Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum 3 Aħbarijiet Kirurgi ta' fama mondjali f 'seminar f 'Malta IL-PROFESSUR Marco Del Chiaro u John Fenwick, żewġ kirurgi ta' fama mondjali li ġejjin minn Karolinska Institue u minn Liverpool rispettivament, jinsabu f 'pajjiżna fejn indirizzaw seminar dwar l-operazzjonijiet tal-frixa u l-fwied għall-kirugi Maltin. Dan huwa wieħed minn numru ta' kollaborazzjonijiet u taħriġ akkademiku u prattiku li qiegħed isir f 'pajjiżna. "Waħda mill-aktar affarijiet importanti fil-mediċina hija li wieħed jżomm ruħu aġġornat. Permezz ta' dawn il-klassijiet speċjalizzati, mhux biss il- kirurgi u t-tobba tagħna qed ikunu aġġornati bl-aħħar tagħrif fil-mediċina iżda hekk qed jinżamm kuntatt mal- aqwa istituzzjonijiet barranin," qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li mar iżur lill-kirurgi Maltin waqt is- seminar. Jinkiser parti minn ċirku internazzjonali ta' droga MATUL il-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, mara mill-Amerika t'Isfel u Niġerjan ġew arrestati b'rabta ma' sejba tad- droga. Fil-ħidma tagħha, l-Iskwadra ta' kontra d-Droga arrestat mara Sud Amerikana ta' 25 sena mal- wasla tagħha fl-ajruport Nazzjonali ta' Malta. Ġie arrestat ukoll Niġerjan ta' 39 sena, residenti Marsaskala, li allegatament huwa involut f 'dan iċ-ċirku internazzjonali tad-droga. Fil-pusses tal-mara instab iktar minn kilo sustanza bajda, suspettata kokaina. Din kienet ha tiġi mgħoddija lin-Niġerjan. Iż-żewġ persuni se jitressqu taħt arrest il- Qorti llum, quddiem il-maġistrat tal-għassa, fejn il-mara ħa tiġi akkużata bl-importazjoni u pusses aggravat tad-droga kokaina, kif ukoll talli assoċjat ruħha mat-terzi persuni sabiex l-istess droga tiġi importata u traffikata f 'dawn il-gżejjer. Filwaqt li n-Niġerjan se jiġi akkuzat b'assoċjazzjoni fl-importazzjoni u traffikar tal-istess droga. L-investigazzjonijiet tal-Pulzija għadhom għaddejjin. 'Nisa Maltin, se jidħqu bikhom biex idaħħlu l-abort' Il-Gift of life jirritaljaw għall-kummenti li f'Malta l-abort se jiddaħħal 'dalwaqt' minn Albert Gauci Cunningham KIF mistenni, il-Gift of Life irritaljaw bil- qawwi għal intervista li kienet ippublikata fuq is-sit tal-BBC nhar il- Ħamis li għadda, nhar il-Kunċizzjoni. F'dan l-artiklu Francesca Fenech Conti ġiet ikkwotata tgħid li l-kwistjoni tar- riproduzzjoni tan-nisa hija waħda, mill-aħħar sur ta' konservattiviżmu f 'dik li tiddeskrivi bħala 'soċjetà ddominata mill- knisja.' Fl-istess intervista, hija tagħmilha ċara li Malta mhux se tkun kapaċi żżomm lura, dak li ssejjaħ 'ir-riħ tal-bidla'. 'Se jkun hawn bidliet dalwaqt, il-fatt li qed ikollna din il-konverżazzjoni hija evidenza tal-bidla. Sa sena u nofs, ilu lanqas kont nista' niddiskuti dan is-suġġett ma' oħti jew il- kuġina, illum niddiskutuh il-ħin kollu apertament.' Il-grupp lokali kontra l-abort, anke jekk fil- fatt preżentement l-ebda partit mhu qed jipproponi l-introduzzjoni tiegħu, akkuża lil Fenech Conti li hija parti minn grupp ta' nies li qed jipprovaw jimmanipulaw lin-nisa. 'Nisa Maltin', jibda l-appell tal-Gift of Life, 'dalwaqt se tkunu mmanipulati li temmnu li m'intomx nisa veri jekk ma tiġġildux għad-dritt, anke jekk ma tridux tagħmlu użu minnu, biex toqtlu lit-tarbija b'abort.' Il-messaġġ tal- Gift of Life jispiċċa billi jinsinwa li gruppi ta' nies se jibdew jikkampanjaw biex jiddaħħal l-abort f 'Malta. Fir-reazzjoni tagħhom, Gift of Life jagħmlu wkoll referenza għad-diskussjoni dwar il-Morning After Pill u jallaċċjaw dan mad- diskussjoni dwar l-abort. Fl-istess artiklu, miktub minn Becky Branford jiġi wkoll intervistat l-Arċisqof Charles J Scicluna u Herman Grech, Editur Diġitali tat-Times. Filwaqt li Grech ifakkar li mhux xi ħaġa neċessarja li kull min kien favur l-introduzzjoni ta' drittijiet ċivili għal koppji tal-istess sess se jkun favur l-abort, Scicluna ifakkar li l-Knisja se tibqa' 'kommessa li tiddefendi lill-aktar vulnerabbli u mingħar vuċi, fis-soċjetà, bħat-tarbija li għadha ma twelditx. Il-Knisja temmen li anke tarbija li għadha ma twelditx għandha tkun trattata b'dinjità. Dan hu it-twemmin,' ifakkar l-Arċisqof, 'tal-maġġoranza l-kbira tal-poplu Malti.' Fenech Conti tgħid li f 'Malta r-riħ tal- bidla wasal u li se jiddaħħal l-abort

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016