Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 | illum 29 SPORTSillum Kalendarju ta' suċċessi għal Top Spin Table Tennis Academy GĦAL 'Topspin Table Tennis Academy', is-sena 2014 se tibqa' mfakkra għas-suċċessi kbar li rnexxielha tikseb u għall- ammont sabiħ ta' studenti ġodda li b'ħeġġa kbira ngħaqdu magħha. Minn Jannar sa Diċembru l-Akkademja ma qatgħet xejn milli torganizza jew tieħu sehem f 'attività waħda wara l-oħra bit-tir li tkun akkademja ħajja, bi spirtu żagħżugħ u li tappella għal studenti ta' kull età. B'titwila lejn l-avvenimenti li seħħew matul is-sena 2014 naraw kif f 'Jannar, it-tim 'TopSpin Table Tennis Academy', li fil-Lig Nazzjonali Malti 2013/2014 lagħab fl-ewwel diviżjoni, kompla jikseb il-punti u jsaħħaħ l-ewwel post tiegħu fil-klassifika. Fi Frar, il-'HeadCoach' ta' din l-Akkademja, Edward Baldacchino, irnexxielu jżomm l-ewwel post fis-'Senior Ranking List 2013/3014 Season'. Matul dan l-istess xahar, TS Table Tennis Academy organizzat l-'Ownersbest Third Ranking Tournament' tal-istaġun fejn l-istudenti ngħatalhom l-ispazju tagħhom biex jikkompetu kontra xulxin fi ħdan l-Akkademja stess. Fl- aħħar ta' dan ix-xahar ġie kkonfermat li fi tmiem tal-ewwel rawnd tal-Lig Nazzjonali Malti, it-tim 'TopSpin Table Tennis Academy' ddomina l-ewwel diviżjoni ta' Malta u wiegħed li se jkompli jħabrek biex fl-aħħar tat- tieni rawnd jikseb it-titlu ta' kampjonat. F'Marzu rajna lil din l-Akkademja tipparteċipa fil-Maratona bir-Roti għal kawża ġusta. Hemmhekk tellgħet diversi wirjiet fil- Liċeo tal-Ħamrun kif ukoll stiednet lill-pubbliku biex jilgħab mal-kowċis/plejers tal-istess Akkademja. It- tim 'TopSpinTable Tennis Academy' kompla fil-mixja tiegħu ta' suċċess fit-tieni rawnd tal-Lig Nazzjonali hekk kif baqa' jżomm l-ewwel post b'differenza ta' 34 punt bejnu u bejn it-tim li kien qed jokkupa t-tieni post. F'April, l-istudenti tat- TS Table Tennis Academy ħadu sehem f 'numru ta' turnaments li ġew organizzati mill-Malta Table Tennis Association (MTTA). Fl-ewwel 'Under 11 Tournament' li qatt ħadu sehem fih, studenta minnhom, Nicole Cutajar, irnexxielha tirbaħ il-'Plate Event' li din serviet bħala inċentiv kemm għaliha u kemm għal sħabha biex ikomplu jistinkaw bl-għan li jiksbu iktar riżultati sbieħ. Fil-fatt, żewġ studenti li lanqas biss kienu ilhom sena li bdew jilagħbu mat- TS Table Tennis Academy, diġà jinsabu mal-ewwel għaxra fil-'Malta's Under 11'. Dan jawgura tajjeb għall-istudenti ta' din l-Akkademja. April reġa' kien ix-xahar li kompla jikkonferma l-ewwel post tat-tim 'TopSpinTable Tennis Academy' fil-Lig Nazzjonali hekk kif ġab il-punteġġ ta' 7-2 kontra t-tim li kien jinsab fit-tielet post. Lejn l-aħħar ta' April, il-'HeadCoach' flimkien ma' Daniel Bajada bdew il-mawra tagħhom f 'Tokjo ġewwa l-Ġappun biex jirrappreżentaw lil Malta fil-'Word Table Tennis Championships 2014' fejn irnexxielhom jirbħu b'mod fantastiku kontra l-Palestina, Namibja u