Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530
28 illum Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 SPORTSillum "Ninsab ferm kuntent bil-prestazzjoni tiegħi" - Matthew Asciak "Ma narax li għaddej minn żmien li għandi noqgħod bilqiegħda" – Ian Zammit "Għażilt lil Żebbuġ għax inħobb l-isfida" – Manuel Bartolo Żewġ barranin jirbħu l-unur tal-Enervit Plejer tax-Xahar MATTHEW Asciak ikkonferma l-ogħla post fit- tennis lokali hekk kif żamm it-titlu tal-BOV Malta Tennis Men's Masters. Fil-final, huwa għeleb lil Denzil Agius 6-0, 6-0 biex żamm it-titlu. Asciak huwa ċertament sinonimu ma' dan it- tournament, fejn rebħu erba' mill-ħames drabi li dan ilu jiġi jintlagħab mill-2010, fejn fl-2012 ma setax jikkompeti minħabba li kellu xi impenji tennistiċi barra minn Malta. Ta' min jinnota li Asciak tilef biss 4 logħbiet fit-tournament biex ikkonsolida lilu nnifsu bħala n-numru wieħed fit- tennis lokali Il-finali ġiet milgħuba fil-Gordon Asciak Tennis Academy Indoor Courts fil-Malta Sports Club nhar il-Ħadd 4 ta' Jannar 2015. John Paul Abela, Manager, Media & Community Relations fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew lil Matthew Asciak fil-preżenza ta' David Farrugia Sacco, President tal Malta Tennis Federation. Huwa u jifraħ lil Asciak tas-suċċess tiegħu f 'dan l-avveniment, John Paul Abela qal 'bħala sostenitur ewlieni tal-attivitajiet sportivi f 'pajjiżna, huwa ta' pjaċir għalina fil-Bank of Valletta li naraw tant dedikazzjoni li kienet evidenti matul it- turnament kollu'. Dr Farrugia Sacco rringrazzja lil Gordon Asciak tal-użu tal-Gordon Asciak Tennis Academy Indoor Courts, li mingħajrhom żgur ma setgħux jintlagħbu l-logħbiet minħabba t-temp ħażin li laqat lill-gżejjer tagħna. Huwa tenna li: "Il- livell ta' tennis li rajna f 'dan il-kampjonat jawgura tajjeb għall-impenji kemm lokali kif ukoll internazzjonali għat-tennis Malti." Intant, dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Matthew Asciak innifsu fejn dan saħaq li jinsab ferm kuntent bil-mod kif lagħab matul it-turnament kollu u qed jittama li jżomm l-istess livell meta iktar tard matul din is-sena se jkun qed jirrapreżenta lil pajjiżna fid-Davis Cup kif ukoll fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. LUNUR tal-Enervit Player tax-Xahar tal- Ewwel Diviżjoni tal- basketball għax-xahar ta' Novembru ntrebaħ mill-plejer Amerikan ta' Cynergi Virtus, Evan Bruinsma. Għal Bruinsma din kienet l-ewwel darba li rebaħ dan l-unur hekk kif idebutta f 'pajjiżna dan l-istaġun. Matul ix-xahar ta' Novembru, it-tim ġdid ta' Virtus kellhom xahar pożittiv hekk kif rebħu l-ewwel unur maġġuri tagħhom is-St James Hospital Shield. Bruinsma kkontribwixxa għal dawn il-wirjiet meta skorja 131 punt fejn kellu wkoll 7 three pointers u spiċċa bħala l-aħjar skorer tax-xahar hekk kif lagħab medja ta' 37.04 minuti kull partita. Huwa għandu wkoll medja ta' 17.70 rebound kull logħba, 2.10 steals u 2.50 assists u sofra wkoll medja ta' 7.25 fouls. Intant, l-unur tal-Enervit Player tax-xahar tan-nisa għax-xahar ta' Novembru ntrebaħ mill-plejer