Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

CLIFFORD Portelli huwa r-rebbieħ finali tal-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2016. Clifford, li jaħdem bħala receptionist mal-Kummissjoni għad- Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (CRPD) kien nominat mill-kollegi tiegħu għad-dedikazzjoni li juri f 'xogħlu u għas-servizz li jipprovdi lill-klijenti minkejja d-diżabilità fiżika tiegħu. F'serata li ttellgħet il- Ġimgħa filgħaxija, kienu ppremjati wkoll ħaddiema minn diversi setturi li lkoll kienu nominati f 'kategoriji differenti, sew mill-kollegi sħabhom, minn min iħaddimhom kif ukoll mill- pubbliku. Il-kategorija Employee of the Year intrebħet minn Claire Eddleston li taħdem mal-kumpanija CYKA Limited filwaqt li l-kategorija Role Model of the Year intrebħet minn Victor Degiorgio mill-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl li taħdem ħafna mal-priġunieri u mal-familji tagħhom. L-imprenditur Anġlu Xuereb rebaħ il-kategorija Employer of the Year filwaqt li dik tal-Manager of the Year intrebħet minn Fabiana Vella li tmexxi l-kumpanija CYKA Limited. Is-sezzjoni tal-EOD tal-Bomb Disposal Unit u s-'C'company mill-1 Reġiment fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta rebħu l-kategorija tat-Tim tas-Sena. Il-kumpanija ST Microelectronics rebħet il-kategorija tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax- Xogħol, liema kategorija ddaħħlet għall-ewwel darba din is-sena. Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal- Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli fissret li filwaqt li f 'pajjiżna għandna ekonomija b'saħħitha, rata ta' qgħad mill-aktar baxxa u żieda ta' 6% fir-rata ta' nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol, il-Gvern huwa kommess li jkompli jtejjeb il-qasam tax- xogħol li minnu jibbenefikaw b'mod dirett il-ħaddiema. Il-Ministru Dalli semmiet li bħalissa għaddej proċess biex tiġi emendata l-liġi tax-xogħol sabiex tirrifletti aħjar ir-realtajiet tal-lum. Qalet li l-Gvern għaddej b'diskussjonijiet mal- imsieħba soċjali, mat-trade unions u ma' min iħaddem dwar l-introduzzjoni ta' benefiċċji ġodda għall- ħaddiema f 'każ ta' mard serju u fit-tul. "Irridu niddiskutu l-livellar tal-kundizzjonijiet tax- xogħol bejn min jaħdem mal-Gvern, dawk li jaħdmu fis-settur parastatali u dawk li jaħdmu fil-privat, hekk kif hemm diskrepanzi kbar," sostniet Dalli. Hija tkellmet ukoll dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa rigward iż-żieda fil-paga minima. Il-Ministru Dalli enfasizzat il-bżonn ta' aktar nisa b'karrieri fix- xjenza, kif ukoll aktar nisa f 'pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. Qalet li Malta kienet strumentali biex minn din is-sena beda jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali għan-Nisa u l-Bniet fix-Xjenza, nhar il-11 ta' Frar, hekk kif iddikjarat min-Nazzjonijiet Magħquda. Dwar il-prekarjat, il- Ministru Dalli qalet li wara li l-Gvern indirizza l-problema ta' dawk il- ħaddiema mal-kuntrattur li jagħtu servizz lill-Gvern, issa għaddej b'diskussjonijiet biex jindirizza s-sitwazzjoni tax- xogħol prekarju fil-privat. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 'Paga żejda' bi żball għal żewġ tobba Ordnati jħallsu lura €27,500 bejniethom sal-2018 Tkompli minn paġna 1 DAN il-każ kien żvelat fir-Rapport tal-Awditur fil- parti li trattat il-ħlasijiet u l-pagi f 'dan id-Dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali. L-Awditur mhux biss tefa' dawl fuq dan il-każ, flimkien ma' każi oħrajn f 'dan id- Dipartiment, talli propona li jekk jinstab li l-ħaddiema in kwistjoni kienet qed tingħata xi flus żejda dawn għandhom ikunu mogħtija lura. Fir-rapport, jingħad li l-Awditur saħansitra lanqas biss sab meta din il-persuna kienet bdiet taħdem mal- Ministeru tal-Edukazzjoni, b'25 siegħa fil-ġimgħa, u kien biss wara riċerka mad- dipartimenti konċernati li kien żvelat kif din kienet ilha impjegata mal-Ministeru tal- Edukazzjoni mill-2008. Dan ma kienx l-unika jew l-akbar nuqqas f 'dan id-Dipartiment, fil-fatt l-Awditur sab li żewġ tobba kienu mħallsin, meta tgħodd pagi u allowances €14,089 u €13,334 rispettivament aktar milli suppost, f 'sena waħda biss. Dan l-iżball fisser li dawn iż-żewġ tobba ingħataw iktar mill-paga minima, lil hinn mill-ħlasijiet li suppost jirċievu f 'sena. Ir-rapport jiżvela, fost affarijiet oħrajn li fil-fatt dawn iż-żewġ tobba kienu qed jitħallsu, f 'allowances, €3,552 ma kull paga matul l-2015 u €3,697 ma' kull paga matul l-2016, meta fil-fatt suppost kienu qed jieħdu €2,464 fl-2015 u €2,367 fl-2016. Dan ifisser diskrepanza ta' €1,088 ma' kull paga fl-2015 u diskrepanza ta' €1,330 ma' kull paga fl-2016. Prattikament, diskrepanza li titqabbel sew ma' ħafna pagi f 'Malta. L-uffiċċju tal-Awditur ippropona li jkun hemm mekkaniżmu ċar li jikkontrolla l-pagamenti tal- ħaddiema fid-Dipartiment in kwistjoni u li meta jkun ċar li l-ħlasijiet, huma għoljin jew baxxi eżaġeratament, tittieħed azzjoni immedjata. Intant dawn iż-żewġ tobba ġew ordnati jħallsu lura l-flus żejda li ħadu sa Diċembru 2018. Iktar minn €27,000 f 'sena lil żewġ tobba 'bi żball' 'Kommessi li nkomplu ntejbu l-qasam tax-xogħol' Is-serata finali tal-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2016 Uħud mill-ħaddiema li ġew ippremjati fis-serata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016