Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

6 illum | Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 Miżura biex jiġu ffrankati €4 miljuni Kontroversja fuq il-bziezen FREDERICK ATTARD WAQT li d-dinja għaddejja minn burraxka fejn it-theddid Iżlamiku li qed jhedded l-espressjoni tal- ħsieb, f 'pajjiżna d-diskussjonijiet ma jonqsu qatt u fuq kull suġġett inkluż fuq il-bziezen tal-Air Malta. Id-deċiżjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta li twaqqaf l-ikel li kien jingħata lill-passiġġieri bħala parti mis-servizz fuq it- titjira u tissostitwixxih b'bezzun u flixkun ilma, ġabet reazzjonijiet diversi minn ħafna nies li bħalissa qed jieħdu r-ritratti tal-bziezen servuti u jtellgħuhom fuq is-siti soċjali. Anke l-politiċi qalu tagħhom meta waqt il-program Reporter fuq TVM ta' din il-ġimgħa l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li din hija miżura bżonjuza għall-Air Malta u miegħu qablu l-kelliem Nazzjonalista Robert Arrigo, Michael Zammit Tabona u Tony Zahra li huma intraprendituti fis-settur. Kien għalhekk li din il-gazzetta ġabret numru ta' kummenti mingħand in-nies f 'vox populi fejn ħareġ ċar li għalkemm hemm min jaqbel mad-deċiżjoni meħuda, speċjalment fid-dawl biex tiġi ssalvagwardjata l-linja nazzjonali, oħrajn komplew jopponu u jikkritikaw lill-Air Malta għal dan it-tibdil. Staqsejna lin-nies x'jaħsbu dwar il-fatt li mill-1 ta' Jannar l-Air Malta qed iservi biss bezzun u flixkun ilma b'xejn biex tiffranka €4 miljuni fis-sena. Dawn kienu l-kummenti miġbura. Bjorn Azzopardi Naħseb b'din id-deċiżjoni l-Air Malta trid tiddeċiedi x'tip ta' identità ta' linja tal-ajru se tkun, għaliex bir-raġun kollu jekk la nqata' l-ikel sħun minn fuq it-titjiriet bħalma ilhom jagħmlu linji tal-ajru low cost, il-passiġġieri jippretendu prezzijiet irħas bħal ta' linja low cost u li sa issa ma jidhirx li hu l-każ. B'hekk naħseb li l-Air Malta tista' ssib ruħha f 'sitwazzjoni aktar żvantaġġjata f 'għajn il-passiggier meta jiġi biex jiddeċiedi b'liema linja tal-ajru se jivvjaġġja. Sandra Agius Jien u ntir minn post għall-ieħor ma tagħmillix differenza jservunix bezzun jew ikla sħuna. Għalija l-prezz u l-ħin huma fattur kruċjali ma' min nibbukkja. Nemmen li l-ħaddiema tal-kabina qed ikunu influwenzati mill-unjins flok ma jħarsu lejn il-futur tal-kumpanija. Marvin Cutajar L-ikel li kien ikun servut qabel ma kien ikun xejn specjali u fuq xi titjiriet ġieli ġejt servut sandwich biss ukoll. Jekk bl-€4 miljun fis-sena li se tiffranka l-Air Malta se jirriżulta fi prezzijiet irħas, inħoss li ħa mmorru aħjar u l-Air Malta se tkun iktar kompettitiva mal-linji tal-ajru low cost. Jekk jaqbdek aptit xi ħaġa xorta se jkun hemm is-servizz tal- ikel bi ħlas. Fuq il-prezzijiet tal-ikel għadni ma smajt xejn u nispera li ma japprofittawx ruħhom u jkunu esaġerati. Matthew Calleja Nemmen li l-Air Malta għandha bżonn sistema ta' ristrutturar biex terġa' tiġi fuq saqajha però finalment naħseb li meta wieħed jikkunsidra l-prezzijiet tal-biljetti tal-ajru li huma pjuttost elevati, ma naħsibx li kienet deċizjoni tajba għaliex il-livell b'din il-miżura se jinżel u barra minn hekk meta wieħed jikkunsidra li Malta qiegħda timmira li l-kwalità tat-turisti li jiġu Malta titjieb. Deċiżjoni pjuttost mgħaġġla fil-fehma tiegħi. Sonya Sammut Ma tagħmillix daqshekk differenza jekk dan se jagħmel ġid finanzjarju, kif nemmen li se jsir. Però, minn dak li rajt u smajt s'issa dawn il-bziezen mhumiex ta' kwalità. Nemmen ukoll li m'hemmx għalfejn ikun hemm xi għażla vasta għax wara kollox dan hu biss vjaġġ u mhux xi ristorant. Tanya Costa Personalment lili ma taffetwanix għax l-ikel tal-ajruplani ma jogħġobnix u nippreferi nixtri xi ħaġa sura mill-ajruport. Li rrid inżid però hu li fuq linji oħra li huma orħos issib ikel li jiswa €5 fuq titjira li ma tiswiex iktar minn €200 bir-ritorn u bagalji inklużi u għalhekk nistaqsi jekk l-Air Malta hux se traħħas il-prezzijiet... titjira mal-Air Malta spiss tiswielek mat-€350. Russell Sammut Aħjar ma jtuni xejn u jagħtuni l-opportunità li nixtri oġġett ta' kwalità u bnin. Għalija l-ikel mhuwiex il-fattur ewlieni li jġegħelni nagħżel kumpanija tal-ajru minn oħra. Mill-banda l-oħra nagħti ħafna importanza l-prezz, id- destinazzjonijiet u l-ajruport fejn se ntir. Mary Grace Vella Ma naqbilx fuq din id-deċiżjoni għaliex din il-kumpanija tal-ajru hija magħrufa għas-servizzi tagħha, dan huwa wieħed mis-servizzi li tħallas għalih meta tibbukja titjira tal-ajru mal-Air Malta. Din il-kumpanija għandha taffaċċja l-kompetizzjoni li għandha minn kumpaniji oħra. Jekk tnaqqas dan is-servizz se titlef il-klijenti. Faċilment wieħed jagħżel titjira ma' kumpanija oħra li toffri prezz irħas. Biex tnaqqas l-ispejjeż hemm affarijiet oħra li tista' tagħmel. Matthew Sammut Jiena naqbel li l-Air Malta għandha tnaqqas ċertu spejjeż biex ovvjament terġa' tiġi stabbli però aħjar ma jservu xejn għax qegħdin jaqgħu għaċ-ċajt. Ovvjament għandhom jitranġaw il-prezzijiet tal-biljetti. Min irid jiekol jista' jew jixtri qabel jew minn fuq l-ajruplan stess. Mark Muscat Il-klijent għandu jkun jaf x'se jieħu għal dak li jkun qed iħallas. Għalhekk għandu jiġi mgħarraf b'din id-deċiżjoni. Jien personali ma tagħmillix differenza kbira bħala ikel fuq l-ajruplan sakemm it-titjira ma tkunx itwal minn erba' sigħat. Bħala Malti naqbel li l-Air Malta tieħu deċiżjonijiet biex tibqa' vijabbli għaż-żminijiet tal-lum. F'dawn l-aħħar jiem kulħadd intefa' jieħu r-ritratti tal-bezzun fuq l-Air Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015