Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 26 ta' April 2015 | illum 11 tas-sindki l-ġodda Sindki f 'isem il- Partit Laburista Sarah Agius – Ħaż-Żebbuġ Il-prijoritajiet tiegħi bħala Sindku se jkunu mibnija fuq il-prijoritajiet li verament jixtiequ r-residenti. Għalkemm ma nistgħux inwiegħdu l-mirakli, ser inwiegħed biss ħaġa waħda, dik li nkun onestà maż- Żebbuġin u ma nwiegħedx affarijiet li ma jkunux jistgħu isiru. Ser naħdem sabiex nimmassimiżaw l-użu tal-Fondi Ewropej sabiex inkomplu nsaħħu l-infrastruttura fil-lokal. Se naħdem flimkien ma sħabi l-kunsilliera kollha sabiex it- toroq tal-lokal speċjalment f ' ċertu żoni ta' Ħaż-Żebbuġ jingħataw l-attenzjoni mixtieqa. L-indafa u l-upkeeping tal-lokal se jkunu wkoll prijorità għalija matul dawn l-erba' snin li ġejjin. Se nara li bħala sindku ninvolvi lil kulħadd f 'din il-ħidma, huwa għalhekk li bħala sindku, matul dawn l-erba' snin, se norganizza numru ta' laqgħat ta' konsultazzjoni mar- residenti Żebbuġin sabiex b' umiltà nisma lil kullħadd u nkompli nibni l-prijoritajiet tagħna bħala Kunsill fuq il-prijoritajiet veri taż- Żebbuġin. Joseph Casha – L-Isla Bhala sindku nixtieq li jkun hemm għaqda bejnietna bħala kunsilliera għall-futur f 'ġieħ il-belt tal-Isla. Hemm xi problemi li jridu jiġu indirizzati bħal asfalt u dehra ġdida f 'xi toroq u d-dehra ġenerali tal-lokal. Kevin Barun – Birżebbuġa Bħala lokalità, se nkunu qed nagħfsu ħafna fuq il- fondi Ewropej u nitkellmu mal-Gvern ċentrali biex inkunu nistgħu nwettqu diversi proġetti bħall-bypass ta' Birżebbuġa u l-proġetti tal-Qajjenza. Il-port ħieles, għalina huwa dejjem sfida għaliex għalkemm irridu naħdmu magħhom, ma rridux li jkun hemm detriment għall-ħajja tar-residenti. Ovvjament, bħala kunsill se nkunu qed naħdmu flimkien għall-ġid tar-resident fil-lokalità. Davina Sammut Hili – Il- Furjana Bla dubju ta' xejn se nkun viċin ir-residenti u bħala ħidma irridu niffukaw fuq il-porblema tal- parkeġġ għar-residenti u l-problema tal-housing bi djar magħluqin u battala biex nerġgħu nqajmu l-Furjana, fost il-proġetti infrastrutturali tas-soltu bħal-toroq u bankini. Kunsill huwa wieħed u trid taħdem id f 'id mal- kunsilliera l-oħra għall-ġid tal-lokalità. Conrad Borg Manchè –Il- Gżira Bħala sindku, irrid nara l-ewwel nett li niġbor kollox biex nipprijoritizza u naħseb li jrid isir dan biex tkun taf x'għandhom ikunu l-prijoritajiet li trid taħdem fuqhom. Għalhekk se nkunu qed inqassmu questionnaire biex inkunu nafu x'inhuma l-problemi tan-nies u b'hekk inkunu nistgħu nippjanaw għall-erba' snin li ġejjin. Bħala xogħol mal- kunsilliera l-oħra, tkun trid tqabbel il-kunsilliera mad-dekasteru li jkun se jingħatalhom, u waqt li tkun għaddej bil-ħidma bħala sindku, tkun tista' taħdem mal-kunsilliera rispettivi. Christian Sammut – Il- Ħamrun Bħala sindku se nkun qed naħdem biex it-talenti kollha tal-Ħamruniżi jiġu utilizzati u biex nerġgħu nagħmlu lill-Ħamrun dak li kien fil-passat. Hemm ħafna sfidi u rridu naħdmu biex dawn l-isfidi nibdluhom f 'opportunitajiet għall-ġid tar-residenti u l-lokalità. Carmen