Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 26 ta' April 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 52 21 23 16 4 3 60 14 CHEMIMART City Gate Pharmacy, City Gate, Valletta COSMED Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun PINTO Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Qormi ST. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara TONY'S Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Gżira PEMBROKE Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke CHEMIMART Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema ST. Michael Pharmacy, Misraħ tat- Transfigurazzjoni, Lija TATTARĠA Pharmacy, Plot No. 2, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta ST. Paul's Bay Pharmacy, 504, Triq il- Kbira, San Pawl il-Baħar STA. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il-Kot- tonera, Birgu ST. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelli- ka, Żabbar BLOSSOMS Pharmacy, Triq il-Gur- gier, Birżebbuġa CHRYSANTHEMUM Pharmacy, Triq San Nikola, Qrendi SPIŻERIJA Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ ST. Anthony Pharmacy, 18, Triq il- Kbira, Rabat BATU Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria VELLA Pharmacy, 15, Triq 13 ta' Dicembru, Nadur L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 14˚ Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Lvant forza 4 li jdur mix-Xlokk u jsir forza 5 mal-lejl BAĦAR: Moderat IMBATT: Baxx mil-Lvant L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 16 Ċ TEMP: Sabiħ bi sħab għoli VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Xlokk forza 5 għal 6 li jsir Majjistral forza 4 għal 5 filgħaxija u jsir forza 5 għal 6 mal-lejl BAĦAR: Qawwi IMBATT: Ftit li xejn li jsir baxx mix-Xlokk Il-wasla ta' 24 katavru f 'Malta . . . Saru diversi testijiet fil- kamra mortwarja qabel id-difna – Chris Fearne WAQT li żar u rringrazzja lill-ħaddiema fil-kamra mortwarja u l-patoloġija fl-isptar Mater Dei, is- Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne, qal li fit-traġedja umana li laqtet lil pajjiżna fl-aħħar jiem kien hawn ħafna ħaddiema Maltin li kienu qegħdin jaħdmu minn wara l-kwinti. Fearne qal li l-pożizzjoni ta' Malta bħala pajjiż fl- aħħar jiem ħarġet ċara. Huwa stess tkellem dwar dan fil-Health Council f 'Latvja, il-Prim Ministru fi Brussell u anke lbieraħ fil-Parlament. "Meta jiġru dawn id-diżgrazzji dejjem ikollna nies minn tagħna jaħdmu f 'diversi oqsma. Fost dawn hemm l-Armata, is-Servizzi t'Emerġenza u wara hawnhekk fil-kamra mortwarja, fejn isiru t-testijiet neċessarji qabel issir id-difna." Is-Segretarju Parlamentari spjega li parti mix-xogħol ta' dan id-dipartiment hija li jittieħdu kampjuni neċessarji biex tkun tista' ssir identifikazzjoni. Fost oħrajn kull katavru meta jidħol fil-kamra mortwarja jittieħdulu ritratti ta' wiċċu u ta' xi tpenġija li jista' jkollu. Jittieħdu wkoll anke notamenti ta' xi marki oħra li jkollu l-katavru u li jistgħu jwasslu għall-identifikazzjoni. Jittieħdu wkoll kampjuni tad- DNA għal dan il-għan ukoll. "X'ħin sirna nafu bil- wasla f 'pajjiżna ta' numru ta' katavri, il-Ħadd filgħaxija, ikkuntatjat lin- nies li jaħdmu hawnhekk. Ħaddiema li bħalma għamlu f 'okkażjonijiet oħra qamu għall-okkażżjoni. Ħaddiema li f 'qasir żmien b'dedikazzjoni, b'delikatezza u b'dinjità, waslu biex l-immigranti li tilfu ħajjithom fl-ibħra madwarna jkunu jistgħu jindifnu," qal Chris Fearne filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f 'din it-taqsima tal- isptar. Kaċċatur jitressaq il-Qorti wara li laqat żagħżugħ biċ-ċomb DAVID Galea, kaċċatur ta' 33 sena wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba konrtih fil-Qorti lbieraħ. Galea kien akkużat quddiem il- maġistrat Gabriella Vella li minbarra li kkawża feriti ta' natura ħfief fuq Mark Van Leeuwen għaliex laqtu biċ-ċomb mill-arma tan-nar tiegħu, ħebb għaż-żagħżugħ u heddu. Iż-żagħżugħ ta' 16-il sena kellu jittieħed l-isptar wara li ntlaqat minn ċomb li ġie sparat mill-kaċċatur, kmieni il-ġimgħa filgħodu għall-ħabta tas-sebgħa fl-inħawi ta' Pembroke. Galea, li jaħdem f 'confectionery f 'Birkirkara ġie akkużat ukoll li hu riċediv. Hu ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u ntalab iħallas depożitu ta' €300 u garanzija personali ta' €2,000 biex joħroġ b'libertà proviżorja. L-avukati Yanika Camilleri u Vincent Micallef dehru għall- akkużat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015