Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530
Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 | illum 3 Gonzi u dawk li ntefa' t-tajn fuqhom baqa' bħala shadow minister minn dawk li ntefgħu t-tajn fuqhom mill-Prim Ministru fejn qabel intemmet is-sena, fil-Parlament, Muscat qallu, "tiegħek dalwaqt tasal Jason." Forsi Jason Azzopardi hu l-unika żelqa ta' Simon Busuttil f 'dan il-kabinett. Claudette Buttigieg ħadet post l-eks mgħallem tagħha, Joe Cassar. L-unika esperjenza tagħha fis-saħħa hi li kienet esposta għal żmien qasir bħala uffiċjal tal-komunikazzjoni mal-Ministru Joe Cassar li żgur ma jistax jingħad li kellu xi suċċess f 'dan il-qasam. U li issa se jkun qed jitkellem dwar il-kultura u l-arti. Claudio Grech li kien qed juri stil ġdid ta' kif wieħed imexxi s-settur tas-saħħa, tneħħa minn dan is-settur u ngħata l-ekonomija fejn l-għarfien tiegħu fil-management u IT żgur li għandu jibrilla aktar f 'dan il-qasam. Marthese Portelli, ħadet post George Pullicino fis-settur tal-enerġija, ambjent u trasport. Jidher li ċ-ċekk mhux iffirmat tal-Alberta għamel il-ħoss tiegħu u Pullicino spiċċa bħala kelliem fl-edukazzjoni. Portelli forsi ngħatat dan l-inkarigu għax toħroġ fuq l-istess distrett ta' Pullicino u b'hekk tirbaħ il-voti tiegħu f 'każ li Pullicino jkollu jiġi mwarrab wara l-inkjesti li qed isiru fil-każ tal- Alberta. Fl-istess waqt Busuttil ikun warrbu bil-kwiet. Paula Mifsud Bonnici ħadet il-post li kellu missierha qabel l-2008, il-Politika Soċjali u żgur li xi ħaġa mingħand missierha, Antoine Mifsud Bonnici tgħallmet żgur u anke l-karattru tagħha għandu jgħinha f 'dan is-settur. Chris Said ma kellux oppożizzjoni, ħa l-post li dejjem ried u li dejjem xtaq li ngħatalu fuq platt. It-tliet Għawdxin l-oħra kienu Giovanna Debono, Frederick Azzopardi u Marthese Portelli li ħaslet idejha għal kollox minn Għawdex. Robert Cutajar li beda l-karriera politika tiegħu fil-qasam tal-isport u li kien wieħed mill-akkolti ta' Gonzi tneħħa minn kelliem għall- Isport u ngħata l-anzjanità u d-diżabbiltà filwaqt li l-Isport ingħata lil eks plejer tal-basketball David Agius li regolarment joħroġ jogging mal-Kap. L-oħrajn kollha, ngħataw irwol ċkejken biex ma jgergrux. Anke David Casa l-uniku MEP li ma ngħatax ministeru ħallieh iservi bħala l-kap tal- Parlamentari Ewropej. Roberta Metsola - Shadow Minister għall-Affarijiet Ewropej u Barranin Relazzjonijiet mal-Istati u l-Istituzzjonijiet tal-UE, Fondi Ewropej u Presidenza tal-UE 2017 Tonio Fenech - Affarijiet Barranin, inkluż relazzjonijiet ma' pajjiżi mhux tal-UE u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u Politika tal-Mediterran Mario de Marco - Shadow Minister għall-Finanzi Robert Arrigo - Negozji ż-Żgħar, Manifattura, Kummerċ, Self-Employed u Koperattivi Beppe Fenech Adami - Shadow Minister għall-Intern - Pulizija, Difiża, Forzi Armati, Sigurtà, Servizzi Korrettivi u Protezzjoni Ċivili Francis Zammit Dimech - Immigrazzjoni Shadow Minister għal Għawdex - Chris Said Frederick Azzopardi - Affarijiet għal Għawdex Giovanna Debono - Affarijiet għal Għawdex Claudette Buttigieg - Shadow Minister għas-Saħħa - Saħħa u Stil ta' Ħajja b'Saħħitha Michael Gonzi - Kura Primarja u Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa Albert Fenech - Saħħa Mentali Claudio Grech - Shadow Minister għall-Ekonomija - Politika Ekonomika, Politika Imprenditorjali, Politika tal-Kompetizzjoni, Industrija Kreattiva u Soċjetà tal-Għarfien Kristy Debono - Servizzi Finanzjarji, IT u Gaming Antoine Borg - Turiżmu Ċensu Galea - Amministrazzjoni Pubblika u Investimenti tal-Gvern Ritratt: Chris Mangion