Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530
€0.90 Nr 430 • 11 ta' Jannar 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Ikompli f 'paġna 4 BSL Britannia Tours … your holiday starts here! Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢439 1-7 April (3 April - Public Holiday) FROM LISBON ¢499 31 Mar - 7 Apr (3 April - Public Holiday) FROM AUSTRIAN TYROL ¢499 31 Mar - 7 Apr (3 April - Public Holiday) FROM ANDALUCIA, SPAIN & GIBRALTAR All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢399 3-7 April (3 April - Public Holiday) FROM KUSADASI, TURKEY All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢299 20-23 February FROM THESSALONIKI, GREECE Tiżdied is-sigurtà fl-ajruport u l-portijiet Fond addizzjonali ta' miljun ewro għall-Kunsilli Lokali Qegħdin nieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji – Michael Cassar WARA l-massakru ta' nhar l-Erbgħa f 'Pariġi ħafna kienu dawk li reġgħu qajmu l-mistoqsija dwar kemm hu ppreparat pajjiżna f 'każ li jseħħ xi attakk terroristiku. Għalkemm l-opinjoni pubblika tvarja bħal dejjem, ħafna kienu dawk li wrew tħassib dwar kemm huma tassew ippreparati l-forzi tal-ordni Maltin f 'każ li jinqala' xi ħaġa. "Il-Korp tal-Pulizija huwa kontinwament imħarreġ fuq xogħlu u qegħdin nieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji kif dejjem nagħmlu sabiex inkunu mħarrġin u ppreparati għal kull eventwalità li tista' tinqala." Dan qalu l-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar f 'kumment ma' din il-gazzetta. Cassar qal ukoll li preżentement hemm aktar sigurtà kemm fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta kif ukoll fil-portijiet għalkemm żid jippreċiża li l-Pulizija Maltija ma bdietx tieħu dawn il-prekawzjonijiet issa u li kontinwament taġixxi skont il-ħtiġijiet neċessarji. "It-terroriżmu madwar id-dinja ma bediex din il-ġimgħa f 'Pariġi iżda kif ilkoll nafu ilu għaddej snin. Il-Pulizija għalhekk ilha iktar minn sena bi preżenza akbar ta' Pulizija tar-Rapid Intervention Unit kemm fis- swali tal-wasla kif ukoll dawk tat-tluq." Min-naħa tiegħu meta mitlub jikkummenta fuq l-istess ħsieb, il-Ministru tal-Intern Carmelo Abela qal li għal raġunijiet ta' sigurtà jista' jgħid biss li pajjiżna qed jieħu dawk il-prekawzjonijiet kollha li huma meħtieġa fiċ- ċirkustanzi ħalli mingħajr allarm u b'kawtela nħarsu s-sigurtà ta' pajjiżna. Il-Kunsilli jingħataw biss 3 ġimgħat biex iressqu l-proposti FREDERICK ATTARD "IŻŻMIEN mogħti li fih il-Kunsilli Lokali jridu jissottomettu l-proposti mhuwiex wieħed raġonevoli speċjalment meta wieħed jara l-bosta kriterji li hemm sabiex jiddaħħlu proposti dettaljati kif mitlub fis-sejħa." Dan qalu Marc Sant, President tal- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali meta tkellem ma' din il-gazzetta. Sant qal li filwaqt li l-fond jaf jissarraf f 'proġetti ta' ġid, l-informazzjoni li ngħatat kienet ftit wisq u mhux imlaħħma biżżejjed. Dan il-fond twaqqaf nhar it-Tnejn li għadda u t-termini huma li fi żmien tliet ġimgħat, il-Kunsilli qed jintalbu joħorġu bi proposti dettaljati għall- proġetti kapitali li jkunu konformi mal-prioritajiet tal-Gvern fuq livell nazzjonali u fuq livell tal-Unjoni Ewropea. Sant żied jgħid "Mhux hekk biss, iżda qed jistennew li dawn l-inizjattivi jikkontribwixxu ritorn finanzjarju u jiġu identifikati forom differenti ta' mekkaniżmi ta' finanzjament bħalma huma Public Private Partnerships (PPP), donazzjonijiet u sponsorships. Lanqas fuq livell ta' gvern bl-impjegati kollha tiegħu ma jitfasslu proġetti ta' dan it-tip fi tliet ġimgħat." 11 t'April - Le għall- kaċċa fir-rebbiegħa Ara paġna 5 L-RIU ilhom preżenti fis-swali tal-waslu u anke dawk tat-tluq