Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 illum Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 SPORTSillum Birkirkara jegħlbu lil Tarxien b'10 plejers Mosta jikkastigaw lil Qormi għar-raba' telfa konsekuttiva MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Birkirkara ...................2 Tarxien R ....................1 BIRKIRKARA kisbu rebħa tajba ta' 2-1 konta Tarxien Rainbws liema rebħa kienet it-tielet waħda konsekuttiva tagħhom. Huma rnexxielhom jagħmlu dan meta lagħbu għal ħinijiet twal b'10 plejers. Fis-27 minuta Birkirkara fetħu l-iscore meta Paul Fenech ta corner qasir lejn Rafael Ledesma li bi bravura tefa' ġewwa permezz ta' xutt angulat minn tarf il-kaxxa. Iżda l-Istripes ma tantx damu jifirħu hekk kif fit-33 minuta huma sfaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa għalihom Matheus Bissi da Silva li kien iġġudikat bħala l-aħħar raġel wara foul fuq Carlos Hevia Menendez li kien dieħel wiċċ imb wiċċ quddiem Justin Haber. Fl-54 minuta Rafael Ledesma li għadda tajjeb lejn l-attakkant Niġerjan Shola Shodiya Haruna li avvanza tajjeb, baqa' dieħel fil-kaxxa iżda ra lill- goalkeeper Sean Mintoff jilqa' tajjeb wara li ntefa' minn tulu fl-art. L-istripes komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti biss wara Ryan Camenzuli crossja tajjeb lejn Paul Fenech li ttanta xortih minn tarf il-kaxxa iżda Sean Mintoff ma ġiex sorpriż. Fil-61 minuta meta Ryan Sammut waqqa' lil Eliandro dos Santos Gonzaga fil- kaxxa iżda mill-11-il metru Rafael Ledesma li sa dak il- ħin kien qed ikollu logħba ferm tajba, ra lil Sean Mintoff isalva tajjeb wara li ntefa' minn tulu fl-art. Fil-71 minuta Birkirkara rduppjaw l-iscore meta wara li rċieva mingħand Rafael Ledesma, rajna azzjoni personali mill-isbaħ minn Shola Shodiya Haruna li qabeż plejer avversarju, baqa' dieħel fil-kaxxa qabel tefa' ġewwa permezz ta' xutt angulat biex rajna goal tal- istampi. Tarxien Rainbows naqsu l-marġni tal-iscore biex daħlu lura fil-logħba fit-82 minuta meta Firas Aboulezz għeleb lil Justin Haber permezz ta' xutt angulat biex skorja t-tieni goal tiegħu matul dan l-istaġun. Birkirkara - Haber, Vukanac (Mendoza Corujo 46'), Dos Santos Gonzaga (Herrera 80'), Bissi Da Silva, Shola Shodiya Haruna, Ledesma (Agius 85'), Sciberras, Muscat, Fenech, Camenzuli, Scicluna Tarxien - Mintoff, Caruana, Bugeja, Caruana, Aboulezz, Sammut (Vella 75'), Hevia Menendez, Zahra, Cini, Xerri (Farrugia 80'), Tabone Referi - Adrian Azzopardi MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Mosta .........................3 Qormi .........................1 MOSTA kellhom wirja ferm tajba fejn ikkastigaw lil Qormi għar-raba' telfa konsekuttiva biex b'hekk tidher li xegħlet il-bozza l-ħamra għalihom. Dan hekk kif għelbuhom bl- iskor ta' 3-1. Il-Blues ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-logħba wara biss seba' minuti logħob meta wieħed mll- erba' debuttanti ta' Mosta, li ngħaqad mal-Blues mingħand Floriana, Diogo Pinheiro de Souza, għadda tajjeb mal-linja qabel ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra. Il-Blues komplew jattakkaw u fid-19-il minuta xutt ta' Gary Roberts indirizzat għal-lasti avversarji ġie mblukakt tajjeb minn Zoran Levnajic. U żewġ minuti biss wara xutt tajjeb ta' Diogo Pinheiro de Souza għadda ftit barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper u captain ta' Qormi, Matthew Farrugia. Fil-31 minuta Frank Temile għadda tajjeb lejn il-kompatrijott Niġerjan Alfred Effiong li iżda mill- viċin tefa' barra. Fil-35 minuta Mosta fetħu l-iscore b'azzjoni maħduma bejn iż-żewġ debuttanti b'tal- ewwel jgħaddi lejn Ian Zammit li minn ġol-kaxxa tefa' ġewwa wara l-ballun ġie mxellef bi ftit minn difensur avversarju. Fil-71 minuta Mosta rduppjaw l-iscore meta Mateus Ribeiro Dos Santos crossja tajjeb minn mal-linja u daħal tajjeb Diogo Pinheiro de Sousa li rnexxielu jitfa' fix-xibka biex b'hekk ma setax ikollu debutt aħjar hekk kif irnexxielu jniżżel ismu fuq il-lista tal-iscorers. Fit-80 minuta Qormi naqsu l-marġni tal-iscore permezz ta' freekick mill- isbaħ ta' Mauricio Matias Mazzetti Latini li ma ta l-ebda ċans lil Omar Borg. Iżda l-Qormin ma tantx damu jiċċelebraw hekk kif żewġ minuti biss wara Mosta skorjaw it-tielet goal fil-logħba biex issiġġillaw ir- rebħa permezz ta' Rodriguez Ekani li mill-viċin ra t-tenattiv tiegħu jintemm wara Matthew Farrugia. Mosta - Borg, Ekani, Ossok, M. Brincat, Falzon, Grech, Magro (J. Brincat 90'), Roberts, Zammit, Matteus Ribeiro Dos Santos (Pulo 81'), Pinheiro Dos Santos (Z. Brincat 89') Qormi - Farrugia, Bondin (Viggiani 84'), Mazzetti Latini, Chetcuti (Cassar 70'), Effiong, Gauci, Temile, Micallef, Vella, Levnajic, Bondin Referi - Clayton Pisani RAFAEL LEDESMA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Ingħaqad ma' Birkirkara matul is-sajf li għadda Skorja l-ewwel gowl mit-tnejn ta' Birkirkara Falla penalty meta ra lill-goalkeeper ta' Tarxien Rainbows Sean Mintoff isalva tajjeb DIOGO PINHEIRO DE SOUSA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Irnexxielu jsib ix-xibka propju fid-debutt tiegħu ma' Mosta Qabel ingħaqad ma' Mosta kien jilgħab ma' Floriana Diego Costa Chelsea mill-ġdid CHELSEA jinsabu jokkupaw il-quċċata tal- klassfika tal-Kampjonat Barclays Premier waħedhom b'49 punt meta ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Newcastle United bl-iskor

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015