Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530
8 illum | Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 GIOVANNA Bartolo ta' 89 sena minn Ħal Luqa kienet fil-post ħażin, fil-ħin ħażin u nqatlet innoċentament minn bomba li x'aktarx kienet intenzjonata li tisplodi ma' dar ta' familja oħra u mhux ma' dik fejn kienet l-anzjana. Dan il-qtil seħħ ftit aktar minn 24 sena ilu, eżattament fis-sigħat bikrin tat-Tlieta, 13 ta' Novembru 1990 fi Triq Santa Katerina f 'Ħal Qormi u li l-Pulizija jemmnu li kellu konnessjoni ma' investigazzjoni fuq qtil ieħor li kien seħħ inqas minn xahrejn qabel. Marret għand bintha Ir-raġuni li aktar 'il fuq għidt li l-anzjana kienet fil-post ħażin, fil-ħin ħażin, għaliex Giovanna Bartolo ma kinitx toqgħod Ħal Qormi, imma Ħal Luqa. Fil-jiem ta' qabel l-anzjana ħassitha xi ftit ma tiflaħx tant li bintha, Maria Casha, it-Tnejn 12 ta' Novembru, ħaditha għand tabib. Minħabba l-età avvanzata tagħha u peress li fejn kienet toqgħod l-anzjana f 'Ħal Luqa kellha titla' t-taraġ biex tmur għall-kamra tas- sodda, Maria ħadet lil ommha toqgħod magħha f 'Ħal Qormi sakemm tħossha aħjar. Fil-fatt minkejja li Giovanna kellha 89 sena kienet għadha tieħu ħsieb tagħha nnifisha u anke kienet għadha tagħmel il-qadi hi stess u tieħu ħsieb id-dar tagħha. Imma fuq parir tat-tabib, l-anzjana marret toqgħod għand bintha. Fl-istess dar f 'Ħal Qormi, barra Maria u żewġha Francis, kienu joqogħdu wkoll uliedhom Joseph, għalliem u li dak iż-żmien kellu 29 sena, u George li kellu 26 sena u membru fil-Korp tal-Pulizija mat-Taqsima tal-Kavallerija. Għaldaqstant il-familja Casha kienu poġġew sodda tal-ħadid li tinfetaħ fil-kamra ta' barra li kienet tintuża bħala salott u li kienet fuq in-naħa tal-lemin tal-intrata. Din il-kamra kellha bieb li jagħti għall-intrata u bieb ieħor li jagħti għall-kċina kif ukoll ieħor li jagħti għal Triq Santa Katerina. Is-sodda tpoġġiet taħt il-persjana li tagħti għat-triq. F'din il-kamra l-familja kellha sufan, xi għamara antika u t-televiżjoni u xi oġġetti oħrajn li wieħed isib f 'dar normali. B'hekk Giovanna ma kellix għalfejn tuża t-taraġ biex tmur torqod bil-lejl. Splużjoni fil-ħemda tal-lejl Dakinhar tal-isplużjoni Maria u żewġha Francis kif ukoll binhom Joseph kienu reqdin fil-kmamar tas-sodda tagħhom fis-sular ta' fuq. George kien xogħol billejl u għaldaqstant ma kienx id-dar. Kien għall-ħabta tat-2.45am meta nstema' ħoss qawwi tant li kien hemm min anke qal li nstema' minn Ħal Tarxien. Mal-isplużjoni Giovanna ttajret madwar erba' metri għan-naħa ta' ġewwa tal-kamra tas-salott u spiċċat wiċċha 'l fuq f 'għadira demm ħdejn il-bieb li jagħti għal kċina. Parti mill-bieb ta' barra, biċċiet tal-għamara u tifrik ieħor spiċċaw fuq l-anzjana. Il-feriti gravi li sofriet f 'rasha kienu fatali tant li l-anzjana mietet mill-ewwel. Il-ħoss qawwi qajjem lill-familja Casha kif ukoll lill-ġirien li ħafna minnhom ħarġu jagħtu l-għajnuna. Ix- xena li raw kienet xokkanti. Kif il-familja Casha qamu mal- ħoss, kulma raw kienet daħna u b'xokk kbir fuqhom niżlu isfel imma kemm bid-daħna li kien hemm kif ukoll