Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 | illum 23 WAQT ċerimonja mtella' mil-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta, Britannia Tours ħarġu bl-aqwa unur għat-tieni sena konsekuttiva meta ġew ippremjati bħala 'Top Travel Agent 2013/2014' mill-Air Malta. L-Air Malta tat dan il-premju prestiġġjuż wara li ġie kkunsidrat l-ammont ta' biljetti mibjugħa fil-kategoriji kollha li toffri. L-isem ta' Britannia Tours huwa llum sinonimu ma' ġiti għall but ta' kulħadd, filwaqt li toffri destinazzjonijiet primarjament fl-Ewropa kif ukoll f 'kontinenti oħra, fejn jidħlu dawk imsejħin 'Long Hauls'. Fost il-ħafna prijoritajiet li Britannia jpoġġu quddiemhom meta jkunu qegħdin ifasslu l-ġiti tagħhom, ipoġġu l-aqwa għażla ta' lukandi f 'postijiet ċentrali u popolari mal-klijenti. Id-direttur maniġerjali tal-kumpanija, Noel Farrugia wiegħed li se jkompli b'ħidmietu bla waqfien sabiex Britannia Tours tibqa' l-ewwel għażla għall-Maltin u l-Għawdxin. Kompla jtenni li mingħajr l-appoġġ kontinwu tal-klijenti qatt ma seta' jkun f 'din il-pożizzjoni u ta' dan jirringrazzja lil dawk kollha li għoġobhom isiefru mal- kumpanija. Jibqa' ottimist lejn il-ġejjieni meta jqis li Britannia Tours għandha x-xorti li tgawdi mis-servizz ta' tour leaders u ħaddiema mill-aqwa. Britannia Tours intant tavża li l-brochure tal-Għid huwa issa ppubblikat u jista' jinġabar minn waħda mill-fergħat ta' Britannia. F'dan il-brochure qed jiġu mnedija diversi tours ġodda fosthom Chios Gżira fil-Greċja, Kusadasi ġewwa t-Turkija, Umbria ġewwa l-Italja u Zaragoza ġewwa Spanja. Il-brochure tas-sajf joħroġ f 'Marzu. Għal aktar tagħrif żuru s-sit www.bsl.com.mt jew ċemplu wieħed mill-uffiċini ta' Britannia madwar Malta u Għawdex. Kummercjali "LIDL dejjem tfittex mod aktar iffokat iżda fl-istess ħin mod ħolistiku lejn it- taħriġ tal-impjegati tagħha fejn issa qed nenfasizzaw li l-impjegati mhux biss ikunu mħarrġa bħala kaxxiera jew stock managers iżda aktar importanti, ikunu mħarrġa biex jirrispondu kwalunkwe mistoqsija li ssir mill-klijenti tagħna peress li dan hu dak li jagħti sodisfazzjon lilll- klijent." Dan intqal minn Dorotea Mader, Kap tal-HR tas- supermarket Lidl Malta, fi tmiem it-taħriġ ospitat minn MISCO għal grupp ta' madwar 60 impjegat mill- Lidl ta' Santa Venera u Ħal Qormi. Il-kors, kondott min-nies speċjalizzati minn MISCO, daħal f 'numru ta' oqsma li jvarjaw minn relazzjonijiet inter-personali fuq ix-xogħol u s-sodisfazzjon tal-klijent u kif għandhom ikunu indirizzati mistoqsijiet tal- klijenti u kif għandhom jiġu trattati l-ilmenti. "F'Lidl, is-sodisfazzjon tal-klijent hu l-għan ewlieni tagħna u aħna qegħdin kontinwament infittxu modi kif intejbu l-esperjenza li l-klijenti jiksbu fil-ħwienet tagħna. Aħna interessati f 'dak li għandhom bżonn il-klijenti tagħna u nifhmu li llum, in-nies iridu servizz malajr u effiċjenti li jista' jingħata biss meta l-impjegati tagħna jifhmu l-importanza ta' dan, ħaġa li ġiet diskussa b'mod importanti matul dan il-programm ta' taħriġ," spjegat Mader. Il-Kumpanija Lidl timpjega 225 impjegat fis-sebgħa ħwienet li jinsabu f 'Santa Venera, f 'Ħal Safi, fiż- Żejtun, f 'Ħal-Luqa, f 'San Ġwann, f 'Ħal Qormi u f 'Għawdex. Britannia Tours jniedu l-brochure ta' żmien il-Għid Lidl tħarreġ 60 Sales Representative www.gourmettoday.recipes Brittania Tours ħarġu bl-aqwa unur għat-tieni sena konsekuttiva meta ġew ippremjati bħala Top Travel Agent 2013/2014 L-eku ta' dak li ġara fi Franza Reporter jixxandar live għada fid-8.40pm fuq TVM2 b'ripetizzjoni fuq TVM fl-21.50pm. Il-qtil ta' ġurnalisti ta' gazzetta satirika ġo Franza jqajjem il-mistoqsija dwar it-theddida ta' fundamentalisti Iżlamiċi, imma l-intolleranza hija ristretta għall-Iżlamiċi? U l-ġurnalisti f 'Malta, għandhom għalfejn jinkwetaw?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015