Illum previous editions

illum 9 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/413178

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Novembru 2014 | illum 3 fl-2008 imma vvutaw lill- PL fl-aħħar elezzjoni. Dan għalkemm naqas l-ammont ta' immgranti li waslu Malta grazzi għall-proġett Mare Nostrum li issa m'għadux fis-seħħ. Minn Ġunju tal-2013, din il-kwistjoni tal- immigrazzjoni żdiedet b'19-il punt wara li l-Gvern ma wettaqx it-theddida tal-push- back lura lejn il-Libja. Minn dak iż-żmien, il-Gvern beda jitkellem b'mod aktar uman fil-konfront ta' dawn l-immigranti u ffoka fuq l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà. Min-naħa l-oħra, il- votanti tal-PN huma aktar imħassba fuq kwistjonijiet bħall-enerġija u x-xogħol bi 17% kif ukoll it-traffiku. Il-kwistjonijiet tal-enerġija u x-xogħol dehru l-aktar fost dawk ta' edukazzjoni primarja u sekondarja. It-tħassib dwar l-għoli tal-ħajja, 7,2% żdied bi ftit fuq Marzu li għadda meta tkellmu dwar iż- żieda proposta għall-għoli tal-ħajja (COLA) ta' 58c. Il-votanti Laburisti huma mħassba daqs dawk Nazzjonalisti dwar iż-żieda tal-COLA ta' 58c kif inhi proposta, bi 8% tagħhom juru t-tħassib tagħhom dwarha. Kienu l-aktar li tkellmu dwar il-COLA dawk ta' livell ta' edukazzjoni primarja waqt li dehret l-inqas fost il-gradwati. Minħabba l-kwistjoni dwar id-dewmien fil-powerstation, it-tħassib dwar kwistjonijiet tal-enerġija żdiedu għal 7% minn 3% f 'Marzu li għadda. Il-votanti li biddlu minn PN għal PL fl-aħħar elezzjoni wrew it-tħassib tagħhom fuq il-kwistjoni tal-enerġija, b'19% tagħhom jsemmu dan il-punt. Il-votanti Nazzjonalisti huma l-aktar li juru t-tħassib tagħhom dwar l-ambjent b' 7% meta mqabbla mat-3% tal-votanti Laburisti waqt li l-ebda switcher ma tkellem dwar dan. Dwar l-ambjent, it-tħassib li l-aktar li kien dwar kwistjonijiet ta' żvilupp, niżel b'4 punti waqt li għall- ewwel darba, 4% tkellmu dwar it-tħassib fit-tnaqqis tal-bejgħ fil-ħwienet. Kienu biss 6% u 5% ta' dawk li wieġbu li semmew it-toroq u t-trasport pubbliku bħala problema rispettivament u kienu 30% dawk li semmew minn ta' lanqas sitwazzjoni waħda relatat mat-trasport. It- tħassib dwar it-traffiku deher f 'kull faxxa tal-edukazzjoni però hija l-akbar fost dawk ta' edukazzjoni post sekondarja u l-inqas fost dawk ta' livell ta' edukazzjoni primarja li ġeneralment huma nies ta' età kbira. Fl-istess waqt, kien hemm tnaqqis qawwi tat-tħassib dwar ix-xogħol fejn minn 21%, niżel għal 7%. Lic T/A U01 GHAL AKTAR INFORMAZZJONI IKKUNTATJA LIL FLYAWAY TOURS JEW LILL-AGENT TAL-IVVJAGGAR TAL-GHAZLA TIEGHEK T:2345 0300 | E:INFO@FLYAWAYTOURS.COM.MT HAREG IL-FLYAWAY TOURS BROCHURE TAX-XITWA 2014/15! l-immigrazzjoni jolqtu fil-laħam il-ħaj il-Ministru Mizzi jgawdi minn rata ta' appoġġ ogħla. Wara l-Prim Ministru, kien Konrad Mizzi li kien l-aktar popolari fost il-votanti Laburisti, iżda xorta waħda naqqas mill-appoġġ bi 11-il punt meta mqabbel ma' Frar li għadda. Il-Ministru għall-Ambjent, Leo Brincat ukoll ġarrab tnaqqis konsiderevoli fl- appoġġ meta mqabbel mal-istħarriġ ta' qabel u dan minkejja l-isforz tal-istess Ministru bl-implimentazzjoni ta' diversi inizjattivi fosthom il-leġilazzjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-implimentazzjoni tal-pjan il-ġdid dwar l-immaniġġjar tal-iskart. Jista' jkun il-każ li l-iżvilupp bl-addoċċ li qed isir jkun kawża ta' dan l-appoġġ baxx anke jekk dan is-suġġett ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal- Ministru Brincat. Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna esperjenza wkoll tnaqqis ta' 11-il punt fl-appoġġ tiegħu waqt li naqqas 13 fejn għandhom x'jaqsmu l-votanti tal-PL. Dan deher fl-istess żmien li tqajjem furur tħabbret iż-żieda tal-għoli tal- ħajja (COLA) ta' 58c. Il-viċi Prim Ministru Louis Grech li kien wieħed mill-aktar membri tal-kabinett li ma deherx ġarrab tnaqqis ta' 10 punti fl-appoġġ. Dan jista' jkun minħabba l-fatt li 38% ta' dawk li wieġbu fl-istħarriġ u 46% tal-votanti Laburisti wieġbu li ma jafux, meta ġew mistoqsija dwar il-prestazzjoni tiegħu. Fl- istess waqt, kienu 8% ta' dawk li wieġbu u 24% tal-votanti tal-PN ikkummentaw b'mod negattiv fuq Grech. Il-Ministru tal-Affarjiet Barranin, George Vella wkoll kien wieħed minn dawk li ġabu ftit punti fil-kummenti negattivi b'6%, però kienu 30% dawk li ma setgħux jikkummentaw dwar il-prestazzjoni tiegħu. Il-Ministru Mallia, responsabbli mill-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali li dejjem ikun fil-mira ta' attakki mill- Oppożizzjoni, ra tnaqqis ta' 12-il punt fil-kummenti pożittivi fost il-votanti Laburisti. Fl-istess waqt, il-Ministru tal-Libertajiet Ċivili, Helena Dalli rat żieda żgħira fejn jidħlu l-kummenti ta' dawk li huma kemm Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti. Dan fid-dawl tal-fatt li l-Ministru appoġġjat il-leġiżlazzjonijiet dwar l-unjoni ċivili li setgħet qajmet kontroversja. nett, Mizzi tal-aħħar 50.9% 50.9% 50.2% 45% 45% 44.7% 39.5% 39.1% 39.1% 36.8% 34.8% 32.8% 30.4% 29.6% 25.3% Evarist Bartolo Edward Zammit Lewis Owen Bonnici Joseph Muscat Helena Dalli Konrad Mizzi Michael Farrugia George Vella Chris Cardona Manuel Mallia Edward Scicluna Louis Grech Anton Refalo Leo Brincat Joe Mizzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 November 2014