Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 illum | Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-basketball? Ommi ma kinitx tħallini nilgħab futbol fit-triq, allura kont immur ma' ħija l-kbir nilgħab basketball, u minn hemm komplejt nilgħab mini-basketball fl-iskola tal-Junior Lyceum fil-Ħamrun. Int kont ukoll plejer ewlieni tal- basketball f 'Malta. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek bħala plejer tal-basketball u hemm xi logħba li tibqa' tiftakar iktar minn oħrajn? Il-basketball kien u għadu l-esperjenza ta' ħajti. Inħoss u nemmen bis-sħiħ li kemm l-għaqda li tkun trid teżisti bejn il-membri kollha f 'tim u t-teknika tal- logħba fiha nnifisha huma xi ħaġa impressjonanti. Logħba li niftakar, għalkemm hemm bosta partiti speċjalment diversi finali li jibqgħu ġo moħħi, hija t-tielet logħba deċisiva tal- playoff fl-1991 bejn Depiro u Luxol. Konna rbaħna l-kampjonat fil-ħin barrani dakinhar u kont spiċċajt bi 32 punt personali li kien ukoll il-massimu tiegħi fil-karriera bħala punti miksuba f 'partita. U dik li tixtieq tinsa malajr? Diġà nsejthom! Logħba li baqgħet ġo moħħi kienet tal-mini-basket meta kelli biss 11-il sena u kont għadni nibda mat-tim tiegħi tal- Lyceum. Konna qed nirbħu 130-5 u l-kowċ Pawlu Fenech daħħalni nilgħab biss 15-il sekonda! Kif inbidel l-isport tal-basketball f 'pajjiżna minn meta kont tilgħab int għall-ġurnata tal-lum? Għalkemm il-livell individwali ta' xi plejers illum tjieb, fil-passat, fiż-żmien li kont nilgħab jien, inħoss li kien hemm wisq iżjed interess u agoniżmu bejn il-plejers, it-timijiet u l-partitarji. U l-livell naqas jew żdied minn dak iż-żmien 'l hawn? Il-livell qed jiżdied. Kif jiddifersifika l-irwol ta' plejer minn dak ta' amministratur tal-basketball hekk kif għandek esperjenza taż-żewġ irwoli? Plejer tista' tirnexxi bil-ħila u t-talent tiegħek u b'kemm lest li tagħmel sagrifiċċji personali. Bħala amministratur ma jiddependix kollox minnek u dejjem trid minn ħaddieħor u r-riżultati jdumu wisq iżjed biex jaslu u mhux dejjem ikunu kif trid int. X'responsabbiltà tħoss għall-fatt li int il-President tal-MBA? Responsabbiltà kbira ħafna għax naf fejn irrid nasal u hemm bosta xi jrid isir. Għalkemm il-livell żdied ħafna u numru ta' riżultati ġejjin, ma jfissirx li jien wasalt fl-għanijiet tiegħi u kuntent. Għandna ħafna żgħażagħ u ġenituri li jiddependu mix-xogħol li qed nagħmlu bħala assoċjazzjoni u ma nixtieqx niddiżappuntahom. Int konsulent ewlieni fil-mediċina f 'pajjiżna. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek fil-mediċina u mal-amministrazzjoni tal-MBA? Għall-grazzja ta' Alla llum il- ġurnata għandi tim ta' ħaddiema li kapaċi jmexxu waħedhom ix-xogħol li bdejt jien lura fiż-żmien u allura b'hekk ikolli ħafna iżjed ħin li nista' niddedika għall-basketball. Ġurnata fiha 24 siegħa u nipprova nagħmel l-aħjar li nista' biex nutilizza kull siegħa bl-aqwa mod possibli fiż- żewġ oqsma tax-xogħol mediku tiegħi kif ukoll il-basketball. X'għajnuna ssib mill-membri tal-kumitat sħabek fl-Eżekuttiv tal- MBA? Il-maġġoranza tax-xogħol amministrattiv u aktar ukoll jagħmlu s-Segretarju Ġenerali Joseph Muscat. Ċertament inħoss li d-dedikazzjoni u l-impenn tiegħu lejn il-basketball huma impressjonanti. X'tikkummenta fuq l-aħħar riżultati pożittivi miksuba mit-tim nazzjonali tal-irġiel? Tlajna livell u qed inkunu iżjed professjonali fir-rigward ta' preparazzjoni u ovvjament investejna ħafna iżjed. Il-kowċ nazzjonali tal-irġiel Paolo Di Fonzo kien strumentali f 'dan ir-rigward għax għandu esperjenza vasta fl- ogħla livell kif ukoll entużjażmu kbir. Wieħed irid isemmi wkoll kemm il-plejers hekk imsejħa veterani urew entużjażmu jaħdmu taħt is-sistema teknika ta' Di Fonzo. U minn dak tan-nisa? Ma stennejniex dan is-suċċess għaliex għaddejjin minn tranżizzjoni kbira bl-introduzzjoni konsistenti ta' numru ta' plejers żgħażagħ li bil-mod il-mod qed jimlew il-vojt tal-plejers tal-passat. Nemmen li l-kowċ nazzjonali