Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 | illum 7 Esportaturi interessati għall-kiri u esportazzjoni tat-tonn għas-sena 2015 jistgħu jinġabru mill-uffiċini msemmija hawn taħt. It-TENDER tagħlaq fl-20 ta' Jannar 2015 fil-11am. Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd "Dar is-Sajjied" Xatt is-Sajjieda, M'Xlokk Tel: 21659391 Għaqda Kooperattiva tas-Sajd Ltd 'Id-DWANA" Xatt is-Sajjieda, M'Xlokk Tel: 21653826 Tender Għall-Esportazzjoni u Kiri tal-Kwota tat-Tonn għas- sena 2015 il-bziezen tal-Air Malta Jo Zerafa Biex jiffrankaw il-flus u jissalvagwardjaw l-impjiegi naqbel imma nemmen li jistgħu jipprovdu xi ħaġa ferm aħjar għall- istess prezz. Madankollu ma narax il-bżonn ta' ikel fuq titjira qasira imma nissuġerixxi xi ħaġa lokali. Malcolm Seychell Ma naqbilx għax l-Air Malta mhux linja tal-ajru low cost. L-ispejjeż iridu jonqsu mill-ħaddiema żejda li hemm u li għadhom qed ikunu ingaġġati sal- ġurnata tal-lum! Charles Azzopardi Li tiffranka hu tajjeb imma din id-deċizjoni hija ħażina għax l-Air Malta, li hi linja nazzjonali tagħna, spiċċat qisha linja tal-ajru lowcost. Monica Calleja Le ma naqbilx għax fil-verità titjira mal- Air Malta mhi rħisa xejn. Flus biss iridu. Ruth Johnston Ma naqbel xejn għax l-Air Malta mhijiex low cost però naf li xorta tagħhom tgħaddi, bħal dejjem. Filwaqt li jnaqqsu minn fuq il-passiġġier jiggwadanjaw dawk li jmexxu. Charmaine Zammit Ma naqbilx. Naħseb li għal prezz li nħallsu ħaqqna xi ħaġa aħjar hux. George Scerri Sacco Ma naqbilx mal-għażla tal- ikel wara li tħallas daqshekk flus għal titjira! Nemmen li għandek tiġi trattat ferm aħjar jew li almenu l-bezzun ikun ta' kwalità mhux ħobż xott li jeħillek ma' griżmejk! Il-11-il kelma tal-2014 BĦALMA l-Oxford Dictionary joħroġ il-kliem tas-sena, il- paġna fuq Facebook, Kelma Kelma ħarġet ukoll lista ta' kliem Maltin. Dawn il-11-il kelma jidhru li daħlu fil-lingwa Maltija matul is-sena 2014. Il-paġna Kelma Kelma hija mmexxija minn lecturer fl-Università ta' Malta, Dr. Michael Spagnol. 1. Bjondata – Meta tagħmel xi ċuċata jew iddum xi kwarta biex tifhem xi ħaġa, jgħidulek "Kemm int bjond/a". Mela jekk tintefa' tiċċassa u ma tagħmel xi ħmerija li mhux ta' quddiem in-nies, dik isejħulha 'bjondata'. 2. Fottifesti – din il-kelma kienet diġà teżisti u ħafna diġà jafu biha, iżda forsi qed tinqata' xi ftit. Din hi l-ekwivalenti għal dak li l-Ingliżi jsejħulu 'killjoy'. Xi ħadd li dejjem igemgem u jgerger, xi ħadd li qatt ma jkun irid jieħu gost. Xi ħadd li litteralment ifottillek il-festi. 3. Tistessja – is-sena l-oħra fost il-kelmiet tas-sena kien hemm 'stessu'. Issa ħriġna l-verb minnu wkoll, tistessja, meta tintefa' xi sagħtejn quddiem il-mera u tibda tiġbed ritratt wieħed wara l-ieħor u wara li tiġbed xi mitejn, tagħżel wieħed biex ittellgħu fuq Facebook u Instagram. 