Amerikana ta' Honey Athleta Amelia Simmons. Għal Simmons din kienet l-ewwel darba li rebħet dan l-unur wara li ngħaqdet mal-Athleta matul is-sajf li għadda. Matul ix-xahar ta' Novembru, Athleta waslu fil-finali tas-St. James Hospital Knock-out hekk kif kienet hi li skurjat il-basket deċisiv ftit sekondi mit-tmiem. Simmons ikkontribwixxiet għal dawn il-wirjiet meta skorjat 102 punt biex spiċċat bħala l-aħjar skorer tax-xahar b'medja ta' 25.50 punt kull logħba u lagħbet medja ta' 36.43 minuti kull partita. Hija għandha wkoll medja ta' 14.55 rebound kull logħba, 1.64 steals u 1.18 assists u sofriet ukoll medja ta' 4.50 fouls. Iż-żewġ unuri ġew ippreżentati minn Ottavio Terribile, direttur tal-Malta Basketball Association. Matthew Asciak Ottavio Terribile jippreżenta l-unur lil Amelia Simmons u Evan Bruinsma FTIT tal-jiem ilu l-plejer Belti Ian Zammit ingħaqad ma' Mosta mingħand Valletta fejn se jkun qed jilgħab mal-Blues għat-tielet darba fil-karriera tiegħu. Dan kekk kif diġà lagħab magħhom fl-istaġun 2011/12 u fit-tieni parti tal-istaġun 2013/14 b'self mingħand Valletta. Zammit huwa prodott ta' Valletta fejn iddebutta magħhom lura fl-istaġun 2003/04 iżda huwa ma tantx kien ikun inkluż mat-tim mill-kapitali speċjalment fl-aħħar snin. Barra li diġà lagħab b'self ma' Mosta huwa kien ukoll lagħab għal sitt xhur ma' Ħamrun Spartans fl-istaġun 2009/10 kif ukoll sitt xhur oħra din id-darba ma' Sliema Wanderers fl- istaġun 2012/13. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Ian Zammit innifsu fejn kien pront staqsieh 'il għaliex ħalla lil Valletta u x'kienet id-deċiżjoni li wasslitu biex jingħaqad ma' Mosta b'mod permanenti. Huwa qal "Ħallejt lil Valletta għax bħalissa ma narax li għaddej minn żmien li għandi noqgħod bilqiegħda u għażilt Mosta għax kont diġà ma' dan it-tim u kull meta kont hemm dejjem stmawni tajjeb u l-ambjent allura diġà nafu! U naħseb li għażilt lil Mosta wkoll għax nemmen li bit-tim li hemm, jeżisti ċans tajjeb li nikkwalifikaw għall-post fl- Ewropa u naħseb li dan huwa t-tragward tagħhom ukoll!" FTIT tal-jiem ilu l-goalkeeper Manuel Bartolo ngħaqad ma' Żebbuġ Rangers mingħand Valletta. Qabel beda dan l-istaġun, Bartolo kien qrib ħafna li jingħaqad ma' Msida St Joseph u fil-ġimgħat ta' wara ġibed l-interess ta' diversi klabbs oħra. Fil-passat, Bartolo lagħab ma' Msida St Joseph u ddebutta magħhom fil- Kampjonat Premier fl-2006. Ma' dan il-klabb huwa dam jilgħab sitt snin fejn saħansitra kien ukoll il- captain tagħhom. Fil-passat Bartolo, li hu prodott ta' San Ġwann, lagħab ukoll ma' Birkirkara u ma' Floriana qabel ingħaqad ma' Valletta b'mod permanenti. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Manuel Bartolo nnifsu fejn talbu jtina d-dettalji 'il għaliex telaq lil Valletta biex jingħaqad ma' Żebbuġ Rangers. Huwa tenna li: "Kellmuni żewġ timijiet. Għażilt li nitlaq minn ma' Valletta għax għandi bżonn nilgħab u għażilt lil Żebbuġ Rangers għax inħobb l-isfida u nemmen li hemm ċans insalvaw jekk niġbdu ħabel wieħed!" Ian Zammit Manuel Bartolo -azzjoni ma' Valletta matul l-istaġun 2012/13