Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 26 ta' April 2015 | illum 17 ISSA li għaddew l-elezzjonijiet lokali u majnat it-tensjoni u l-partiġġjaniżmu li huma karatteristiċi ta' kull kampanja elettorali, ikun tajjeb li wieħed janalizza b'moħħ miftuħ dak li ġara u jibda jaħseb għal li ġej. Kuntest Biex analiżi tkun serja u komprensiva, wieħed irid l-ewwel ipoġġi dawn l-elezzjonijiet f 'kuntest. Meta l-istess elezzjonijiet saru fl-2012, konna biss ftit xhur bogħod mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 – żmien fejn nistgħu ngħidu li fil-pajjiż kienet bdiet il- kampanja elettorali mhux uffiċjalment, kif ukoll f 'perjodu meta l-gvern Nazzjonalista kien qisu ras maqtugħa jzappap sabiex jasal sal-aħħar tal-legiżlatura u l-popolarità tiegħu kienet fl-iktar livell baxx. Din id-darba l-elezzjonijiet saru sentejn wara rebħa enormi tal-Partit Laburista fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali. Għalkemm hemm minn jgħid li għadu kmieni wisq biex jingħata ġudizzju dwar l-operat tal-Gvern, wieħed ma jistax jinnega li ċertu setturi u oqsma għamlu avvanzi kbar filwaqt li oħrajn waqgħu lura. Il-maġġoranza kbira li jgawdi l-Gvern fil- kamra tar-rappreżentanti, id-distakk li jidher li għadu jeżisti bejn iż-żewġ partiti ewlenin u l-fatt li fadal madwar tliet snin sal- Elezzjoni Ġenerali li jmiss, żgur li wassal biex numru ta' nies ma kinux interessati f 'dawn l-elezzjonijiet (forsi għax ma jemmnux fil- Kunsilli Lokali) jew inkella użaw il-vot sabiex iwasslu messaġġ. Qed ngħid hekk mhux biss għaliex hemm minn kibritlu rasu (mhux biss fost id-Deputati kif forsi jaħsbu ħafna), iżda anki għaliex f 'lokalitajiet partikolari kien hemm minn ivvota b'ċertu mod jew saħansitra ma vvutax għaliex iħoss li deputat mid-distrett qed jirsisti iktar għal lokalità oħra minflok il-lokalità tiegħu. Wieħed lanqas irid jinsa li f 'elezzjonijiet simili u b'mod speċjali fl-irħula ż-żgħar, ħafna jivvutaw għal persuna mil-lokal anki jekk tkun qed tikkontesta ma' partit ieħor jew bħala indipendenti. Għalhekk, f 'dawn l-elezzjonijiet hemm ħafna iktar probabbiltà ta' voti personali li jistgħu b'xi mod jimpinġu fuq ir-riżultat finali. B'hekk għalkemm dawn kienu elezzjonijiet lokali, tajjeb jew ħażin, dawn il-fatturi kollha (u minn jaf kemm iktar) affettwaw in-numru ta' nies li vvutaw u kif ivvutaw, ma vvutawx jew ħassru l-vot. Partiġġjaniżmu a skapitu ta' realtà Matul il-kampanja ftit li xejn smajna jew kien hemm diskors dwar kif, issa wara iktar minn għoxrin sena mit-twaqqif tal-kunsilli lokali, nistgħu nsaħħu l-operat tagħhom sabiex isiru iktar proattivi, trasparenti, kontabbli u fuq kollox ikunu ta' ġid għar-residenti u l-komunità tagħhom. B'mod sfortunat, il-ftit li ntqal fuq l-operat tal-kunsilli ffoka biss fuq kemm saru jew ma sarux toroq u bankini f 'ċertu lokalitajiet fejn il- maġġoranza kienet għadha fil-bilanċ. Inħoss li ż-żewġ partiti ewlenin daħlu għal din il- kampanja bil-ħsieb li jiffukaw fuq l-aspett nazzjonali iktar minn dak lokali, bil-Gvern ifakkar dak li għamel fl- ewwel sentejn tiegħu u l-Oppożizzjoni tisħaq primarjament fuq in-nuqqas ta' trasparenza u governanza tajba fl-amministrazzjoni. Nemmen li din l-istrateġija iktar kienet taqbel għall- Gvern għaliex filwaqt li ffoka fuq u enfasizza l-bosta inizjattivi u proġetti li qed iwettaq, seta' jpoġġi fil-ġenb l-operat fqir tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Min-naħa l-oħra, rajt lill-Partit Nazzjonalista jipprova jbiddel l-istrateġija tiegħu lejn l-aħħar tal- kampanja (nassumi wara li kkunsidraw