Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 | illum 13 xi jiem Għawdex u jħallu lit-tfal fl-ewwel sular. Għax li trabbi tfal b'diżabbiltà hi ferm diffiċli u l-ġenituri ftit jew xejn ikollhom mistrieħ." Qalli wkoll li Dar l-Arka timpjega 50 persuna bejn full timers u part timers, "għax għandna residenti li jkollhom bżonn carer fuq bażi individwali għal ġurnata sħiħa." Semmieli wkoll li xi tfal b'diżabbiltà li jkunu mibgħuta b'ordni mill- qorti, ibatu ferm għax barra l-problemi soċjali li jkollhom fil-familja tagħhom ikollhom iħabbtu wiċċhom mal-istess diżabbiltà. "Għandna tfal b'awtiżmu sever li għall-bidu sibna anke diffikulta biex indaħħluhom fl-iskola ta' Għajnsielem għax xi ġenituri ma ridux li jkollhom tfal b'kundizzjoni diffiċli jitħalltu m'uliedhom. Iżda wara li kellimniehom u edukajniehom dwar il- kundizzjoni ta' dawn it-tfal, mhux talli aċċettawhom, iżda laqgħuhom u llum anke jibagħtu lit-tfal jilagħbu magħhom fid-Dar u anke jiġu għalihom jeħduhom l-iskola magħhom." "In-nies ta' Għajnsielem iħossu li din id-dar hi tagħhom u ta' kuljum iġibulna prodotti tal-ikel għar-residenti, għalkemm nirċievi għajnuna minn Għawdex kollu." Fr Michael Galea għandu ammirazzjoni kbira lejn il-President Marie Louise Coleiro Preca. "Meta kienet ministru kienet bdiet l-iskema LEAP fejn min jimpjega persuna b'diżabbiltà jieħu fondi mill-Unjoni Ewropea filwaqt li jħallsulek lill-ħaddiema b'diżabbiltà huma u dan ikompli jgħin fl-introjtu tagħna." Dar l-Arka għandha 8 vannijiet, gym li jista' anke jintuża minn persuni b'diżabbiltà u pool terapewtiku li kollha jistgħu jintużaw mill-pubbliku bi ftit ħlas. Barra minn hekk, huma jikru (b'donazzjoni) wheelchairs, krozzi eċċ għal min ikollu bżonn. Dr Michael Galea bħala saċerdot żagħżugħ qalli li hu jinsab kuntent ħafna jaħdem f 'dan il-qasam, "għax li nemmen fih, nattwah fil-prattika. Aħna qegħdin hemm biex ngħinu lill-fqir." Fr Michael qal li wieħed irid jaċċetta li kienet il- Knisja f 'Malta u Għawdex li qajmet l-aġenda tad- diżabbiltà, bil-gvernijiet jagħmlu l-almu tagħhom biex jgħinu. Però qalli li internazzjonalment, il-Papa tella' fl-aġenda d-diżabbiltà u lokalment il-President hi l-persuna li tellgħet fl- aġenda, il-kwistjoni tad- diżabbiltà fil-pajjiż. Fil-fatt, tani ritratt ta' Marie Louise Coleiro Preca tibki waqt li qed tgħannaq tifla residenta fid-dar li kienet l-ewwel waħda li meta l-President kienet ministru, kienet iffirmat il-karti biex din it- tifla tmur f 'din id-dar. mimlija mħabba u tama Dan hu l-pool terapewtiku li jista' anke jintuża mill-pubbliku bi ftit ħlas Il-vannijiet ta' Dar l-Arka Il-ġonna li jdawru Dar l-Arka li jservu ta' rikreazzjoni għar-residenti Il-gym ta' Dar l-Arka

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015