Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502
PITTURA fuq panew tas- Seklu 15 se tkun tista' terġa' titgawda mill-pubbliku wara li ġiet konservata u restawrata minn Heritage Malta. Permezz tal-wirja, 'Reborn – an early Renaissance painting in focus', dan il-panew jinsab esebit għal perjodu qasir fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fejn il-pubbliku jkun jista' japprezza aħjar il-proċess ta' restawr u konservazzjoni li kien meħtieġ biex il-pittura ma tintilifx. L-għan huwa li dan il-panew jitpoġġa għall-wiri b'mod permanenti fil-MUŻA, li huwa l-mużew il-ġdid tal-arti għall- komunità fil-Berġa tal-Italja u li se jkun wieħed mill-akbar proġetti mwettqa għal Valletta 2018 meta tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-panew għandu storja misterjuża għall-fatt li minkejja li huwa magħruf il-perjodu ta' meta sar, għadu mhux magħruf ezatt jekk kienx jifforma parti minn għamara jew minn pittura akbar. Li huwa żgur hu li kien jifforma parti minn xi ħaġa akbar. Anke l-pittur mhux magħruf. L-unika indikazzjoni hija l-isem 'Alberto' indikata fuq skrizzjoni mpittra fil- parti ċentrali tal-pittura wara x-xena ċentrali tal-Madonna u l-Bambin. Il-pittura turi tliet xeni. Fin-nofs b'mod prominenti hemm ix-xena tan-natività bil-Madonna ħdejn il-Bambin. Dawn il-figuri huma ikbar fid-daqs tagħhom u prominenti iktar meta mqabbla ma' San Ġużepp li jidher mixħut jistrieħ mal-art fl-għar. Iż-żewġ xeni l-oħra juru l-Maġi fi triqithom lejn Betlehem u r-rgħajja jgħassu l-merħla. Il-wirja, 'Reborn – an early Renaissance painting in focus', se tkun qegħda tispjega l-proċess u l-isfidi ta' restawr u preservazzjoni. Il-wirja se tkun fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija sal-31 ta' Jannar 2017 matul il-ħinijiet tal-mużew, jiġifieri kuljum bejn id-9.00am u l-5.00pm, bl-aħħar dħul ikun fl-4.30pm. Id-dħul huwa bla ħlas. Iktar tagħrif dwar din il-wirja u Heritage Malta u l-attivitajiet li torganizza jinsab fuq il- website, www.heritagemalta.org, jew mill-paġna ta' facebook. illum | Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 22 Pjazzetta SITUATION VACANT Domiciliary Housekeeper (live-in) to be employed on a full time basis. The chosen candidate will need to offer her/his services on site. Accommodation will be offered free of charge on site too. The candidate has to be proficient in housekeeping duties, of good conduct, good natured and with an innate capability to work with children. Interested candidates are to contact us on mobile number 99888862 or email at aasia.shaukat@yahoo.com SITUATION VACANT R. SCICLUNA LTD • Mason Helper • Heavy plants drivers • Roofing for concrete Contact Rennie Scicluna on 79497274 Il-Kunċert Annwali tal-Milied mill- Banda Stella Maris ta' Tas-Sliema WARA s-suċċess li l-Banda Stella Maris għamlet fil- kunċert tal-Festa ta' Stella Maris, is-Soċjetà qiegħda torganizza l-kunċert orkestrali tal-Milied. Għal din is-sena l-kumitat se jippreżenta kunċert ta' mużika moderna u klassika, nhar il-Ġimgħa16 ta' Diċembru 2016 fis- 7.15pm, ġewwa l-Knisja Parrokkjali ta' Stella Maris, fi Triq il-Kbira, Tas-Sliema. Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris, taħt id- direzzjoni ta' Michael Pulis għażlet biċċiet ta' mużika moderna u klassika, fosthom Sinfonia Pastorale, Caro Ġesù Bambino, Sounds of Christmas, To Believe, Cinema Paradiso, A Time for Us, The Prayer, Sanctuary of the Heart, Waltz of the Flowers…u ħafna aktar. Flimkien mal-orkestra tal-filarmonika Stella Maris, se jieħdu sehem ukoll il- kantanti Debbie Scerri, Aldo Busuttil, Cledia Micallef u Martina Vella. Id-dħul huwa bla ħlas u l-bibien jiftħu fis-6.45pm. Għal aktar informazzjoni dwar dan il-kunċert, ċempel fuq 79445778. Panew tas-seklu 15 għall-wiri wara li ġie restawrat u konservat Il-Presepju Malti ħaj f 'Selmun: Ħarab il-Bambin DAN il-Milied il-Bambin jagħlaq sena. Il-Pasturi ta' Selmun jiddeċiedu li jagħmlulu l-quċċija. Iżda jinqala' l-inkwiet meta r-Rieqed jorqod u l-Bambin jisparixxi. Tgħid il-Bambin ħarab, jew serquh? Fejn mar? Fejn ħaduh? Tgħid l-Għaġeb, ir-Rieqed, il-Kaċċatur, il-Mara tal-Ħatab, Il- Mara tal-Bir u l-Furnara għad isibuh lil Ġesà? U l-Gawgaw, il-mostru Malti tal-Milied, x'qiegħed jagħmel f 'dan il-Presepju? Ejjew u taraw dan il-Presepju Malti ħaj b'differenza, nhar il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016, fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi Selmun-Imġiebaħ (faċċata tal-Palazz). Id-dħul u parkeġġ huma b'xejn. Ħinijiet: 11:00am, 1:30 pm, 2:30pm, 3:30pm. Fl-4:30pm purċissjoni bil-Bambin miċ-Ċentru tal-Viżitaturi għall- Kappella ta' Selmun u wara, l-prietka tat-tifla fil-kappella. Minbarra l-Presepju ħaj wieħed isib għadd ta' stalls b'affarijiet, tradizzjonijiet u ikel tal- Milied. Din l-attività qiegħed tittella' mill-għaqda Arkeo, Assoċjazzjoni Residenti Selmun kif ukoll bil-kollaborazzjoni tal- Kunsill Lokali Mellieħa.