bit-tifrik, Giovanna ma kinitx tidher. Wara li qallbu dak li kien fadal mill-għamara, sabu lill-anzjana mitluq fl-art kważi mirduma bid-demm għadu ħiereġ minn rasha. Kien xokk kbir, b'mod speċjali għal Maria li rat lil ommha mejta. Il-bomba kienet għal Spettur tal-Pulizija Kif ġriet l-aħbar tal-bomba u li kien hemm persuna mejta, marru fuq il-post il-Pulizija foshtom il-Kummissarju ta' dak iż-żmien, Alfred Calleja u l-Assistent Kummissarju George Grech flimkien mal- eks-Spettur Nicholas Ciappara. Bil-qtil kien informat ukoll il- Maġistrat tal-Għassa, Dr Carol Peralta li mexxa l-inkjesta. Fost l-esperti li nħatru kien hemm il-Kurunell Albert Camilleri li dak iż-żmien kien għadu fir- rank ta' Maġġur. L-ewwel teżi li mxew fuqha l-Pulizija kienet li l-bomba saret b'konnessjoni ma' mħatri fuq tiġrijiet taż-żwiemel peress li Francis Casha kellu żiemel tat-tiġrija. Wara aktar stħarriġ l-investigaturi biddlu t-triq li kienu ħadu fil-bidu u rriżulta li min poġġa l-bomba ried Mill-Qorti Ġiegħlet mara ddaħħal eroina f 'banana fil-ħabs PRIĠUNIERA li ġiet "istituzzjonalizata" fil-ħabs ta' Kordin ħatja li ġiegħlet żewġ nisa sabiex idaħħlulha l-eroina billi jpoġġuha f 'banana. Elaine Rapinett, ta' 30 sena mill-Gżira, li ilha l-ħabs għal dawn l-aħħar sitt snin, instabet ħatja li ġiegħlet lil Charlotte Vella u Juanita Grech sabiex idaħħlulha żewġ grammi ta' eroina fil-ħabs nhar is-26 ta' Jannar tal-2007. Il-Qorti semgħet kif dakinhar, uffiċjali tal-ħabs sabu tubu tal-kartun mimli eroina f 'banana li kienet daħħlet Grech. Għall-bidu, Grech qalet li dan kien għal priġuniera oħra, iżda Rapinett amettiet li hi kienet ġiegħlet lil Grech sabiex iddaħhal id- droga fil-ħabs u lil Vella sabiex tissupplixxi d-droga. Għall-fini tal-piena, il-Qorti kkunsidrat li Rapinett għandha kondotta kkulurita u tinkludi diversi kundanni dwar serq, droga u anke frodi. Minkejja li Rapinett m'għadhiex tabbuża mid-droga, il-Qorti kkundannata ħdax-il xahar ħabs u ġiet immultata €850. Intant, infermiera li kienet taħdem fil-ħabs ta' Kordin ġiet ikkundannata 18-il xahar ħabs wara li nstabet ħatja li fost l-oħrajn, daħħlet id-droga fil- ħabs wara li kienet ħbietha fil- parti privata tagħha. Jacqueline Depasquele, ta' 47 sena mill- Ħamrun, instabet ħatja wkoll li ttraffikat tmien grammi eroina u li kienet fil-pussess tad-droga kannabis f 'ċirkostanzi li ma kinux għall-użu personali tagħha. Il-każ imur lura għat-2 ta' Diċembru 2009, meta Depasquele, li dak iż-żmien kienet taħdem bħala nfermiera fil-ħabs, instabet fil-pussess ta' diversi tipi ta' sustanzi, fosthom eroina, kannabis, u diversi pilloli. Hija kienet ħbiet tliet qratas ta' kannabis fil-parti intima tagħha u għamlet dan għaliex il-paga tagħha ma kinitx qed isserviha u li mhux għax kellha problema tad-droga. Wara li qieset dan, il-Qorti kkundannat lil Depasquele għal 18-il xahar ħabs u multa ta' €1,200. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Il-kamra fejn kienet rieqda Giovanna Bartolo Qtil ta' anzjana innoċenti fl-1990 f 'Ħal X'aktarx li l-bomba John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt