendi, attività sabiħa bħal din ma setgħetx issir mingħajr l-għajnuna kruċjali tal-Knisja f 'Malta u b'mod partikolari tal- Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna. L-Arċisqof Scicluna tana l-appoġġ kollu biex dan il-proġett seta' jirnexxi u anke fil-Vatikan offrielna kontinwament għajnuna u appoġġ. Ħadt gost li anke l-Kardinal Prospero Grech attenda għall- inawgurazzjoni. Apprezzajt ħafna l-preżenza tiegħu, kif ukoll tad-diversi Kardinali, Isqfijiet u persuni distinti li onorawna bl-interess u l-ħin tagħhom. Il-Vatikan Din kienet it-tieni żjara uffiċjali tiegħi fil-Vatikan wara li iktar kmieni f 'din il-legiżlatura kont akkumpanjajt lill-Prim Ministru u l-Ministru George Vella f 'laqgħat mal-Papa Franġisku dwar il-bidliet li xtaqna nagħmlu (u fil-fatt għamilna b'mod spedit u effiċjenti) fejn jidħlu s-setgħat tat-Tribunal Ekkleżjastiku komparat mal-Qrati Ċivili. Ħadt gost nerġa' niltaqa' mal-Papa Franġisku. L-umilta' u s-sens umoristiku tiegħu huma eċċezzjonali. Kien unur u privileġġ kemm għalija u kemm għall-Maltin kollha li ltaqgħu miegħu. S'intendi l-Papa Franġisku ma tilifx l-opportunità jiċċajta miegħi fuq xi ħaġa li jixtieq li nġiblu minn Malta. Biss, dan sigriet li se jibqa' mistur mal-Mons Arċisqof Scicluna u miegħi! Kritika Ħadt gost li l-Papa Franġisku f 'intervista li ta, kellu kliem iebes ħafna kontra min jivvinta l-istejjer. Il-mezzi tax-xandir għandhom obbligu li jfittxu l-verità u mhux jingħaqdu f 'korijiet studjati u kalibrati bil-għan li jkissru u jċaqqmu t-tajjeb li qed isir. Wara kollox għall-ġid tal-mezzi tax-Xandir stess u l-kredibbiltà tagħhom! Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum Opinjoni 17 Malta fil-Vatikan għall-Milied OWEN BONNICI "Din il-vetrina stupenda se tkun ta' ġid għall-fama tal-artisti kollha ta' pajjiżna" Il-presepju malti fil-Vatikan, li jinkludi wkoll luzzu u lil San Ġorġ Preca flimkien mat-tfal tal-Museum Il-Ministru Owen Bonnici jieħu b'idejn il-Papa Franġisku, fil-preżenza tal-Arċisqof Charles J Scicluna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016