Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530
Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 | illum 31 fihom jitħarrġu u jilagħbu l-plejers tal-basketball ta' Malta meta mqabblin ma' dawk li nsibu barra minn Malta? Il-klabbs lokali ħafna minnhom kienu jitħarrġu ġo gorboġ sa ftit taż- żmien ilu u barra minn hekk iħallsu balla liri biex jagħmlu dan. Huma inadekwati u aħna bħala MBA urejna li bi ftit riżorsi nistgħu jkollna faċilitajiet eċċellenti. X'tikkummenta fuq ir-referis li jirreffjaw il-logħob tal-basketball f 'pajjiżna? Għandna referis tajbin ħafna imma ftit wisq. Il-problema hi li xi drabi dawn ikollhom jirreffjaw 3 logħbiet wara xulxin u għalhekk wieħed jifhem li l-livell xi drabi ma jkunx dak mixtieq. U l-kowċis li jikkowċjaw it-timijiet tal-basketball f 'pajjiżna huma kkwalifikati biżżejjed biex jagħmlu dan? Hemm żewġ, tliet kowċis li għandhom esperjenza kbira għal- logħba Maltija. Hemm imbagħad oħrajn li spiċċaw kowċis wara karriera ta' basketball, imma dan ma jfissirx li huma kkwalifikati. Issibu għajnuna finanzjarja mill- Kunsill Malti għall-Isport u mill- Kumitat Olimpiku Malti? Iva nsibu ħafna għajnuna u napprezza l-għajnuna li nirċievu mil-limitazzjonijiet li għandhom. Il-mezzi tax-xandir f 'pajjiżna tagħti biżżejjed attenzjoni lill- basketball lokali? Qed tiżdied imma mhux biżżejjed, forsi nuqqas ukoll min-naħa tal- MBA li ma jagħmilhiex iżjed faċli għalihom. Bosta jikkritikaw il-fatt li t-tifel tiegħek Nigel Sultana jilgħab ma' tim ewlieni tal-basketball f 'Malta u l-fatt li int il-President tal-MBA jista' b'xi mod joħloq kunflitt ta' interess. Kif tirribatti din l-opinjoni? Ma naqbilx għax pjuttost nieħu pożizzjoni kontra tiegħu biex ma noħloqx kunflitt. Kif qed tħares lejn il-futur tal- basketball f 'Malta? Il-futur tal-basketball f 'Malta huwa sabiħ ħafna. Kuntent ħafna bil-progress taż-żgħażagħ tagħna. L-għaxqa tiegħi mmur nara l-logħob tal-juniors u kemm nieħu gost nara l-progress ta' ħafna plejers u anki timijiet. Nagħmlu sforzi kbar biex ir-ritmu ma jonqosx għaliex it-triq hija twila. Issa li qegħdin mal-aqwa timijiet tal-pajjiżi ż-żgħar, l-ewwel għan hu li nżommu dan il-livell u wara ftit nixtieq li nitilgħu grad 'il fuq. Għaddi messaġġ lil dawk li għandhom interess li jagħmlu karriera fil-basketball f 'Malta u min jaf forsi anki barra minn Malta. Il-basketball hija logħba inkredibbli. Mhux kulħadd ikun kapaċi jilgħabha. Trid tkun atleta tajjeb u fuq kollox intelliġenti. Hija logħba nadifa u tal-familja. SPORTSillum Twieled d-19 ta' Awwissu 1960 f'Ħaż- Żabbar Huwa l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball (MBA) Huwa konsulent ewlieni tal-mediċina f'pajjiżna Meta jħares lura lejn il-jiem li hom kien plejer tal-basketball, jibqa' jiftakar b'mod partikolari t-tielet logħba deċisiva tal-playo -1991 bejn Depiro u Luxol. F'din il-logħba t-tim li kien jilgħab miegħu Sultana, kienu rebħu l-kampjonat l-ħin barrani u l-President attwali tal-MBA kien spiċċa bi 32 punt personali li kien ukoll il-massimu tiegħu l-karriera bħala punti miksuba f'partita. Pawlu Sultana lill-basketball lokali Ritratt: Chris Mangion