Illum previous editions

ILLUM 11 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/761502

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

minn Ruben Anthony Xuereb KULL sena, il-Kummisjoni tal-Films ta' Malta, permezz ta' fond allokat mill-Gvern, tagħżel numru ta' proposti għal produzzjonijiet ta' films, films qosra u scripts, biex jiġu mogħtija għajnuna finanzjarja sabiex dawn isiru realtà. Waħda mill-produzzjonijiet li bbenfikaw minn ammont ta' €100,000, allokati mill- fondi għall-2015, kienet dik ta' film tal-ġeneru 'horror' temporanjament intitolat 'The weeping house of Qala', bl-isem popolari fix-xena tat-televiżjoni Maltija, ta' Mark Doneo fl-irwol ta' direttur. L-ILLUM iltaqgħet mal-moħħ wara din il- produzzjoni, id-direttur Mark Doneo biex titkixxef aktar dwar il-proċess kollu li tgħaddi produzzjoni mill- mument li tiġi proposta lill-kummisjoni tal-films, sal-ġurnata tant mistennija meta wara żmien twil ta' xogħol iebes, l-udjenza tara l-film għall-ewwel darba. Dwar il-'film fund' tal- Kummisjoni tal-Films, Doneo saħaq li "l-aktar li gawdejt kien fl-assistenza professjonali minn esperti internazzjonali li l-Kummissjoni tal-Films tpoġġi għad-dispożizzjoni tagħna li nkunu ngħatajna l-fondi." "Dawn il-mentors, nies esperjenzati u kwalifikati fl-industrija tal-films internazzjonali, jiflu l-istorja u l-metodoloġija li tkun se taħdem biha u jagħtu rispons riġoruż u aħrax," qal Doneo, li ssokta jispjega kif il-'mentors' jistaqsu numru kbir ta' mistoqsijiet biex jisfidawk u jinċentivawk toħroġ bl- aħjar verżjoni tal-idea li tkun ippreżentajtilhom. "Fil-każ tiegħi," tenna Doneo, "naf mija fil-mija li dak il-proċess kien imprezzabbli, u spiċċajt bi prodott aħjar minn dak li bdejt bih qabel applikajt." Wieħed mir- rekwiżiti biex produzzjoni tingħata l-fondi hija l-preżentazzjoni ta' baġit iddettaljat li jkopri kull aspett tal-produzzjoni, u kif il-produtturi beħsiebhom iqassmu l-fondi. Doneo qal li "l-baġit irid ikopri kollox. L-atturi, make up, ikel, trasport, sound, editing, mużika, kulur u ħafna aktar. Ma tista' tħalli xejn barra. Però l-ispiża l-kbira tkun is-sigħat ta' xogħol li trid tħallas lill- crew, li huma n-nies li se jaħdmu fuq il-produzzjoni u l-kiri tal-apparat li jrid jintuża fil-ġbid tal-istorja." Huwa qal li l-ammont ta' ħin li tiddedika għal proġett u l-kwalità tal-apparat li tuża tirrifletti direttament fil- prodott finali. Il-ġbid tal-film ta' Mark Doneo, 'The weeping house of Qala', li Doneo qal li aktar tard se jinstablu titlu bil-Malti, tlesta u bħalissa l-proċess qiegħed fl-istadju ta' dik li jgħidula 'rough cut', l-ewwel verżjoni magħquda tal-film, sabiex tintwera lill-kummisjoni tal-films u l-moderaturi barranin. Doneo spjega li fil-mument qegħdin jaħdmu fuq il- proċess delikat tad-disinn tal-awdjo. Wara li l-ewwel verżjoni tkun lesta, kmieni s-sena d-dieħla jibdew 'focus groups' sabiex minnhom jittieħed rispons li permezz tiegħu, jekk hemm bżonn, jiġi modifikat il-prodott finali sabiex jirrifletti bl-aħjar mod il-gosti u l-interess tal-udjenza. It-tama ta' Doneo hija li l-verżjoni finali tal-film tiegħu tintwera fil-Belt Valetta waqt il-Valletta Film Festival, iżda għalissa ma jista' jikkonferma xejn minħabba li parti mill-proċess tal-fond tal-Kummisjoni tal-Films tirrikjedi li l-produtturi jippromwovu l-film tagħhom f 'festivals prestiġjużi barranin, u xi kultant dawn jeżiġu li l-film ma jkun intwera imkien aktar qabel biex ikun eliġibbli biex japplika għalihom. Li huwa ċert hu, li frott ix-xogħol iebes ta' Mark Doneo u t-tim tiegħu bl- għajnuna li ħadu mingħand il-Kummissjoni tal-films se jirriżultaw biex xi żmien is-sena d-dieħla, udjenza Maltija kburija se tara film Malti b'livell ta' kwalità daqs kwalunkwe produzzjoni barranija, li filwaqt li mhux l-ewwel wieħed, żgur li mhux se jkun l-aħħar wieħed lanqas, jekk il-Kummisjoni tal-Films tibqa' twettaq il-viżjoni tagħha li tara industrija tal-films lokali tilħaq livelli internazzjonali. illum | Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 6 Minn dar abbandunata fil-Qala… Produzzjoni ta' lm Malti 'horror', b'direzzjoni ta' Mark Doneo, tkun possibbli permezz ta' €100,000 mill-fondi tal- Kummissjoni tal-Films ta' Malta 'Rolling… and Action' Ritratti: Photography Coldman Id-Direttur, Mark Doneo Xena mill-film bi produzzjoni lokali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2016