Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 B ħalissa jinsab f 'nofs kontroversja dwar il- proġett li qed jagħmel t-Tokk tar-Rabat fuq il-qlugħ tas-siġar, fejn ix-xogħol hu wieqaf minħabba li qamet kwistjoni sħiħa jekk is-siġar li hemm l-pjazza tat-Tokk għandhomx jiġu rilokati. Bdiet battalja bi stqarrijiet bejn l-ambjentalista Astrid Vella, is-Sindku Għawdxi u l-MEPA. "Tlabna rilokazzjoni tas-siġar mhux b'kapriċċ" beda jgħidli s-sindku Rabti, "is-siġar jinsabu fuq fdalijiet arkeoloġiċi, qed jagħmlu l-ħsara fis- sistemi tad-drenaġġ li għaddej minn taħt il-pjazza fejn id-drenaġġ jista' jitħallat mal-ilma tax-xorb, l-għeruq tagħhom qed jagħmlu ħsara f 'binjiet tal-madwar, jiġbdu lejhom eluf ta' għasafar li jħammġu kull m'hemm u l-Banca Giuratale tilfet il-valur estetiku minħabba s-siġar. Barra minn hekk, aħna mhux se neqirduhom iżda li nirrilokawhom fit-triq li mir-Rabat tagħti għal Marsalforn. U flokhom se nagħmlu siġar oħra endemiċi. "M'aħna se nagħmlu xejn aktar minn dak li sar fil-pjazza ta' Kastilja u l-venda tar-Rabat Għawdex. Barra minn hekk esperti qalulna li s-siġar mhux qegħdin għal qalbhom fejn qegħdin għax suppost iz-zokk hu ħafna akbar milli hu." Dan kollu juri li m'hemmx problemi u għalhekk staqsejtu x'ġara fil-każ tal-ambjentalista Astrid Vella. "Lejn tmiem Awwissu jew bidu ta' Settembru f 'xid-9pm irċevejt telefonata mingħand Astrid u wara li spjegajtilha x'se jiġri, tlabtha tiltaqa' mal-Perit Edward Scerri u l-maniġer tal-proġett, William Sultana li setgħu jagħtuha stampa ċara. Għidtilha ċar u tond li r-rilokazzjoni tas-siġar mhux se jsiru bl-ebda fondi Ewropej. Vella qatt ma ltaqgħet magħhom u ħarġet stqarrija li tgħid li qed nużaw fondi Ewropej biex neqirdu s-siġar. U dwar dan, is-segretarjat tal-UE ħareġ stqarrija li kkonferma li aħna mhux nużaw l-ebda fondi Ewropej. Kompliet bl-istqarrijiet li qed nużaw il-fondi Ewropej u dan għamlitu biex ittawwal iż-żmien li l-proġett jitlesta. Għax hi taf li marbutin biż-żmiem biex ma nitilfux il-fondi Ewropej li huma ta' €1.6 miljun. Għax anke għamlet mandat il-Qorti biex ma joħorġux il-permessi u ġie miċħud. Min-naħa tagħna, li għamilna s'issa sa ma nistennew il-permessi meħtieġa mill-MEPA neħħejna l-paviment bis- saffi tas-siment u tħalliet ħamrija biss. "Lejlet l-ewwel tas-sena, l-MEPA talbitna biex inqabbdu erborista biex sal-Ġimgħa 2 ta' Jannar jagħmel rapport fuq is-siġar għax Vella irrapurtat li qed nagħmlu ħsara lis- siġar." Samuel Azzopardi qalli li din kienet reazzjoni tal-mistħija mill-MEPA li twaqqaf ix-xogħol għax xi ħadd li ma investigax u mingħajr stħarriġ mar jirrapurtahom. "Aħna ma rridux ħsara lis-siġar u issa Astrid talbitna biex niltaqgħu iżda jien għidtilha li issa ma ridtx għax meta ridna niltaqgħu ma ġietx. Għidtilha issa kompli ġġieled fil-fora li għażilt li tiġġieled. Min-naħa tagħna, qed inżommu lill-MEPA responsabbli għall-ħsarat kollha li jistgħu jiġu kkawżati u mandat li ma toħroġx azzjonijiet ulterjuri." Astrid Vella hi selettiva u mhux professjonali "Astrid Vella hi selettiva u mhux professjonali għax fuq is-siġar ta' Kastilja u tal-venda ta' Għawdex stess ma ħaditx l-istess stand." Kif semmieli l-venda, fakkarni fil- bandli tal-istess lokalità fejn hemm proġett li ilu sejjer snin u għadu mwaħħal. "Il-permess tal-MEPA ħareġ fl-2012 u l-proġett ġie deċiż li jsir minn EcoGozo u fondi mill- UE. Proġett li se jiswa €600,000. Iżda l-ewwel spiċċajna sentejn sħaħ weqfin għax wieħed milli tefa' l-offerti, ikkontesta l-għoti tal-offerta, anke jekk ma ngħatax raġun, xorta spiċċajna tlifna sentejn. Imbagħad kellu inċident il-kuntrattur, iżda issa se jibda x-xogħol f 'nofs ix-xahar u sa Mejju jkun lest." Samuel Azzopardi li fejn jidħol il- lokalità tiegħu m'għandux kantunieri qalli li l-proġett tat-Tokk ma tlestiex qabel minħabba l-burokrazija żejda u ndħil żejjed fi żmien il-PN. U xtaq jirringrazzja lil Marlene Bonnici li llum hi rappreżentanta