Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318
30 illum Il-Ħadd 26 ta' April 2015 SPORTSillum Wirja qalbiena mhux bizzejjed għall-Maltin Malta .....................20 Svizzera .................23 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT WIRJA qalbiena ma kinitx bizzejjed għat-tim nazzjonali tar-rugby, biex jimpedixxi li jisfa' megħlub mit-tim nazzjonali b'saħħtu tal-Iżvizzera, fejn tajjeb ngħidu li ħafna mill- plejers fi ħdanu jilagħbu fil-Kampjonat Nazzjonali tar-Rugby ġewwa Franza. Il-kowċ ta' Malta Damian Neill kellu l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni tiegħu. Rebħa kienet tkun ferm importanti għall-Maltin, biex jaspiraw li jgħaddu għad-Diviżjoni 1B, hekk kif bħalissa jinsabu involuti fid-Diviżjoni 2A. Iżda sfortunatament, ma kellux jiġri hekk, hekk kif mill- bidu tal-logħba bdiet tidher is-supremazija tal-Iżvizzeri, mingħajr ma nneħħu xejn mill-mertu tal-plejers Maltin. Kienu l-Iżvizzeri li fetħu vantaġġ komdu ta' 0-6 permezz ta' penalty u drop goal. Ftit wara huma kkonvertew try biex għamlu l-iskor 0-13 favurihom. L-Iżvizzeri komplew jiddominaw u minuti wara għamlu l-iskor 0-18 favurihom, għalkemm naqsu milli jikkonvertu try. Malta rrispondew tajjeb u mmedajtament wara huma naqqsu l-marġini tal-iskor u għamlu l-iskor iktar rispettabbli, jiġifieri 7-18, wara li kuntrarju għall-Iżvizzeri, rnexxielhom jikkonvertu try. Il-Maltin bdew jikkontrollaw tajjeb lill- avversarji u rebħu penalty li minnu għamlu l-iskor 10-18, biex b'dan l-iskor intemmet l-ewwel taqsima. L-Iżvizzeri għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari fil-ftuħ tat- tieni taqsima u komplew ikabbru l-marġini tal-iskor hekk kif għamluhom 10-23 favurihom, għalkemm naqsu li jikkonvertu try. Malta kienu ferm tajbin fl- aħħar nofs siegħa tal-logħba, u wara try ta' Domenic Busuttil, l-aqwa plejer tal-Maltin, James O'Brien ikkonverta. Malta komplew juru logħob ferm tajjeb u ddominaw l-aħħar 10 minuti tal-logħba, fejn bdew juru logħob tassew eċċezzjonali. Dan ġie rifless f 'rebħ ta' aktar punti, hekk kif lejn l-aħħar mumenti tal-logħba, is-solitu James O'Brien ikkonverta drop goal biex naqqas id-distakk mill- Iżvizzeri għal biss 3 punti. Iżda dan ma kellux ikun bizzejjed, hekk kif l-Iżvizzera rebħu din il-logħba bl-iskor ta' 23-20. Manchester City jitilgħu waħedhom t-tieni post MANCHESTER City telgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika b'67 punt meta ġewwa darhom fl-Etihad Stadium, kisbu rebħa tajba ta' 3-2 kontra Aston Villa, bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Sergio Aguero, Aleksandar Kolarov u Fernandinho. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls fil-logħba għal Aston Villa waslu minn Tom Cleverley u Carlos Sanchez fit-68 u l-85 minuta rispettivament. Madankollu, huma ma tantx jistgħu jserrħu rashom, hekk kif għalkemm jinsabu fit-tieni post, huma għandhom żewġ logħbiet iktar minn Arsenal u logħba iktar minn Manchester United li jinsabu fit-tielet u r-raba' post rispettivament. Southampton u Tottenham Hotspur temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2, biż-żewġ gowls għas-Saints jaslu minn doppjetta tal-internazzjonali Taljan Graziano Pellè, waqt li l-iskorers għall-iSpurs kienu Erik Lamela u Nacer Chadli. Newcastle United ġewwa darhom f 'St James Park sofrew telfa ferm diżappuntanti ta' 3-2 kontra Swansea City biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Ayoze u Siem de Jong. Min-naħa l-oħra t-tliet gowls għal Swansea City li swewlhom tliet punti prezzjużi waslu minn Nelson Oliveira, Gylfi Sigurdsson u Jack Cork. Stoke City u Sunderland temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta'1-1 bil-gowl għal Stoke City jasal minn Charlie Adam fis-27 minuta waqt li kienu s-Saints li fetħu l-iskor permezz ta' Connor Wickham wara biss żewġ minuti logħob. Hull City barra minn darhom kisbu rebħa prezzjuża kontra Crystal Palace biż-żewġ gowls għat-Tigers jaslu minn doppjetta ta' Dame N'Doye fil-51 u fid-90 minuta rispettivament. Daqstant ieħor prezzjuża kienet ir-rebħa minima li kisbu Leicester City barra minn darhom kontra Burnley, bil-gowl uniku għalihom jasal minn Jamie Vardy fil-50 minuta. Tajjeb ngħidu li Burnley fallew penalty mogħti minn Matthew Taylor fid-59 minuta. Iż-żewġ konfronti bejn QPR u West Ham United u WBA u Liverpool intemmew bl-iskor identiku ta' 0-0. Intant, fil-Kampjonat Taljan, Serie A TIM, kompa l-istaġun mill-iktar diżastruż għal AC Milan meta huma barra minn darhom sofrew telfa ta' 2-1 kontra Udinese, biż-żewġ gowls għall-Friulani jaslu minn Giampiero Pinzi u Emmanuel Agyemang- Madu fit-58 u fil-75 minuta rispettivament. AC Milan naqqsu l-marġni tal- iskor meta kien tard wisq, eżattament fit-88 minuta, permezz tal-attakkant veteran, Giampaolo Pazzini. Sergio Aguero jifraħ wara li skorja l-ewwel gowl minn 3 għal Manchester City wara biss 3 minuti logħob