Angela Adamoli għamlet ukoll il-mirakli. Il-plejers urew u qed juru dedikazzjoni kbira u qed jieħdu pjaċir jaħdmu b'sistemi moderni tal-basketball. Ippermettieli nirrimarkalek li ma nistax nifhem kif il-kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa Angela Adamoli tgħix fl-Italja u mhux f 'Malta. Tista' tispjegali kif din tista' tmexxi lit-tim nazzjonali mill-Italja? Il-kowċ tgħix l-Italja imma tagħmel xahar sħiħ Malta tipprepara lit-tim qabel il- kompetizzjonijiet kollha. Tara l-logħob kollu minn videos li nibgħatulha regolarment. Kienet tkun ideali li tgħix Malta imma l-MBA għandha piżijiet finanzjarji kbar u b'dak li għandna qed nippruvaw inwettqu l-mirakli. Huwa fatt li huma ftit wisq dawk il-plejers li qed imorru jilagħbu barra minn Malta. Għaliex taħseb li qed jiġri dan? Għadu kif tela' żagħżugħ Kurt Cassar jilgħab Ruma mal-akkademja ta' Stella Azzurra f 'Ruma. Kellna xi plejers nisa li marru l-Italja biss minħabba kriżi finanzjarja ta' dan il-pajjiż ħafna timijiet Taljani fallew u kellhom jiġu lura. Biss jekk Alla jrid bix-xogħol li qed nagħmlu fl-akkademji taż-żgħażagħ il- livell tal-plejers lokali qed jiżdied konsiderevolment u 'l quddiem naħseb li naraw aktar plejers jitilqu minn xtutna. Għaliex taħseb li sports ieħor bħall-futbol kemm f 'pajjiżna kif ukoll madwar id-dinja kollha huwa ħafna iktar popolari mill- basketball? L-Amerika l-basketball huwa ferm iżjed popolari. Id-dinja finanzjarja tal-basketball fl-Amerika hija tant ikbar mill-futbol Ewropew. Kollox idur ma' kif wieħed ibigħ il-logħba. Qed isiru biżżejjed kampijiet ta' taħriġ kemm għat-tim nazzjonali tal-irġiel kif ukoll għal dak tan- nisa? Iżjed minn kampijiet ta' taħriġ aħna qed niffukaw fuq iż-żgħażagħ. Ħloqna akkademji f 'kull kategorija taż-żgħażagħ. Kull ġimgħa nlaqqgħu 25 tifel u tifla minn kull kategorija u nħarrġuhom fil-ħiliet bażiċi tal- logħba. Għandna kowċ ieħor Taljan impjegat mal-MBA u dan jgħix Malta. Qed niffukaw ħafna fuq it-timijiet nazzjonali. Apparti mill-kriżi finanzjarja li kellna quddiemna, sibna kriżi ta' plejers. Sibna sitwazzjoni fejn kien hemm qisu vojt ta' ammont ta' snin fejn l-ebda plejer ma laħaq il-livell biex jidħol fin- nazzjonal. Jiġifieri għandna plejers hekk meqjusa veterani llum bħal Michael Naudi, Steve Schembri u Omar Said li għandhom 'il fuq minn 30 sena u mbagħad hemm speċi ta' vojt ta' xi 7 snin sħaħ. Imbagħad issib plejers li għandhom ftit aktar minn 20 sena, l-aktar 23, bejniethom m'għandna xejn. X'inhi l-qagħda finanzjarja tal- MBA? Konxju mill-fatt li meta ħadt il-Presidenza int tal-MBA irnexxielek tagħmel il-mirakli. Tina iktar dettalji. Sibna dejn ta' 'l fuq minn €250 elf. Fi tliet snin u nofs irnexxielna nneħħu d-dejn kollu u anki rnexxielna nibnu struttura li fiha żewġ training courts biswit il-Padiljun f 'Ta' Qali. Ma kienx faċli imma b'xogħol konsistenti, dedikazzjoni u għaqal qed nagħmlu dak kollu li nistgħu biex indawru l-qagħda finanzjarja għall-gwadann tal-logħba lokali u dak kollu li jdur magħha. Konxju wkoll mill-fatt li bl- għajnuna ta' sħabek tal-Kumitat irnexxielek tibni t-tieni court f 'Ta' Qali. Tina iktar dettalji. Dan il-court kien dejjem il-ħolma personali tiegħi kif ukoll wieħed mill-pjanijiet li kellna meta jiena u s-Segretarju Ġeneerali tal-MBA, Joseph Muscat, ħadna l-kariga tagħna 3 snin ilu. L-istrateġija kienet li jkollna gym fejn jitħarrġu l-klabbs u ż-żgħażagħ tagħna u kowċis biex jgħollu l-livell. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi li SPORTSillum Pawlu Sultana – President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball (MBA) u li imkien ma' persuni oħra fosthom is-Segretarju Ġenerali tal-istess assoċjazzjoni, Joseph Muscat, kien fundamentali biex ta wiċċ ġdid lill- basketball lokali "L-għaqda li teżisti bejn il-membri kollha u t-teknika tal-logħba fiha nnifisha huma xi ħaġa impressjonanti" Ta wiċċ ġdid lill-basketball CRISTIAN ANTONY MUSCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015