Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 | illum 9 jagħmel ħsara, jew joqtol, uffiċjal tal-Pulizija li dak iż- żmien kien spettur u li kien għamel xi snin fit-Taqsima ta' Kontra d-Droga. B'hekk il-Pulizija jemmnu li min ried joqtol, jew iqiegħed il-ħajja tal-ispettur fil-periklu, kien bagħat persuni oħrajn u mhux eskluż li meta fil- jiem ta' qabel staqsew fejn joqgħod "pulizija" f 'dik it-triq, jista' jkun li ndikawlhom fejn joqgħod George u mhux l-ispettur u b'hekk poġġew il-bomba mad-dar tal-familja Casha. Konnessjoni ma' qtil ieħor? F'Mejju tas-sena l-oħra kont ippubblikajt l-omiċidju mhux solvut ta' Joe Borg li kellu 30 sena li nqatel fid- 29 ta' Settembru 1990 meta kien xogħol bħala għassies fil-fabbrika tal-għaġin f 'Ħal Qormi. Dan il-qtil seħħ sitt ġimgħat qabel ma nqatlet l-anzjana. Parti mill-artiklu jgħid hekk "Mhux magħruf jekk fil-fatt il- ħallelin kinux marru għall-flus li kien hemm fis-safe jew kienx hemm xi ħaġa oħra li s-sidien tal-kumpanija lanqas kienu konxji u li setgħet tpoġġiet hemm minn xi ħadd minn ġewwa. Is-sorsi kienu jemmnu li dawn setgħu tqabbdu minn persuni oħrajn li kienu jafu li kien hemm xi ħaġa fis-safe li allegatament iddaħħlet mal-konsenja tad-dqiq, li l-istess sorsi għadhom jisħqu li d-diretturi tal-kumpanija setgħu ma kinux konxji." Minn aktar stħarriġ li għamilt ma' sorsi li kienu qrib l-investigazzjonijiet taż- żewġ omiċidji, dawn qaluli li l-Pulizija qatt ma kienu eskludew il-fatt li fil-każ ta' Joe Borg, li bħal Giovanna Bartolo nqatel innoċentament, min daħal fil-fabbrika ma kellux l-intenzjoni li jisraq il-flus mis-safe, imma daħal għax xi ħadd kien poġġa xi ħaġa oħra fis-safe li allegatament kienet droga li faċilment iddaħħlet ma' xkejjer tad-dqiq. "Mhux eskluż li min għamel il-bomba mad-dar tal-familja Casha li qatlet lill-anzjana, ried ipattiha lil dak l-ispettur li b'xi mod seta' jsir jaf kollox waqt l-investigazzjonijiet, jew ħasbu li kien jaf ħafna dwar il-każ tal-qtil ta' Borg", saħaq wieħed mis-sorsi. It-tip ta' bomba Il-bomba tpoġġiet fuq l-għatba tal-bieb u li kellha miċċa twila biżżejjed biex il-kriminali jkollhom ħin biżżejjed biex jilħqu jitilqu minn fuq il-post mingħajr la jweġġgħu huma u lanqas issirilhom xi ħsara fil-vettura li marru biha u b'hekk setgħu b'xi mod jinqabdu. Fil-fatt il- miċċa kienet twassal kważi sa nofs it-triq. Minn stħarriġ jirriżulta li l-isplussiv li ntuża kien l-istess tip li jintuża fix- xogħol pirotekniku, jew kif inhu magħruf bħala dak li jintuża għan-nar tal-festi. Irriżulta wkoll il-bomba kienet magħmula minn taħlita ta' putassa u kubrit fejn aktar kienet tikkonsisti minn putassa milli kubrit. Ma kinitx bomba żgħira tant li kien ġie stabbilit li l-bomba kienet ta' madwar kilo u nofs ta' materjal splussiv. Dan il-materjal tpoġġa f 'kontenitur magħmul minn kartun oħxon u marbut sew bi spag, simili ħafna għal murtal tal-festi. Probabbli li l-kontenitur kien ta' madwar sitt pulzieri. Kien stabbilit li l-bomba ma kinitx tat-tip magħruf mill- esperti bħala high explosive għax kieku kien jirrifletti fuq il-katavru tal-vittma meta fil-fatt l-anzjana