Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502
minn Cristian Antony Muscat ILMALTA International Challenge Marathon hija waħda mill-aktar tiġrijiet mistennija fil-kalendarju tal-atletika ta' Malta. Hija tiġrija diffiċli imma sabiħa mifruxa fuq tlett ijiem li tkopri d-distanza ta' maratona sħiħa, jiġifieri 42.2km. Kellu jkun l-atleta ewlieni Għawdxi, Charlton Debono, li qed jikseb suċċess wara l-ieħor fix- xena tal-atletika lokali, li jittrijonfa għall-ewwel darba fl-edizzjoni ta' din is- sena, fejn tana iktar dettalji rigward din it-tellieqa u x'fissret għalih din ir-rebħa. Huwa afferma li: "Din is-sena għalija kienet it-tieni darba li pparteċipajt fil-Malta Interational Challenge Marathon. Fl-edizzjoni tal-2015, kont għadni pjuttost ġdid għad-distanzi twal u ma kellix daqshekk esperjenza. Però, ġaladarba ddeċidejt li nidħol għaliha, ippreparajt ruħi mill-aħjar li stajt u kont kuntent ħafna li spiċċajt fit-tieni post wara Andrew Grech fl-ewwel parteċipazzjoni tiegħi. Kien riżultat pożittiv ħafna għalija. L-esperjenza tal-Malta International Challenge Marathon 2015 kienet sabiħa ħafna u kont deċiż li nerġa' nieħu sehem fl-2016 u nimmira għal riżultat jerġa' aħjar milli kelli. Il-forma tiegħi fl-aħħar xhur kienet tajba ħafna u akkwistajt diversi riżultati tajbin fl-aħħar xhur speċjalment ir-riżultat tajjeb ħafna fil-Valencia half marathon fejn għamilt ħin ta' 1:09:26 u spiċċajt fit-33 post minn aktar minn 13,000 kompetitur. Hekk kif bdiet toqrob il-Malta International Challenge Marathon ta' din is-sena, ippreparajt tajjeb ħafna, aktar mis-sena ta' qabel, speċjalment għax din is-sena kelli esperjenza ta' x'kont qed nistenna. Kont naf ukoll li kien se jkolli kompetizzjoni tajba minn atleti bħal Mario Grech u Stefan Azzopardi kif ukoll minn atleti oħra barranin. L-ewwel stadju li sar fis- Siġġiewi kien iebes b'diversi telgħat. Bdejt l-ewwel ġurnata mill-ewwel b'rebħa tajba ħafna, fejn għamilt id-distanza ta' 16.1km f 'ħin ta' 55.37 minuti. Tant kien riżultat tajjeb dan li wara l-ewwel ġurnata, diġà kelli vantaġġ ta' aktar minn żewġ minuti. Għalhekk, dħalt għat-tieni ġurnata aktar kunfidenti. Din kienet distanza ta' 5km li saret f 'Marsaskala. Hemmhekk erġajt irbaħt b'ħin ta' 15.59 minuti, u komplejt inkabbar il-vantaġġ fuq it tieni atleta Mario Grech b'madwar 20 sekonda oħra. L-aħħar ġurnata li saret f 'Buġibba u l-Qawra kienet tkopri l-itwal distanza - dik ta' 21.1km. Din kienet it- tiġrija li kienet tħoll u torbot. Għalkemm kelli vantaġġ komdu, xorta waħda qgħadt attent u ġrejt tiġrija tajba fejn erġajt irbaħt b'ħin ta' 1:14:43. Il-ħin totali tat-tlett ijiem kien ta' sagħtejn, 26 minuta u 18-il sekonda. Ninsab ferħan immens b'din ir-rebħa f 'din it-tiġrija. Hija esperjenza ta' tlett ijiem mill-isbaħ. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi, speċjalment lill- mara Joanna, kif ukoll lill-ħbieb kollha tiegħi, li dejjem jissapportjawni. Nirringrazzja wkoll lill-kowċ Mario Bonello tal-pariri siewja tiegħu, lil SportMalta li jgħinuni permezz tal-Flexi- training scheme, lill-MAAA, kif ukoll lill-isponsors kollha tiegħi li huma Urban Jungle, Garmin Malta, NYOO Hamrun, Team Barry - Malta International Challenge Marathon, shopgozo.com, Gaudos Gym, Victoria Gozo kif ukoll lill-masseur tiegħi Philip Cachia. Żgur li nerġa' nipparteċipa s-sena d-dieħla biex niddefendi t-titlu tiegħi," temm jgħid Charlton Debono. Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 33 DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 'Ferħan immens bir-rebħ tal- Eurosport Malta International Challenge Marathon' Charlton Debono jifraħ wara li rebaħ l-ewwel Malta International Challenge Marathon l-karriera tiegħu Ritratt: Angie Conti