permanenti tal-UE, lil Godwin Grima li kien is-Segretarju Permanenti prinċipali, lill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien u lis-Segretarju Parlamentari għall-UE, Ian Borg, "li malli ħa l-kariga, ffirma l-kuntratt mill-ewwel għax hu kien sindku u jaf xi tfisser li tkun sindku." Is-sindku Nazzjonalista għandu familja mħallta fejn tidħol politika, fejn kuġinuh hu l-membru parlamentari Nazzjonalista Frederick Azzopardi u nannuh kien Anġlu l-'Bedeq' li kien deputat Laburista għal 4 leġislaturi u kuġinuh ieħor hu l-Perit Clint Camilleri. "Ommi ġejja mill-kamp Laburista u missieri mill-kamp Nazzjonalista u dan jgħinni biex dejjem inkun bilanċjat fid-deċiżjonijiet u ħsibijiet tiegħi." Sadanittant, Samuel qal li hu se jerġa' jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li ġejja mal-PN għalkemm id-deċiżjoni għadha mhix definittiva. L-għalqa politika Għawdxija tal-PN issa ġiet żvujtata kważi għal kollox meta sew Giovanna Debono u Frederick Azzopardi stqarrew li mhux se jikkontestaw iżjed elezzjonijiet. Għalhekk, Samuel Azzopardi jista' jimla xi wieħed minn dan il-vojt li tħalla. Bħala kandidat żagħżugħ, kif jara li l-politika Għawdxija tista' tinbidel? "Irrid nikkumbatti biex Għawdex jibqa' speċi ta' anness tal-gżira Maltija. Naqbel mas- sistema ta' back office għax tgħin lill-Għawdxin isibu xogħol Għawdex, iżda m'għandhiex tkun l-uniku mira tal-Gvern. Ta' min ifaħħar ħafna l-Università jew akkademja medika, li kienet idea sublimi. Iżda importanti li jkollna infrastruttura għall-informatika. Dan billi ma noqogħdux fuq is-server u l-back up server ta' Malta iżda jkollna wieħed f 'Għawdex. Għax b'hekk biss nistgħu nħajru investituri fil-gaming u servizz finanzjarju f 'Għawdex. U dan għandu jkun il-futur għaż-żgħażagħ Għawdxin u mhux biss it-turiżmu. F'dan il-qasam, qtugħ ta' internet għal ftit sekondi jfisser telf ta' eluf kbar u anke miljuni ta' ewro." Dwar jekk Għawdex għandux ikollu Ministeru għalih, Samuel qalli li dejjem għandu jkun hemm Ministru li jkun parti mill-gvern nazzjonali. "Iżda Għawdex għandu jkun hawn Gvern Reġjonali. Fejn ikun hemm president ta' dan il-gvern li jaqa' taħt il-ministeru u taħt il-gvern ċentrali, iżda mhux bilfors il-president ikun tal-istess partit bħal ministru. Ikun bħal kunsill lokali kbir li taħtu jaqa' Għawdex kollu u anke l-kunsilli lokali, u jiġi vvutat mill-Għawdxin skont is-suċċessi li jkollu matul l-amministrazzjoni tiegħu. Din mhux xi ħaġa ġdida għax issir fir- reġjuni kollha Taljani u anke f 'Wales taħdem b'dak il-mod. Jekk ikun hawn gvern reġjonali allura anke s-saħħa u l-edukazzjoni trid taqa' taħt dan il-Gvern, iżda kif qiegħed bħalissa, naqbel li s-saħħa u l-edukazzjoni jkunu ċentralizzati f 'Malta kif għamilha dan il-Gvern. Dwar dan, tkellimt mal-partit tiegħi u anke mal-Gvern u semgħuni. Kien hemm xi qbil mill-Partit Nazzjonalista iżda mhux eżatt kif qed ngħid jien. Jien se niġġieled għal dan il-għan għax b'hekk il-poter ikun aktar viċin iċ-ċittadin. U dan għax inħobb lil Għawdex għax jekk fl-eventwalità li nitla' deputat Parlamentari, ma nkunx nista' nifforma parti minn dan il-Gvern u personalment, bħala deputat ikolli inqas saħħa." Il-GFA la qatt ma kienet u lanqas se tkun ballun politiku Dan l-aħħar ħarġet l-aħbar li l-Avukat Azzopardi se jikkontesta l-presidenza tal-futbol Għawdxi wara r-riżenja ta' Alvin Grech mill- pożizzjoni. Filwaqt li kkonferma Sindku Għawdxi jaffaċċja sfidi Azzopardi hu persuna dħuli ħafna u meta taqbad titkellem miegħu mhux faċli twaqqfu iżda dak li jgħid, jagħmel sens għax hu persuna b'għajnejh it-tnejn miftuħa u b'viżjoni ċara li mhix imtappna b'xi kulur politiku partiġġjan. "Astrid talbitna biex niltaqgħu iżda jien għditilha li issa ma ridtx għax meta ridna niltaqgħu ma ġietx" "Il-proġett tat- Tokk ma tlestiex qabel minħabba l-burokrazija żejda u ndħil żejjed" John Busuttil illum@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015