l-Maldives. F'Mejju, Malta ospitat il- World Circuit. Għaldaqstant kemm il-Head Coach kif ukoll Dorianne Magri u Alex Soler, li huma l-kowċis assistenti tal- Akkademja, ġew magħżula biex flimkien jgħinu fil-kowċing tal-plejers Maltin li ntgħażlu biex jirrappreżentaw lil Malta. Mejju kompla jikkonferma s-suċċess tat-tim 'TopSpin Table Tennis Academy' fil-Lig Nazzjonali hekk kif irnexxielu jirbaħ is-sittax-il logħba konsekuttiva. Fl- aħħar ta' Mejju l-Akkademja organizzat 'The Sports Experience Fourth Ranking Tournament' tal-istaġun f 'ġieħ wieħed mill-isponsors uffiċjali tal-Akkademja. Ġunju ra bosta suċċessi marbuta mal-Malta Table Tennis Championships 2014 li kienu qed isiru għat-62 darba. B'ħafna determinazzjoni u tim mill-aqwa, l-Akkademja rnexxielha tikseb tnejn deheb fil-Men's u l-Mixed Doubles, tnejn fidda fil- Men's Singles u l-Men's Doubles u tnejn bronż fil-Men's Singles u l-Ladies' Singles. Kien dan ix-xahar ukoll li, wara żewġ rawnds sħaħ ta' rebħa wara l-oħra fil-Lig Nazzjonali, ta t-titlu mistħoqq ta' kampjonat lit- tim Top Spin Table Tennis Academy hekk kif intemm l-istaġun tal-logħob. It-tliet xhur tas-sajf kienu xhur ferm impenjattivi għall-Akkademja hekk kif ħadmet biex torganizza skola sajf inklussiva u interessanti għall-istudenti tagħha. Bil-parteċipazzjoni tal-kowċ barrani Andrzej Borkowski flimkien mal- psikologa tal-isport, Adele Muscat, in-numru ta' studenti li attendew għas-sessjonijiet tat-taħriġ kompla joktor u jkun iktar ta' suċċess għall-Akkademja. F'għeluq l-iskola sajf, l-Akkademja ħasbet biex torganizza l-Andro First Ranking Tournament 2014/2015 biex tagħti lok lill-istudenti biex ikomplu jitħarrġu fil-fakultajiet tat- table tennis u biex ikomplu jinbnew fl-ispirtu matur ta' kompetizzjoni. F'Diċembru, l-MMTA organizzat l-ewwel 'Under 15 Junior RankingTournament fejn l-Akkademja kisbet suċċess permezz tal-student tagħha Brandon Ciappara li rebaħ il-'Plate Event' kif ukoll bil-prestazzjoni promettenti tal-istudenti tal- Akkademja li ħadu sehem fih. L-aħħar turnament tas-sena kien il-'Contact Advisory Services Ltd SecondRankingTournament' fejn id-dħul tiegħu mar kollu għall-Istrina u l-ammont sabiħ li nġabar ġie ppreżentat lil Edgar Preca, żewġ il-President. Bħalma seħħ is-sena l-oħra, Topspin Table Tennis Academy temmet is-sena tagħha bl- Award DinnerPresentation. Hawnhekk l-Akkademja taħtaf l-opportunità li tiltaqa' mal-familjari tal- istudenti f 'dawn il-ġranet festivi fejn l-istudenti jiġu ppremjati tal-ħiliet u s-suċċessi tagħhom matul is-sena. Apparti mill-bżulija tagħhom fit-table tennis din is-sena ma naqasx ukoll li tliet studenti partikolari juru t-talent tagħhom fil- mużika hekk kif daqqew ftit siltiet biex ikomplu jsebbħu l-atmosfera li kien hemm. Minn hawnhekk, filwaqt li l-Akkademja tistedinkom iżżuru l-paġna tal-Facebook għal iktar tagħrif, tagħtikom is-sena t-tajba.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015