Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530
Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 | illum 11 ippubblikat matul l-2014 Gaetano Romano x'aktarx inqatel bejn it-30 u l-31 ta' Marzu 2009 Il-qtil ta' Karmenu Farrugia b'bomba – 21 ta' Ġunju 1987 Il-qtil mauż ta' Raymond Agius – 24 ta' April 2008 Godwin Cutajar jinqatel b'tiri f 'rasu – 11 ta' April 1993 GAETANO Romano ta' 20 sena minn San Pawl il-Baħar, għadda minn martirju qabel miet u dan minħabba l-mod kif il-qattiela għażlu li jwettqu dan id-delitt faħxi. Il-katavru ta' Gaetano kien instab minn missieru stess, Nicola Romano minn Sqallija residenti fi Triq il-Ħġejjeġ f 'San Pawl il-Baħar. Il-katavru kien instab f 'kamra li kellu fil-maħżen tan-negozju Cinque Stelle biswit id- dar tiegħu stess. Fuq ras il-vittma kienu nstabu feriti gravi li kienu moħbijin b'xagħru. Għaldaqstant meta kompla jkun eżaminat il-katavru ġie stabbilit li kellu xi msiemer li kienu msammrin f 'rasu. Tant kienu msammrin sew fl-iskutella ta' rasu li l-ewwel indikazzjoni kienet li kien intuża martell tal-elettriku li jispara l-imsiemer. Kien waqt l-awtopsja li sar magħruf li Romano inqatel b'sitt imsiemer ta' madwar 15-il ċentimetru. Huwa mifhum li l-mod kif inqatel Gaetano Romano huwa l-uniku każ li qatt sar f 'Malta. Għaldaqstant l-esperti ma jeskludux li kien hemm xi barranin involuti. Fil-fatt b'konnessjoni ma' dan il-qtil il-Pulizija kienet interrogat fit-tul erbat irġiel, fosthom Marrokkin li dak iż-żmien kellu 31 sena u li huwa qarib tal-mara ta' Nicola. KIF Karmenu wasal fl-għalqa, huwa poġġa r-rota mal-ħajt tas-sejjieħ kif kien jagħmel is-soltu. Resaq lejn il-bieb żgħir li kien magħmul minn pjanċi taż-żingu li kien jagħti għal karma żgħira. Kif fetaħ il-bieb splodiet il-bomba. Kien għall-ħabta tas- 7am meta nstemgħet splużjoni, iżda peress li dakinhar kien hemm il-festa tal-Ġilju fl-Imqabba, ħafna nies ħasbu li seta' kien murtal tal-festa. Bl-isplużjoni Farrugia safa mtajjar aktar minn tliet metri mid- daħla tal-għalqa. Minn eżamijiet li saru minn diversi esperti, kien ġie stabbilit li mal-isplużjoni Farrugia ttajjar u wara li ħa tisbita fl-art baqa' jitkaxkar madwar żewġ metri oħra bil-blast. Dan kien stabbilit minn kif instab id-demm bl- aktar li kien hemm kien madwar rasu. Huwa sofra ħruq estensiv minn qaddu 'l fuq. Kif waslu l-Pulizija fuq il-post u raw ix-xena tar-reat fosthom li Karmenu Farrugia kellu feriti gravi fil-pali ta' jdejh, għall-ewwel issuspettaw li Farrugia kien qed iġorr xi splussiv, jew il-bomba, u din ħadet f 'idejh aċċidentalment. Kien meta bdew jaslu l-esperti tal- Qorti li flimkien mal-Pulizija komplew jiflu x-xena tat-traġedja li bdew joħorġu fatti konkreti li l-każ kien omiċidju u mhux aċċidentali. GODWIN Cutajar minn Santa Venera, li nqatel meta kellu 34 sena, kien jaf li ħajtu kienet mhedda tant li kien iġorr fuqu pistola żgħira. Xi żmien qabel inqatel, Godwin Cutajar kellu argument ma' żewġt irġiel, li minkejja li seta' kellu konsegwenzi aktar gravi, irriżulta li spiċċa b'wiċċ il-ġid. Kien fis-1.10am meta Cutajar kien miexi fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil- Ħamrun u kif wasal fil-kantuniera ma' Triq id-Duka ta' Edinburgh, li tinsab triq qabel il-knisja ta' San Gejtanu, waqfet karozza quddiemu li mblokkatlu t-triq. Mill-karozza ħarġu żewġt irġiel u qabel Cutajar seta' jirreaġixxi, wieħed mill-irġiel spara mill-inqas tliet tiri ta' pistola b'Cutajar jintlaqat b'żewġ tiri fuq wara ta' rasu. ILMOD kif inqatel Raymond Agius ta' 50 sena minn Ħaż- Żebbuġ, imma kien joqgħod Baħar iċ-Ċagħaq, waqt li kien qed jieħu kafé f 'ħanut f 'Birkirkara bl-isem ta' Butterfly Snack Bar' li llum m'għadux jopera, kollox kien jindika li l-qattiela ma kellhom l-ebda biża' ta' xejn li kienu se jinqabdu. Il-qattiela daħlu mill-bieb tal-ġenb wara li waslu fuq il-post b'mutur u baqgħu bil-crash helmets f 'rashom li kien jgħattilhom wiċċhom kollu. Wieħed baqa' fil-bieb u l-ieħor baqa' dieħel sa fejn kien hemm Agius. Fi ftit sekondi dak li baqa' sejjer lejn Agius għolla jdejh u mill-komma tal- ġakketta tfaċċat il-parti ta' quddiem ta' pistola u spara tliet tiri wara xulxin u Agius waqa' għal fuq il- ġenb tiegħu bid-demm ħiereġ minn rasu. Mill-awtopsja rriżulta li Agius inqatel b'żewġ tiri f 'rasu minn tlieta li kienu sparati tant li l-patoloġisti elevaw żewġ balal minn moħħ il- vittma. It-tielet balla kienet elevata minn fuq ix-xena tal-omiċidju. Il-bieb minn fejn daħlu l-qattiela u sparaw fuq Agius Raymond Agius Wieħed mill-irġiel spara mill-inqas tliet tiri ta' pistola Godwin Cutajar Karmenu Farrugia safa mtajjar aktar tliet metri bil-qawwa tal- bomba Gaetano Romano Huwa l-uniku każ ta' dan it-tip li qatt sar f'Malta