Illum previous editions

illum 11 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/444530

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2015 Mis-sensiela Omiċidji Mhux Solvuti 34 każ ippubblikat Ġiġi r-"Rizzu" – 19 ta' Novembru 1996 Il-qtil ta' Fathi Shqaqi – 26 ta' Ottubru 1995 Il-qtil ta' Joseph Baldacchino – 23 ta' Novembru 2010 Il-qtil tal-accountant Lino Cauchi – 15 ta' Frar 1982 ILKAŻ ta' Ġiġi r-"Rizzu", li ismu propja kien Louis Galea, ta' 42 sena mir-Rabat, Għawdex għadu sal-lum fuq fomm ħafna Għawdxin. Ġiġi nqatel b'żewġ tiri fuq in-naħa ta' wara ta' rasu sparati mill-qrib u l-katavru tiegħu ntefa' f 'bir f 'Wied il-Għasri limiti taż-Żebbuġ u nstab 50 ġurnata wara fid-9 ta' Jannar 1997. Li kieku ma kienx għal xi ħadd li l-Erbgħa, 8 ta' Jannar 1997 żvela fejn seta' jinstab il- katavru ta' Galea waqt qrara, kieku l-katavru baqa' qatt ma nstab. Kien hemm min qal li din il-persuna ma semmitx lil Ġiġi b'ismu waqt il-qrara imma li fil-post fejn indikat kien hemm persuna mejta. Il-Pulizija jemmnu li l-mottiv wara dan il-qtil kien in-negozju tal-kaxxi tal- logħob. ILQTIL ta' Fathi Shqaqi, li kien il-Kap u l-Fundatur tal-Moviment Islamiku Jihad huwa meqjus bħala l-uniku att terroristiku li seħħ s'issa hawn Malta. Il-qtil ta' Shqaqi seħħ nhar il-Ħamis, 26 ta' Ottubru 1995 fis-1.15pm quddiem il-Lukanda Diplomat fi Triq it-Torri f 'Tas- Sliema. Dan il-qtil kien ilu ppjanat li jsir f 'Malta minn ħames snin qabel. Il-qattiela li ntbagħtu Malta biex iwettqu dan ir-reat kellhom l-informazzjoni kollha dwar il-passi ta' Shqaqi. Kienu jafu l-isem li kien qed juża, Dr Ibrahim Ali A. Shawesh, kien falz u minkejja li dakinhar kien liebes parrokka xorta waħda kienu bdew isegwuh minn kmieni filgħodu. Shqaqi kien miexi fuq il-bankina, wara li mar jixtri xi affarijiet fosthom rigali għat-tfal. Kif wasal quddiem id- Diplomat, resqu lejh bil-mutur u dak li kien riekeb fuq wara spara sitt tiri. Shqaqi ntlaqat f 'moħħu u fuq wara ta' rasu u miet mill-ewwel fuq il-bankina fejn spiċċa wiċċu 'l isfel f 'għadira demm. JOSEPH Baldacchino ta' 51 sena miż-Żurrieq, li kien joqgħod Ħ'Attard, kien għadu kif wasal il- Belt peress li kellu seduta fil-Qorti. Kien ftit qabel id-9am li Baldacchino wasal fil-kapitali u baqa' sejjer lejn Triq il-Mitħna fejn ipparkja l-karozza tiegħu, Toyota Land Cruiser fil-parkeġġ tal-House of Four Winds. Kif kien għadu fil-parkeġġ Baldacchino ġibed l-attenzjoni ta' sewwieq ta' mutur u qallu li pjanċa bin-numru tal-mutur kien waqagħlu fl-art. Is-sewwieq tal-mutur għamillu sinjal b'rasu li kien fehmu u ħalla lil Baldacchino jkompli miexi. Kif għamel ftit passi l-qattiel resaq minn warajh bil-mutur u s-sewwieq niżżel iż-żipp tal-ġakketta, ħareġ pistola u spara tir ta' kalibru .22mm f 'dahar Baldacchino. Joseph Baldacchino kien għamel aktar minn xahar jissielet għal ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei. Fil-fatt huwa ġie ċċertifikat mejjet nhar it-Tnejn, 27 ta' Diċembru 2010 għall-ħabta ta' 11.40pm mingħajr qatt ma ġie f 'tiegħu. LAĦĦAR darba li Lino Cauchi deher ħaj kien nhar it-Tnejn, 15 ta' Frar, 1982 meta martu Anna ratu ħiereġ mid-dar fis-1.30pm. Tliet snin u disa' xhur wara nstabu fdalijiet tiegħu f 'bir fil-Buskett fil-post magħruf bħala "Il-Bosk", limiti tal-Girgenti. Kollox kien jindika li Cauchi nħataf minn xi persuni x'aktarx minn ħdejn id-dar tiegħu f 'Santa Venera. Fil-fatt meta Anna ttawlet u rat il-karozza, għalkemm ratha stramba kif Lino ma kienx ipparkja l-karozza bħas-soltu fid-drive-in, ħasbet li forsi ltaqa' ma' xi ħadd u mar miegħu mingħajr ma daħal jgħidilha. Iżda jidher li Lino kien twaqqaf qabel daħal fid-drive-in tad-dar biex jevitaw li tinduna martu u nħataf minn xi persuni. Kien raġel li xi jiem qabel kien mar jaħsel il-karozza tiegħu l-Buskett li ssuspetta li fil-bir minn fejn kien se jtella' l-ilma li kien hemm xi ħaġa stramba. Sitt snin wara li Lino Cauchi kien irrapportat nieqes u tliet snin wara li kienu nstabu l-fdalijiet imqatta' biċċiet fil-Buskett, il-Pulizija waslu biex identifikaw li l-fdalijiet kienu ta' Cauchi. Dan kien possibli bl-għajnuna ta' esperti barranin u laboratorju speċjalizzat fl-Awstralja li l-Pulizija rriżultalha li l-fdalijiet kienu dawk ta' Lino Cauchi. Minn Marzu tas-sena l-oħra kull nhar ta' Ħadd ippubblikajna stejjer dwar omiċidji li s'issa għadhom mhux solvuti. B'kollox diġà ppubblikajna 34 każ fejn uħud minnhom dehru f 'żewġ jew tliet partijiet. Dawn huma wħud mill-istejjer li dehru fis-sensiela Omiċidji Mhux Solvuti. Il-fdalijiet ta' Cauchi nstabu f'bir il-buskett Josef Baldacchino Fathi Shqaqi Il-katavru ta' Shqaqi mitluq mal-art Ġiġi r-Rizzu Il-katavru nstab f'bir f'Wied il-Għasri John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 January 2015