Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 17 ta' Awwissu 1973 Republic Street, Valletta next to the Courts Gazzetta satirika wasslet biex ġurnalist Malti weħel tliet xhur ħabs JOHN BUSUTTIL DAK li ġara fi Franza din il-ġimgħa żgur li ħasad lil popli kollha Ewropej. Ħafna kkundannaw dan it-terroriżmu. Kien hemm min ra dan l-att terroristiku bħala att biex jagħlaq ħalq il-mezzi tax- xandir. Oħrajn raw dan l-att bħala provokazzjoni tal-gazzetta satirika. Huma x'inhuma l-opinjonijiet ir-realtà hi waħda li s-satirà wasslet biex inqatlu 12-il persuna, ġew feruti oħrajn u l-istess att ħoloq effett domino ta' ritaljazzjoni u aktar sparar u mwiet f 'Pariġi u fil-kumplament ta' Franza. Gazzetta satirika dejqet għal kollox fundamentalisti Musulmani f 'dan il-każ li wara theddid kontinwu waslu għall-att terroristiku. Fundamentalisti li ġabu r-rabja u l-kundanna tad-dinja kollha fuqhom. Anke f 'Malta s-siti soċjali bdew jattakkaw bla heda lil dawn il-Musulmani li ma jafux x'inhi satira. Ħafna nsew li fis-17 ta' Awwissu 1973 f 'Malta wkoll gazzetta satirika wasslet biex ġurnalist Malti weħel tliet xhur ħabs. U dan kien l-uniku ġurnalist mill-Indipendenza 'l hawn li qatt daħal il-ħabs minħabba xogħlu. Joe Calleja meta kellu 29 sena kien l-editur ta' In-Niggieża, gazzetta satirika li kienet toħroġ kull ġimgħa mill-istamperija tal-Partit Nazzjonalista bħala tweġiba għal gazzetta satirika oħra min-naħa Laburista, Ix-xewka. Dan l-editur żagħżugħ kien ħareġ storja satirika dwar l-eks ministru Laburista Ġużè Cassar li min-naħa tiegħu ma ra xejn satiriku fiha u għamel libell lill-editur. Wara kawża l-qorti, fejn Calleja kellu bħala avukat difensur lil Eddie Fenech Adami, instab ħati ta' malafama fuq Ġużè Cassar u kien ikkundannat tliet xhur ħabs u multa ta' Lm50. Wara li s-sentenza ġiet appellata fl-1974 dan kellu jiskonta sentenza l-ħabs ta' xahrejn u nofs meta l-editur għażel li ma jikxifx is-sors tiegħu ta' min tah l-istorja satirika. Ftit tax-xhur ilu eżatt fl-1 ta' Ottubru karikatura satirika fuq il- MaltaToday dwar Lino Farrugia tal- FKNK ukoll ma ġietx tollerata u dan fittex għad-danni lil din il-gazzetta għax ħassu mweġġa' bil-karikatura li fiha kien hemm hu mpinġi jagħmel l-awrina wara siġra żgħira bil-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jnemmsulu. Għalhekk il-Malti jgħid biex tiskonġra trid tkun pur għax hu faċli li tipponta subgħajk lejn min ma jittollerax satirà dwaru jew dwar dak li jemmen meta f 'pajjiżek ġara l-istess. Malti weħel tliet xhur ħabs

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015