4. Warazza – fl-aħħar snin smajna bit-terminu 'mazza', dan meta, kemm tfajla jew ġuvni jkunu tassew sbieħ. Niddeskrivuhom bħala 'mazza'. Issa ħareġ it-terminu, 'warazza' jiġifieri meta l-persuna tkun sabiħa minn wara biss. 5. Nisatur – dak li bl-Ingliż jissejjaħ 'womanizer'. Dak li ma jħallix tfajla jew mara bi kwietha. Dak li moħħu biex jgħabbi lil dik u jittanta lill- oħra. 6. Borrinu – din il-kelma ġejna bżonnha fl-aħħar jumejn tas-sena li għadha kif għaddiet meta niżlet ftit borra f 'diversi bnadi ta' Malta u wħud bnew xi borrinu. Il- kelma Maltija għal 'snowman'. 7. Kejkina – Bħalma ngħidu 'pastina', issa għandna wkoll 'kejkina' għal kejk żgħir, jiġifieri għal cupcake jew muffin. 8. Xorbġażmu – Kelma Kelma ħasset ukoll li għandha toħloq terminu li jiddeskrivi dak li tħoss la darba tixrob ftit alkoħol wara li tkun ilek xi tliet ġimgħat tixrob kafè biss u tistudja. Imbagħad, malli tlesti l-eżamijiet tiċċelebra billi tixrob xi drink jew tnejn, jew għaxra ma' sħabek, u jkollok xorbgażmu. 9. Logħoburist – Le, m'għandha x'taqsam mal- ebda partit politiku. Dan it-terminu jirreferi għal persuni li fuq Facebook il-ħin kollu jistednuk biex tilgħab dawk il-logħob bla sugu bħal ngħidu aħna Farmville, Candy Crush, Mafia Wars eċċ. 10. Tissajfaġġja - tqatta' sajf sħiħ tissalvaġġja fix-xalar u d-divertiment, fil-barbecues u l-ġelati, fil-baħar u x-xemx. 11. Titbarmel - tixħet barmil ilma inġazzat fuq rasek biex iżżid l-għarfien fuq il-madum li waħħalt fil-bitħa, fuq il-pool li għandek mad-dar, fuq kemm għandek sidrek iffurmat, eh u tkun qed toħloq għarfien fuq l-ALS u l-ice bucket challenge. Wayne Mizzi Ungaro Għadni ġej minn safra u nista' ngħidlek li tal-mistħija! Aħjar naqqsu mill-uniformijiet u mill-branding milli mill-ikel. L-eks Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia maħtur Whip ILGRUPP Parlamentari Laburista approva b'mod unanimu n-nomina tal-Prim Ministru Joseph Muscat biex Dr Godfrey Farrugia jkun il-whip il-ġdid. Din il-ħatra saret f 'laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista lbieraħ, wara li l-whip preżenti Carmelo Abela nħatar Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. It-Tabib Farugia kien ingħata l-inkarigu ta' Ministru tas- Saħħa wara r-rebħa tal-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-2013. Kariga li żamm biss għal sena fejn kien ikkritikat għal nuqqasijiet primarjament minħabba li ma rnexxilux isolvi l-problemi fil-qasam tas-saħħa. Farrugia kien irreżenja minn Ministru wara li pubblikament kien qal li l-offerta li kien tah il-Prim Ministru biex minflok is-saħħa jieħu l-Ministeru tal-Familja u Politika Soċjali flok Marie Louise Coleiro Preca ma daqqitlux. Intant minn wara r-riżenja tiegħu bħala ministru ma naqsux il-kummenti tas-sieħba tiegħu Marlene Farrugia li pubblikament ikkritat lill- gvern fuq diversi deċiżjonijiet bla tlaqliq ta' xejn u mingħajr kantunieri. Hemm min qed iqis din il-ħatra tat-Tabib Godfrey Farrugia bħala mossa minn naħa tal-Prim Ministru Joseph Muscat biex jippaċifika l-affarijiet kemm mat-Tabib Godfrey Farrugia nnifsu kif ukoll mas-sieħba tiegħu. Godfrey Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015