Said –Il-Munxar L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil kulħadd tal-fiduċja li wrew fija waqt li nwiegħed li bil-ħidma tiegħi, inkun sindku tal- Munxarin kollha. Nistennew li bħala Kunsill naħdmu flimkien, il-kunsilliera kollha miż-żewġ naħat għall-ġid tal-lokalità. Irridu nkomplu naħdmu minn fejn ħalla l-Kunsill ta' qabel u nkomplu nżidu max-xogħol li diġà sar. Dan biex nippruvaw immexxu l-lokalità tal-Munxar u x-Xlendi bl-aħjar mod. Irridu wkoll nagħmlu ħilitna biex ix-Xlendi jkun f 'pożizzjoni aħjar. Nistennew ukoll bħala kunsill li n-nies tal-lokal, ifittxu aktar il-Kunsill fejn ikollhom bżonn, sabiex aħna nkunu nistgħu ngħinuhom. Terence Agius – Ħal- Kirkop Nixtieq l-ewwel nett nirringrazzja lil dawk kollha li għoġobhom ituni l-fiduċja biex inkun nista' mmexxi r-raħal ta' Ħal- Kirkop. Il-ħidma tiegħi tibda billi nkompli fuq ix-xogħol li tħalla mill- kunsill preċedenti taħt it-tmexxija tas-Sur Charlie Calleja sabiex inkomplu fuq it-tajjeb li nbeda. Fil-jiem li ġejjin se ningħataw il- ħatra uffiċjali filwaqt li diġà bdew il-preparamenti għal 'Irkotta Fest' bħalma dejjem saret fis-snin li għaddew u nkunu nistgħu nibdew immexxu sabiex tkun ta' suċċess. Filwaqt li naraw il- bżonnijiet tan-nies u nimxu flimkien fid-deċiżjonijiet bħala kunsill magħqud. Dominic Grima – Raħal Ġdid Il-ħidma fil-Kunsill trid tkun bħala tim wieħed biex jitwettaq dak kollu li hemm bżonn għar- residenti. Bħala lokalità, Raħal Ġdid mhux biss residenzjali imma huwa post ta' servizz għan-nofsinhar ta' Malta. Fost il-proġetti li se nkomplu naħdmu fuqhom hemm il-proġett tal-pjazza li l-Gvern għoġbu jiffinanzjah wara li konna l-ewwel Kunsill Lokali li involvejna direttament lin- nies tal-lokal fl-għażla tal- pjanti għal dan il-proġett. Ovvjament, dan minbarra x-xogħlijiet infrastrutturali regolari fil-lokalità bħal toroq u ġonna bħal f 'Wied Blandun. Johan Mula – Ħal-Safi Bħala viċi sindku f 'dawn l-aħħar 3 snin, konna attivi ħafna f 'diversi attivitajiet u waqqafna wkoll xi kumitati. Fil-Kunsill nemmen ħafna fuq is-sussidjarjetà, li l-Kunsill ma jdurx mas- sindku. Għalhekk inħoss li għandhom ikunu iktar inklussivi kemm mal- għaqdiet tal-lokal u mal- individwi, u dan l-element nixtieq inkompli ndaħħlu f 'dawn is-snin li ġejjin. F'dawn is-snin nixtieq li niffukaw iktar fuq l-ambjent, b'iktar edukazzjoni anke fuq is- separazzjoni tal-iskart u inkomplu nżidu t-tagħlim permezz ta' korsijiet, fost l-oħrajn. Huwa importanti ħafna li ninvolvu lir-resident fejn irriduh li jkun parti mill-attivitajiet u mid- deċiżjonijiet li nkunu qed nieħdu, partikolarment meta jinvolvu lir-resident direttament. Ovvjament, dak kollu li jsir fil-Kunsill, għandu jkun trasparenti u dejjem tinstema' aktar il- vuċi tar-resident. Għalkemm ippruvajna diversi drabi nagħmlu kuntatt mas-sindki Sandro Azzopardi ta' Ħad- Dingli u Horace Gauci ta' Marsaxlokk, ma rnexxilniex nieħdu kumment mingħandhom. Se nkunu Kunsill Lokali li jaħdem biex l-isforz ikun wieħed kollettiv u mhux ta' maġġoranza u minoranza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015