Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 LUNIKA dar residenzjali f 'Għawdex għal persuni b'diżabbiltà tinsab f 'Għajnsielem. Ġiet miftuħa fit-3 ta' Diċembru 2000 li kienet il-ġurnata ddedikata lil nies b'diżabbiltà minn Dun Manwel Curmi. Curmi hu saċerdot li 50 sena ilu beda l-ħidma kbira tiegħu li joħroġ minn ġol- kantini tad-djar, lin-nies b'diżabbiltà u jintegrahom mas-soċjetà. Dun Manwel kien induna b'kemm hemm nies b'diżabbiltà moħbija meta kien viċi r-Rabat u kien isib ma' wiċċu funerali ta' nies li ħadd qatt ma kien sema' bihom jew rahom xi darba barra l-bieb. Kien ħass il-ħtieġa li jagħmel xi ħaġa u l-ewwel biċċa xogħol tiegħu kien li jipperswadi l-ġenituri ta' dawn it-tfal biex joħorġuhom u kien jorganizzalhom festini f 'kull parroċċa. Sadanittant, f 'Malta kienet infetħet id-Dar tal- Providenza u Dun Manwel iddeċieda li anke f 'Għawdex tinbena dar fuq l-istess binarji. Kien ingħata l-art mill-Isqof Cauchi u permezz ta' voluntiera u ġbir ta' fondi beda jibni d-dar li fetħet uffiċjalment fit-3 ta' Diċembru ta' 15-il sena ilu - Dar l-Arka. Dun Manwel Curmi qed jikber u għandu bżonn l-għajnuna u għalhekk l-Isqof Mario Grech iddeċieda li jibgħat għal saċerdot żagħżugħ Għawdxi li kien qed jistudja fi New York biex jirritorna Għawdex jgħin f 'Dar l-Arka lil Dun Manwel. Fr Michael Galea li għandu 33 sena mix-Xagħra Għawdex kien l-ewwel saċerdot ordnat mill-Isqof Grech meta dan sar Isqof t'Għawdex. Kien f 'Awwissu 2006 li kien ordnat saċerdot u kien mar jaħdem fil- parroċċa ta' St Mary f 'Long Island New York fejn dam 3 snin. Hawnhekk kien studja l-kura pastorali mal-morda u persuni b'diżabbiltà. Fil-preżent hu l-assistent direttur tal-Arka u jaħdem ukoll fil-Katidral ta' Għawdex. Iltqajt miegħu f 'Dar l-Arka u quddiemi sibt saċerdot żagħżugħ mimli enerġija li f 'għajnejh wieħed seta' jara l-imħabba li għandu biex jgħin fit- tmexxija ta' din id-dar u lejn il-persuni b'diżabbiltà. Fr Galea qalli li Dar l-Arka hi l-unika dar residenzjali f 'Għawdex għal persuni b'diżabbiltà fejn fiha għandhom 20 sodda. Għaxra minnhom huma permanenti fejn minnhom hemm erbgħa li jinsabu hemm b'ordni mill- qorti. Din id-dar tiswielhom €3,000 kuljum u meta staqsejtu minn fejn jiġu dawn il-fondi, Fr Michael qalli li l-fondi jiġu minn min juża s-servizzi, billi jbigħu servizzi lill-Gvern, mill-karità u donazzjonijiet. "Nikru wkoll is-sala għall- attivitajiet politiċi u għal attivitajiet oħra. Barra minn hekk aħna għandna għaxar sodod li jintużaw jekk xi ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà jkollhom bżonn imorru l-isptar, inkella jieħdu xi vaganza jużaw ir-respite għal xi ljieli f 'dawn il-kmamar għal uliedhom. "Barra minn hekk, għandna sular li anke nikruh lill- ġenituri li jridu jqattgħu Dar l-Arka - dar mimlija • Dar l-Arka teħtieġ €3,000 kuljum • Tgħix bil-ġenerożità kbira tal-Għawdxin • Tħaddem 50 ħaddiem fosthom nies b'diżabbiltà Dar l-Arka hija l-unika dar għal persuni b'diżabbiltà f'Għawdex Il-President tgħannaq l-ewwel tifla li daħlet tgħix f'Dar l-Arka Il-Papa Franġisku flimkien ma' Fr Michael Galea Dun Manwel Curmi illum@mediatoday.com.mt John Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015