Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530
Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 | illum 15 l-kandidatura tiegħu, qalli li din m'għandhiex x'taqsam mal-politika partiġġjana u li l-Partit Nazzjonalista qatt ma tkellem miegħu dwar dan l-irwol, u hu lanqas qatt infurmahom bid-deċiżjoni tiegħu. "Żgur li mhix xi motivazzjoni politika, anzi ttellifni xi vot tista' jekk nieħu xi deċiżjoni li ma togħġobx lil xi ħadd," qalli bi tbissima. "S'issa kien min kien il-president tal- Gozo Football Association, ħadd qatt m'għamel ballun politiku lill-GFA u lanqas se nagħmilha jien. Sadanittant qed indur il-klabbs u magħhom qed nagħmel skambju ta' ideat u nħoss li qed tkun esperjenza pożittiva u stajt nifhem ir-realtajiet tal-futbol Għawdxi u d-diffikultajiet. Jien se nwiegħed is-servizz tiegħi u l-bidla li jixtiequ l-klabbs. Issa jiddeċiedu l-klabbs jekk iridux lili bħala president." Samuel Azzopardi ġej mill-klabb SK Victoria Wanderers fejn ħuh hu l-president tal-klabb u għalhekk staqsejtu x'immotivah biex ikun president tal-GFA. "Inħobb l-isfidi ġodda u ġiet l-okkażjoni u ħadtha. Jien fi ħsiebni naħdem fuq in- nurseries li huma ċ-ċavetta tal-futbol. Irrid naħdem biex il-klabbs ikunu involuti b'mod sħiħ fl-assoċjazzjoni għax il-GFA insiet li hi assoċjazzjoni tal-klabbs u qed iġġib ruħha ta' awtorità. Jimpurtani li jkun hemm livell ta' serjetà u kontabbiltà fejn irrid naħdem biex il-klabbs il-kbar itejbu l-livell u ngħinu lill-klabbs iż-żgħar li jilħqu l-livell tal-kbar. Ma nemminx li billi tagħtihom il-flus se tgħinhom, iżda rridu noħolqu proġetti fuq żvilupp tal-plejers. Hemm bżonn li kulma jintefaq mill-assoċjazzjoni, ikun trasparenti għal kollox (u hawn mhux qed nallega li ma jsirx hekk) u rrid nara li l-Gozo Stadium ikun ta' livell, għax is-saqaf taż-żingu li hemm jaf lir-Re Ġorġ V meta kien Silver Jubilee Ground. Irrid aktar familji jiġu l-grawnd u li d-dar tal-GFA tkun ta' livell ogħla." Staqsejtu minn fejn beħsiebu jġib il-fondi għal dan kollu u qalli, "Mill-fondi tal-UE. Illum, il-fondi jagħtuhomlok mhux fuq l-infrastruttura iżda għall-iżvilupp fil- persuna u għalhekk irridu naraw kif nutilizzaw dawn il-fondi fuq żvilupp edukattiv tal-klabbs, akkademja ta' kowċing u referis." Samuel temm billi qal li jixtieq jara aktar opportunitajiet ta' klabbs Għawdxin jagħmlu kampijiet ta' taħriġ barra 'l pajjiż u li l-GFA tkun l-ixprun ta' dan kollu. Awgurajtlu li l-proġetti tar-Rabat fl-aħħar jiġu kompluti u jkomplu jsebbħu lill-belt kapitali tat-tliet għoljiet u awgurajtlu fl-isfidi li għandu quddiemu bħalma nawgura lill-kandidati l-oħra għall-presidenza tal-GFA li min jieħu s-siġġu, jagħmel ġid lilll-futbol Għawdxi. ta' ambjent, politika u sport Samuel Azzopardi Samuel Azzopardi, Sindku ta' Victoria u avukat ta' 32 sena. Miżżewweġ lill-avukat Għawdxija Ramona Azzopardi u missier Emma ta' 3 snin u Damian ta' sena u nofs. Ilu sindku tal-belt kapitali Għawdxija għal dawn l-aħħar ħames snin u kkontesta l-aħħar elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista, iżda ma telax. Ritratt: John Pisani