is-sondaġġi) fejn beda jipprova jiffoka aktar fuq l-aspett lokali. Madankollu, għadni nħoss li l-PN mhuwiex daqstant komdu meta jitkellem fuq il-kunsilli. Nasal natribwixxi din l-iskumdità għal diversi fatturi, fosthom li fl-aħħar legiżlatura, r-responsabbiltà tal-kunsilli għaddiet minn taħt tliet membri tal-Kabinett differenti bl-importanza li ngħataw dejjem tonqos iktar; l-iżmantellar u l-konfużjoni organizzata ġewwa d-Dipartiment tal- Gvern Lokali permezz ta' ħatriet partiġġjani, żgur mhux frott il-meritokrazija jew il-kompetenza; kif ukoll il-bosta każijiet li faqqgħu l-iktar f 'kunsilli bi tmexxija Nazzjonalista u kawżi oħrajn li għadhom qed jinstemgħu fil-Qorti. Mezzi alternattivi ta' dħul Il-kunsilli għandhom bżonn ikunu innovattivi u jiġu mgħejuna sabiex ikunu jistgħu jikkreaw dħul finanzjarju ieħor għalihom u ma jibqgħux dipendenti fuq l-allokazzjoni finanzjarja ta' kull sena mill-Gvern Ċentrali. Dan tal-aħħar irid jara li, kemm jista' jkun, jimxi bl-istess kejl mal-lokalitajiet kollha u jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni jew favoritiżmu. Għandhom jiġu studjati bir- reqqa u diskussi b'mod matur diversi ideat kif dan jista' jsir mingħajr ebda żieda fit-taxxi bħal, per eżempju, li: a) Parti mill-miżata tal- liċenżji tal-karozzi jibdew jgħaddu għand il- kunsilli. Dan ikun ġust ladarba l-kunsilli huma responsabbli mit-toroq residenzjali. b) Parti mill-VAT iġġenerat ġewwa l-lokal jibda jgħaddi għand il-kunsilli. Dan jinċentiva lill- kunsilli sabiex jaraw li mhux biss it-taxxa dovuta qiedgħa tinġabar iżda, iktar minn hekk, jagħti inċentiv biex tiġi kkreata u titkattar l-attività kummerċjali. c) Parti mil-liċenżji tal- ħwienet fil-lokal jgħaddi għand il-kunsill. Wara kollox, dawn il-ħwienet u l-klijenti tagħhom jagħmlu użu mill- infrastruttura tal-lokal sabiex, skont il-każ jipprovdu jew jużaw is- servizz. Wieħed irid jiftakar u jifhem li dak li qed jiġi propost li jibda jgħaddi għand il-kunsilli bħalissa qed imur għand il-Gvern Ċentrali u l-awtoritajiet tiegħu. Naturalment ħadd ma jieħu gost iċedi ammont ta' flus. Li hu żgur huwa li s-sitwazzjoni prezenti m'hijiex waħda sostenibbli u vijabbli. Għalhekk, it-tlett partiti politiċi flimkien mal- partijiet interessati li huma involuti u li jaħdmu fil- qasam tal-kunsilli ta' kuljum, għandhom bżonn jkun ipoġġu madwar mejda malajr kemm jista' u b'mod serju, miftuħ u sinċier lil 'hinn mill-politika partiġġjana jiddiskutu l-futur tal-Kunsilli Lokali f 'pajjiżna u l-irwol li rriduhom jokkupaw fis- soċjetà tagħna. Ir-riżultati ta' dawn l-elezzjonijiet ikkonfermaw li l-proċess ta' tiġdid fost is-sindki u l-kunsilliera li jmexxu l-lokalitajiet tagħna qiegħed iseħħ b'rata pjuttost b'saħħitha u b'mod naturali permezz tal-għażliet li jagħmlu r-residenti. Issa hemm bżonn li jkun hemm proċess ta' tiġdid fl-operat, fil-funzjonijiet u fil-finanzjament tal-kunsilli lokali. Dan il-proċess huwa wieħed importanti ħafna u hemm bżonn li jinbeda llum qabel għada. Dr Marc Sant hu Avukat u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Kif Naħsibha MARC SANT Riflessjonijiet Nhar it-Tnejn fid-8.40pm fuq TVM2 b'ripetizzjoni fuq TVM fl-9.45pm Għada fid-8.40pm fuq TVM2 b'ripetizzjoni fuq TVM fl-9.45pm Il-Partit Nazzjonalista jitlef l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali iżda l-Kap tal-Partit Simon Busuttil joħroġ jiċċelebra u jgħid li naqqas id- distakk bejn il-partit tiegħu fl-oppożizzjoni u l-Partit Laburista fil-gvern. SIMON BUSUTTIL ILMISTIEDEN EWLIENI F'REPORTER

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015