Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 26 ta' April 2015 I l-Familja Holland ilha magħrufa snin twal l- logħba tal-futbol fejn il-okk aħdar dejjem iddomina fuq din il-familja, il-okk tal-klabb Furjaniż. Ma' Nigel qatt ma ltqajt bħala plejer tal-futbol bħal ħutu, iżda magħruf li dejjem kien -amministrazzjoni f 'xi tip ta' kumitat l-Floriana. Tant li għal 41 sena sħaħ, Nigel Holland dejjem okkupa xi kariga f 'xi kumitat l-Floriana. Beda -1974 l-Floriana Youth Club, l-basketball u l-festa fost ħafna oħrajn. Għall-ewwel darba wara 41 sena, Nigel spiċċa barra minn kull organizazzjoni l- Floriana. Li Nigel falla li jitla' fil-kunsill hu fattur mhux tas-soltu. Jista' jkun li ġara xi ħaġa min-naħa tal- partiti politiċi li waqqaflu l-mixja tiegħu fil-Kunsill Lokali wara 17-il sena? "Ifhimni, kważi dejjem tlajt bil-ħniena," beda jgħidli Nigel, "il-fattur li konna żewġ kandidati indipendenti naħseb li tellifna lil xulxin u bqajna barra t-tnejn, anke jekk darba konna tlajna t-tnejn li aħna. Flimkien ġibna 19% tal-voti u din id-darba, fejn is-soltu meta jaqa' hu l-voti tiegħu kienu kważi jaqgħu kollha fuqi, din id-darba nqasmu eżatt fuqi, fuq kandidat tal-PL u ieħor tal-PN." "Il-partiti m'għamlu xejn differenti milli dejjem għamlu. Kull elezzjoni jagħtuha tema nazzjonali favur tagħhom. Din id-darba jkolli nammetti li billi kien hemm it-tema tal-kaċċa fejn fil-Floriana din ma tagħmilx differenza wisq, emmint li se jkun pożittiv għalija, iżda ma kienx il-każ. "Anke l-fatt li jien imsemmi li ma nitgħawwiġx biex nagħmel pjaċiri, wkoll m'għenix biex nirbaħ aktar voti." Mistoqsi jekk ħadhiex bi kbira li spiċċa ma telax, Nigel qalli li meta wieħed jagħżel li joħroġ indipendenti jrid ikun ippreparat li mhux se jitla', "għax il-poplu Malti hu affetwat ħafna mill- politika partiġġjana. Anke kelma waħda minn kap ta' partit jaffetwa referenda. Kont jien li għażilt it-triq iebsa tal-indipendenti anke jekk ħafna qaluli biex nagħżel partit. Iżda jien mhux bniedem ta' xi partit jew ieħor. U li kienu għażilt partit jew ieħor, ma kontx inkun komdu għalkemm ċert li kieku kont nitla' żgur u qed ngħid hekk mhux għax prużuntuż, iżda għax hi loġika. "Ma ħadtiex bi kbira iżda dispjaċut, mhux għax tlift l-elezzjoni iżda għax kont deċiż li noħroġ tal- aħħar għax xtaqt nagħmel ftit snin oħra nikontribwixxi għall-Floriana." Nigel Holland għandu mħabba kbira lejn il-Floriana, "Il-Floriana hi s-sieħba tiegħi. Kull relazzjoni tintemm, sew dik ta' mħabba, kif ukoll ta' xogħol u ta' ħbiberija iżda r-relazzjoni tiegħi mal-Floriana tmut miegħi. Il-Floriana tiġi l-ewwel għalija u binti biss tiġi qabel." Staqsejtu jekk jintalab jgħin jaċċettax jew le, "Irrid nara ftit. Wara 41 sena f 'kumitati u 17-il sena fil-kunsill, se nieħu pawża. Mhux se ngħaġġel fl-ebda inizjattiva. Irrid nara x'se nagħmel b'ħajti. Mhux se tkun faċli għalija, anke mil-lat emottiv hi diffiċli wara daqstant snin." Tlabt lil Nigel jgħidli jekk barra l-Floriana, qattx kellu xi partit f 'qalbu, "Ma nħossnix bniedem ta' partit. L-ambjent tad-dar ma kienx Nigel Holland għandu 56 sena u missier Lorna ta' 18-il sena. Jaħdem bħala Senior Assistant Librarian -Università ta' Malta. Kien sindku tal-Floriana -aħħar erba' leġislaturi u kunsillier -ewwel leġislatura. Wara 17-il sena l-Kunsill Lokali tal- Floriana, spiċċa ma telax -aħħar elezzjoni. "Li kellna sindku indipendenti kienet tiddistingwina minn kulħadd" John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Il-vot hu tal-poplu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015