Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 26 ta' April 2015 | illum 15 politiku u ħlief fuq futbol qatt ma tkellimna fid-dar. Tant hu hekk li dejjem kont nivvota differenti għax mhux obbligat lejn partit jew ieħor. Il-vot hu tiegħi u mhux ta' xi partit partikolari. U dan hu li jweġġgħani u ma nifhimx il-loġika tiegħu, fejn kien hemm ħafna nies li kienu japprezzaw ix-xogħol tiegħi fil- Floriana u meta jkellmuni jgħiduli li ma jaqblux li l-partiti jdaħħlu l-politika partiġġjana fil-Kunsilli Lokali, u fin-nifs ta' wara jgħidulek li se jivvutaw għall-kandidati tal- partit tagħhom għax hekk ikun qalilhom il-mexxej tagħhom u waqt li jgħiduli li ma jarawx il-Floriana mingħajri, ma jivvutawlix. "Il-poplu qed jibdel il-mentalità tiegħu iżda għadu wisq 'il bogħod. Il-poplu jrid jifhem li l-vot hu tiegħu u tal-ebda partit. Mhux talli hekk, talli fil-festa ta' San Publiju ġew ikellmuni nies bid-dmugħ f 'għajnejhom fejn fosthom kien hemm min xtaq jivvutali iżda jkunu vvutaw skont x'qalilhom il-partit tagħhom." Nigel Holland meta jitkellem fuq il-Floriana bħal speċi jkun qed jitkellem fuq il-maħbuba tiegħu, "Ilni żmien nikteb l-istorja tiegħi vis-à-vis il-Floriana. Issa forsi hu ż-żmien opportun li nippublikaha. Semmejtha 'Il-Furjana/Floriana, s-Sieħba ta' Ħajti'. Oliver Friggieri fi ktieb tiegħu kiteb hekk dwari, 'Il- ħabib tiegħi Nigel li ddedika ħajtu għall-Floriana'. Ma' Oliver kellna argumenti kbar dwar jekk wieħed għandux jgħid Furjana jew Floriana. Jien minn meta kont tifel, dejjem ktibt Floriana għax dak l-isem uffiċċjali, iżda meta l-kelma Furjana tintuża meta mitkellma." Nigel Holland irnexxielu wkoll jibdel l-istemma tal-lokal minn dik li kien tahom il-Gvern meta saru l-Kunsilli Lokali. Bħalma kien hu li introduċa l-festeġġjamenti tal-aħħar tas-sena fejn kienu daħlu magħhom il-Belt Valletta u wara, l-istess membri tal-Kunsill kienu vvutaw li joħorġu barra minn dawn il-festeġġjamenti. Ħafna jgħidu li l-Floriana hu pajjiż li qed imut u hawn Nigel ma qabilx miegħi sa barra għax qalli li anke jekk ħafna nies telqu milli jkomplu jgħixu hemm iżda xorta baqgħu dejjem hemm fejn jidħlu attivitajiet fil-Floriana. "Il-Furjaniżi dejjem jirritornaw lura anke jekk hemm fosthom li jgħidu li ma jridux jgħixu hemm iżda baqgħu iħobbu dak kollu li hu tal-Floriana, bħall- festa u l-futbol. Il-popolazzjoni madwar il-Port il-Kbir dejjem nieżla għax hemm ċaqliq demografiku u emorraġija naturali. Iżda dan qed naħdmu biex inwaqqfuh. Ħdimna biex nagħmlu l-proġetti tal-housing f 'Balzunetta u ħdejn il-Kappuċċini u din kienet prijorità għalina għax aħna rridu komunità ħajja għaliex in-nies huma aktar importanti mill- attivitajiet u t-tiżjin. "Hi ħasra li ħafna Furjaniżi ma jarawx il-vantaġġ li hemm li tgħix ġol-Floriana. Għandek trasport pubbliku dirett għal kull pajjiż f 'Malta, għandek ħafna ġonna mill- isbaħ li jħarsu lejn il-Port-il Kbir, ċentru tas-saħħa u pass bogħod mill-belt kapitali. Qed jiġi apprezzat mill-ħafna barranin li qed jiġu jgħixu hawn u mhux