Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530
24 illum Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Żebbuġ Rangers ..........2 Sliema Wanderers .......1 ŻEBBUĠ Rangers irritornaw għar-rebħ meta xxukkjaw lil Sliema Wanderers hekk kif għelbuhom bl-iskor ta' 2-1. Din kienet it-tieni rebħa tar-Rangers matul dan l-istaġun. Għalkemm Żebbuġ Rangers għadhom ankrati fil-qiegħ tal- klassifika huma issa għandhom 12-il punt fil-klassifika, jiġifieri żewġ punti biss taħt Pietà Hotspurs. Il-Blues ħolqu l-ewwel okkażjoni petrikoluża permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa ta' Aidan Jake Friggieri li iżda ra x-xutt tiegħu jistampa mal-wieqfa bil-goalkeeper megħlub. Żebbuġ Rangers irnexxielhom jiftħu l-iskor fl-34 minuta meta minn assist ta' Muchardi, Carlo Monti daħal fil- kaxxa u pprova jdur ma' Filippo Andrea Scozzese li waqqgħu. Ir-referi Fyodor Zammit ordna penalty u keċċa lil Scozzese b'Carlo Monti jitfa' ġewwa mill-11-il metru. Il-Wanderers ġabu l-iskor indaqs minuta mill-ftuħ tat- tieni taqsima meta Potezica għadda tajjeb lejn Bocar Djumo u dan tefa' wara Manuel Bartolo biex b'hekk skorja l-ewwel gowl tiegħu matul dan l-istaġun. L-istess plejer seta' żied ieħor fit-68 minuta iżda wara azzjoni personali kkonkluda permezz ta' xutt dgħajjef li ġie milqugħ minn Manuel Bartolo. Ir- Rangers skorjaw il-gowl tar- rebħa 10 minuti mit-tmiem tal-logħba permezz ta' xutt ferm b'saħħtu ta' Carlo Monti li ma ġiex miżmum minn Glenn Zammit u Mauricio Britto tefa' ġewwa. Żebbuġ Rangers - Bartolo, Galea, Farrugia (Ciantar 63'), Paris, Gauci, Bartolo, Muchardi, Monti, Barbetti, Britto, Yussuff Sliema Wanderers - Zammit, Scozzese, Gnabouyou (Talato 42'), Mintoff, Scerri, Pisanu, Potezica, Cilia (Martinelli 66') , Friggieri (A. Muscat 86'), Bucar, B. Muscat Referi - Fyodor Zammit MARKO POTEZICA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti għall-ewwel darba matul dan l-istaġun Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka u lanqas għen lit-tim tiegħu biex jikseb it-tliet punti kien l-aqwa plejer fil-grawnd Qabel ingħaqad ma' Sliema Wanderers kien jilgħab ma' Mqabba Żebbuġ jixxukkjaw lil Sliema biex jiksbu t-tieni rebħa tal-istaġun Beppe Muscat fil-pussess tal-ballun għal Sliema Wanderers kontra Żebbuġ Rangers