Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530
Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 | illum 27 SPORTSillum mill-ġdid waħedhom l-quċċata ta' 2-0 waqt li Manchester City sfaw miżmuma f 'parità ta' 1-1 minn Everton. B'hekk issa t-tim immexxi minn Josè Mourinho għandu vantaġġ ta' żewġ punti fuq Manchester City. Iż-żewġ gowls ta' Chelsea kontra l-Magpies waslu minn Oscar u Diego Costa. Fil-logħba bejn Manchester City u Everton kien Fernandinho li fetaħ l-iskor għas-City waqt li Steven Naismith ġab l-iskor indaqs għal Everton erba' minuti biss wara. Liverpool barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Sunderland bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Lazar Markovic. Tajjeb ngħidu li Sunderlsnd spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fil-logħba wara li tkeċċa għalihom il-plejer Liam Bridcutt wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' ftit minuti. Bl-istess skor intemmet il-logħba bejn WBA u Hull City bil-gowl għal WBA jasal minn Saido Berahino. Leicester City ġewwa darhom għelbu lil Aston Villa ukoll b'dan l-iskor bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Paul Konchesky. Din il-logħba kellha tmiem drammatiku hekk kif iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b'10 plejers b'Matthew James jitkeċċa għal-Leicester City permezz ta' karta ħamra diretta fid-90 minuta waqt li Ciaran Clark tkeċċa għal Aston Villa wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba fit-63 u fid-90 minuta rispettivament. Burnley ġewwa darhom għelbu lil QPR bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Scott Arfield u Danny Ings waqt li l-gowl waħdieni ta' QPR wasal mis-solitu Charlie Austin minn penalty. Swansea City u West Ham United temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 1-1 bil-Hammers jiftħu l-iskor permezz ta' Andy Carroll fit-43 minuta waqt li Swansea City ġabu l-iskor indaqs pemezz ta' awto-gowl tal-plejer ta' West Ham United Mark Noble fl-74 minuta. Fid-Derby ta' Londra Crystal Palace ġewwa darhom dawru telfa f 'rebħa ta' 2-1 kontra Tottenham Hotspur bil-gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Dwight Gayle u Jason Puncheon waqt li s-solitu Harry Kane kien fetaħ l-iskor għall-iSpurs fid-49 minuta. L-MFA tniedi l-ewwel Open Day mill- kampanja 'Live Your Goals' FIS27 ta' Diċembru 2014, il-Malta Football Association nehdiet l-ewwel Open Day għall-istaġun 2014/15, bħala parti mill- kampanja 'Live Your Goals', bl-appoġġ tal-FIFA. Din l-Open Day kienet suċċess ieħor u ġabet lejn Ta' Qali aktar minn 100 tifla ta' taħt il-11-il sena li pparteċipaw fl-attivitajiet li nżammu fis-Centenary Stadium. Biex tagħmel l-avveniment aktar interessanti, il-kowċing kien fdat f 'idejn il-kowċis tat- timijiet nazzjonali tan-nisa, il-kowċis tal-akkademja, kowċis mill-klabbs lokali u kif ukoll plejers preżenti tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa. L-inizjattiva 'Live Your Goals' tnediet mill-FIFA biex tibni entużjażmu tal-futbol fost in-nisa madwar id-dinja kollha. B'avvenimenti bħal dawn, ħafna iktar nisa jidħlu jagħmlu parti minn xi tim tal-futbol u anki jsiru plejers tal-futbol. 29 miljum mara madwar id-dinja jilagħbu l-futbol. Bjorn Vassallo u Maria Mifsud, Segretarju Ġenerali u Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA, flimkien ma' Pierre Brincat, il-kowċ nazzjonali tan-nisa, kienu kollha preżenti għal dan l-avveniment. Huma spjegaw l-importanza li jintroduċu aktar nisa fil-futbol f 'livelli ta' grassroots, l-istess żmien li jibdew is-subien. Huma esprimew ix-xewqa li kull klabb f 'Malta jkollu tim tal-futbol tan-nisa u anki b'timijiet fil-Youths bħat- timijiet ta' taħt is-16-il sena, 11-il sena u 13-il sena. Bħala riżultati, għall-istaġun 2014/15, l-MFA se tmur pass ieħor 'il quddiem fl-iżvilupp tal-logħba tan-nisa. Il-viżjoni għall-erba' snin li ġejjin huma dawk li l-klabbs jingħataw assistenza u jiżdiedu n-numru ta' kowċis kwalifikati nisa, anki fil-livell ta' grassroots. L-Open Day Festival li jmiss se ssir f 'April li ġej. Il-kampanja qed tiġi organizzata mill-MFA taħt l-awspiċi tal-FIFA u għal aktar informazzjoni fuq dan is- suġġett, wieħed għandu jikteb fuq l-email girlsfestivals@mfa. com.mt Fernandinho