mill-familji Furjaniżi." Għal dawn l-aħħar disa' snin, fil- festa ta' San Publiju isir il-festival tal-logħob tan-nar tal-art u dan naħseb li sar biex il-kumitat tal- festi jiffranka l-ispejjeż tan-nar għall-festa. "Kienet idea tiegħi u fil-bidu hekk ħsibt iżda għarrali. Per eżempju, il-festival ta' din is- sena fejn ħadu sehem 13-il kamra tan-nar lill-Kunsill swietu €16,000, b'70% minnhom imorru għal spejjeż anċillari (bħal barriers, pulizija eċċ). Iżda tal-inqas tgħolli l-livell tal-festa tal-patrun u l-kumitat tal-festi ma joħroġ xejn." Id-diskors reġa' waqa' fuq il- Kunsilli Lokali fejn qalli li hu ma jaqbilx ma' sindki jew kunsilliera li ma jkunux jgħixu fil-lokalità, "Hemm ċirkostanzi li persuna ma jkollux kontroll fuqha iżda qed nitkellem għal dawk li jistgħu jaffordjaw li jibqgħu jgħixu fil- lokalità u jitilqu għax dan ifisser nuqqas ta' fiduċja fil-lokalità. Fil-fatt din id-darba hemm il- maġġoranza tal-kunsilliera li ma jgħixux fil-Floriana fejn lanqas ivvutaw għalihom infushom għax il-vot tagħhom mhux qiegħed fuq il-Floriana." Huma l-ħafna li jgħidu li ma jaqblux li fil-Kunsilli Lokali għandhom jidħlu l-partiti politiċi, "ħafna jgorru għall-politika u fl-istess ħin iħossuhom obbligati għall-politika. Kemm ilni jien, qatt ma ħadna deċiżjonijiet li kien fihom kontenut politiku u fil- kunsilli f 'Malta ma jkunx hemm dċiżjonijiet politiċi u għalhekk, ma nafx għalfejn jidħlu l-partiti fihom. Il-partiti iżda jgħinu biex aktar nies joħorġu jivvutaw għax huma jimmobilizzaw il-vot. Hawn nies validissimi li jistgħu jagħtu kontribut lil-lokalità u ma joħorġux għall-kunsilli għax ma jkunux iridu jintrabtu ma' xi partit jew ieħor. Il-Partiti saru jridu jinfluwenzaw wisq lill-poplu u ħadu post il-knisja tal-passat. "L-akbar dispjaċir tiegħi kien li aħna konna l-uniċi lokalità li kellna sindku indipendenti li kienet tiddistingwina minn kulħadd. Tlifna identità tagħna biss u issa diffiċli nerġgħu nakkwistawha." Mistoqsi jekk jerġax joħroġ għal Kunsilli oħra, Nigel qal li hu għandu demm Ingliż fih (billi nannuh kien Ingliż), "ngħix fil- mument u ma noqgħodx naħseb x'jista jiġri fil-futur iżda le, ma noħroġx iżjed għal Kunsill." Qabel infridna ma stajtx ma nistaqsihx xi ħaġa dwar il-pika bejn il-Belt Valletta u l-Floriana, "il- pika hemm qiegħda. Iżda fil-piki jridu jinżammu l-perspettivi għax pika qawwija ġġib il-mibgħeda u jien nobgħod il-mibgħeda. Iżda jkolli nammetti li rebħa fuq il-ġirien fil-futbol tinżilli għasel." U hawn fakkartu li ilu ma jduq l-għasel għax ilu ħafna li l-Floriana jirbħu lil Valletta. Bid-daħka wieġeb, "ħafna Furjaniżi jgħidu li l-aħħar rebħ tat-trophy tefagħna fi problemi finanzjarji kbar, iżda jien ngħid li dik il-ġurnata kienet importanti ħafna għax ġabitilna unur minn fuq il-ġirien u tatni sodisfazzjon kbir. Qed niċċajta, iżda l-pika sportiva bejnietna tibqa' dejjem." "Ma ħadtiex bi kbira iżda dispjaċut għax il-Furjana hi s-sieħba ta' ħajti" tal-poplu mhux tal-partiti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015