Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502
illum | Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 14 Għawdex Thursday TVM 20:50 L-inklużjoni tal-Gender Equality ġġib €58,000 f 'fondi Ewropej lil Għajnsielem Redcoats LGĦAJNSIELEM Redcoats, klabb sportiv, li twaqqaf fl-2012, ingħata grant ta' aktar minn €58,000 permezz tal- Erasmus+ Sports: Small Collaborative Partnerships, għall-proġett immirat biex iżid l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport, speċjalment is-softball. Il- proġett, imsejjaħ Inclusion and Gender Equality Through Softball (IGETS) se jiġbor flimkien tliet klabbs tas-softball minn partijiet diversi tal-Ewropa – Għajnsielem Redcoats minn Għawdex, Malta, Olympia Haarlem mill- Olanda, u Softball Klub Princ Zagreb mill-Kroazja. Il-proġett jinvolvi skambju tal-aħjar prattiki relevanti għall-ugwaljanza bejn is- sessi fl-isport, sforz biex iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa biex jilagħbu softball u sports b'mod ġenerali, u biex tiżdied ir-rata ta' parteċipazzjoni fl-isport – speċjalment fost in-nisa u t-tfajliet billi ssir ħidma mal-partijiet konċernati f 'kull pajjiż. L-IGETS se żżid il-bini ta' kapaċitajiet tat-tliet organizzazzjonijiet rispettivi, kif ukoll l-istaff, kif ukoll toħloq network dejjiem ta' kooperazzjoni bejn l-isħab tal-proġett. Il-proġett hu magħmul minn erba' attivitajiet transnazzjonali, flimkien ma' attivatijiet implimentati minn kull imsieħeb fil-pajjiż respettiv tiegħu, mifruxa fuq sentejn. Fl-ewwel attività transnazzjonali, il-kowċijiet mit-tliet klabbs se jiltaqgħu f 'Għawdex biex jesploraw modi differenti kif jistgħu jinkoraġġixxu tfal anke mill-età żgħira ta' erba' snin biex jipparteċipaw fl-isports. Fit-tieni laqgħa transnazzjonali, f 'Haarlem (l-Olanda) se jaħdmu fuq il-bini ta' kapaċitajiet, speċjalment ta' kowċijiet tal-pitching. Objettiv ieħor ta' din l-attività hu li jiġi studjat il-lat amministrattiv fit-tmexxija ta' klabb tas-softball, u li jiġu esplorati modi ta' kif tista' titjieb it-tmexxija tal- organizzazzjoni, fosthom anke metodi ta' ġenerar ta' fondi. It-tielet attività transnazzjonali se ssir f 'Zagreb, il-Kroazja. Dan se jkun kamp ta' taħriġ li se jgħaqqad it-tliet timijiet ta' taħt is-17-il sena tal-klabbs li qed jieħdu sehem. L-għan prinċipali ta' din l-attività hu li jiġu esplorati modi ta' kif jistgħu jibqgħu involuti plejers żgħażagħ, filwaqt li jsibu bilanċ mal-edukazzjoni tagħhom, jew anke l-ħajja tax-xogħol ladarba jibdew jaħdmu. Il-laqgħa transnazzjonali finali se tkun konferenza għas-sħab f 'dan il-proġett bil-parteċipazzjoni ta' membri tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali tas-softball rispettivi tagħhom, u rappreżentanti mill- European Softball Federation. Matul din il-konferenza, ir-riżultati tal-proġett jiġu mħabbra u se jiġi ppreżentat dokument lill-European Softball Federation għal aktar tixrid fost l-assoċjazzjonijiet ta' softball Ewropej affiljati magħhom. B'dan il-mod, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li se jirriżultaw mill-proġett tal-IGETS, jiġu kkomunikati ma' kull min hu assoċjat mal-fast pitch softball madwar l-Ewropa. IGETS ġie konċeput grazzi għall-isforzi tal-MEPs Therese Comodini Cachia u Marlene Mizzi li fi Frar li għadda stiednu lill-Gozo Sports Board fi Brussell biex jesploraw modi ta' kif l-organizzazzjonijiet tal-isport f 'Għawdex jistgħu jkollhom aċċess għall-opportunitajiet ta' finanzjament mill-UE. L-għajnuna tal-Malta EU Steering and Action Committee, MUESAC, kien indispensabbli matul il-proċess tal-applikazzjoni. Mingħajr l-assistenza dedikata mill-istaff tal- MUESAC, l-IGETS ma kinitx tkun possibbli. Il-proġett kellu wkoll l-appoġġ mis-Segretarju Ġenerali tal-European Softball Federation, Ami Baran. Issa li l-IGETS ingħata l-fondi, kull min hu assoċjat mal-Għajnsielem Redcoats jinsab ħerqan biex jibda l-implimentazzjoni tal-proġett, li hu mistenni jtejjeb il-livell tal-logħob, u l-popolarità tas-softball f 'Għawdex.