sofriet ġrieħi biss f 'rasha minkejja li kienet madwar metru 'l bogħod minn fejn tpoġġiet il-bomba. Il-Kurunell Albert Camilleri biex spjega d-differenza bejn high explosive u low explosive, mingħajr ma daħal fil-mertu ta' dan il-każ partikolari, huwa qal li filwaqt li high explosive jikkawża ħsarat ferm akbar għax itajjar ma' kullimkien, jew aħjar shattering effect, il-low explosive jimbutta dak li jsib quddiemu. Fil-fatt fil-każ ta' dan l-omiċidju l-bieb, l-għamara u s-sodda bl-anzjana b'kollox sfaw imbuttati 'l ġewwa lejn il-kċina. Minkejja dan xorta waħda l-bomba kienet waħda vjolenti. Ħsarat fid-dar u anke f 'vetturi Barra l-ħsarat estensivi fil-kamra fejn kienet rieqda Giovanna, il-bomba kkawżat ħsarat kbar fil-bieb ta' barra u ħsarat strutturali f 'diversi kmamar. Anke djar tal-ġirien sa madwar 50 metru 'l bogħod ġarrbu xi ħsarat fl-aperturi kif ukoll inkiser xi ħġieġ. Fit-triq kien hemm tliet vetturi li ġarrbu ħsarat fost dawn xarabank ta' Mario Mifsud mill-Imġarr li dak il-ħin kienet taħt ir- responsabbilità tax-xufier Spiru Muscat. Żewġ karozzi oħrajn ukoll intlaqtu – Toyota ta' Edward Cachia u Fiat 127 ta' Michael Belizzi. Iż-żewġ karozzi kienu pparkjati wara xulxin mal-ġenb tal-kappella dedikata lil Santa Katerina filwaqt li x-xarabank kienet fuq in-naħa ta' barra fuq ix-xellug taż-żewġ karozzi bit- tliet vetturi jħarsu lejn l-isqaq. Arrestati xi persuni Persuni jiftakru li ftit tal-ħin qabel ma splodiet il-bomba li qatlet lil Bartolo kienu semgħu ħoss ta' karozza tinsaq b'veloċità eċċessiva. Ingħad li l-Pulizija kienu anke ngħataw deskrizzjoni tal-vettura imma mhux in- numru tar-reġistrazzjoni. B'din l-informazzjoni l-Pulizija kienu għamlu xi arresti fosthom raġel li dak iż-żmien kellu iktar minn 40 sena flimkien ma' ieħor iżgħar fl-età. Rapporti li kienu dehru fil-mezzi tax- xandir kienu qalu li ftit snin wara dan il-qtil wieħed mis- suspettati kien miet filwaqt li l-ieħor x'aktarx li kien qatta' perjodu l-Ħabs ta' Kordin fuq reati differenti. Nifhmu li l-Pulizija kienu elevaw il-vettura suspettuża, iżda qatt ma kien irriżulta xejn tant li l-persuni suspettati kienu nħelsu u anke l-vettura ngħatat lura. Snin wara li Giovanna Bartolo nqatlet, bosta kienu esprimew diżappunt dwar kif kienu qed jitmexxew l-investigazzjonijiet. Fost dawk li esprimew id- diżappunt pubblikament kien hemm, Frank Bartolo, wieħed minn ulied Giovanna. F'ittra li bagħat mill-Kanada lil wieħed mill-ġurnali lokali u li kienet ippubblikata kważi għaxar snin wara l-qtil ta' ommu, Frank Bartolo qal li qatt ma ra investigazzjoni negliġenti mill-Pulizija f 'ħajtu kollha. Huwa kompla jgħid li ħadd qatt ma qal xejn lil tal-familja u għal dawn l-aħħar għaxar snin (dak iż- żmien li kiteb l-ittra) tħalla fid-dlam, ittemm tgħid l-ittra ta' Frank Bartolo. Qraba ta' Giovanna Bartolo li nġabru fit-triq jippruvaw jifhmu għaliex tpoġġiet il-bomba Il-faċċata tad-dar fejn inqatlet l-anzjana 'Ħal Qormi l-bomba tpoġġiet ma' dar b'oħra Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Appell Ritratti: Arkivji Nazzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015