Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 26 ta' April 2015 | illum 35 SPORTSillum logħba ma' Melita FC kollox biex forsi nerġgħu ikollna esperjenza oħra fil-Kampjonat BOV Premier li tkun aħjar minn dik ta' sentejn ilu. Kellek xi mument ta' diżappunt fost dawn il-200 logħba bil-flokk ta' Melita FC? Mument ta' diżappunt fost dawn il-200 logħba kien dak meta tlifna l-'promotion decider' kontra Mosta fis-sena 2011 biex nitilgħu Premier. Kien staġun sorpriża għalina fejn ma konniex qed nistennew li niġġieldu għall-promozzjoni u allura kienet sena tajba għalina. Iżda xorta la konna wasalna daqshekk viċin il- promozzjoni, it-telfa weġġgħetna. Liema kien l-isbaħ perjodu kemm ilek tilgħab mal-Melita? Naħseb li l-isbaħ perjodu kemm ili nilgħab mal-Melita kien fis-sena 2010. Dik kienet l-ewwel sena ta' Martin Gregory bħala kowċ tal-kbar u Neil Zarb Cousin bħala assistent kowċ tal-kbar u kowċ tal-minors. Niftakar li fl-aħħar xahar tal-istaġun konna qegħdin niċċelebraw kull tmiem il-ġimgħa għax konna rbaħna erbgħa minn erba' unuri bejn it-tim tal-kbar u l-minors, li dak iż-żmien kont nilgħab miegħu ukoll. Mal- minors irbaħna l-Kampjonat ta' Section B u n-"Knock-out" Trophy. Mal-kbar ħadna l-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni u erġajna rbaħna n-"knock-out" tat-tieni u t-tielet diviżjoni. Melita kienu wkoll sifruna Ayia Napa f 'Ċipru fis-sajf bħala rigal għal dawn is-suċċessi. Bħala captain xi tħoss li huwa l-irwol tiegħek ma' Melita FC? Inħoss li issa għandi rwol importanti fit-tim fejn nista' ngħin lill-plejers iż-żgħar jagħmlu l-qabża għal mal-ewwel tim u jtejbu l-livell personali tal-logħba tagħhom. Huma għandhom il-fortuna, kif kelli jien, li ta' età żgħira jibdew jilagħbu mat- tim tal-kbar peressli Melita jagħtu l-prijorità lit-tfal tagħhom stess fejn forsi fi klabbs oħra, dawn iż- żgħażagħ idumu iżjed biex jagħmlu din il-qabża jew qatt ma tiġihom din l-opportunità u jbiddlu t-tim. Kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek mal-Melita? L-esperjenza tiegħi mal-Melita hija mimlija mumenti sbieħ fejn nikkunsidra ruħi xxurtjat li qiegħed ġo klabb li jilgħab il-logħba għall- imħabba lejn dan l-isport u fl-istess ħin qegħdin nikkompetu fl-ogħla livelli tal-futbol Malti b'ħafna plejers żgħażagħ tal-klabb stess. Mhix ħaġa faċli li nlaħħaq bejn ix-xogħol, il- futbol u l-ħajja soċjali imma dejjem sibt il-klabb jgħinni biex ma jtellifnix mix-xogħol tiegħi fejn anki dan l-aħħar qiegħed nitlef xi logħob minħabba s-safar relatat max-xogħol. Iżda s-sagrifiċċji li għamilt matul dan iż-żmien sarrafthom f 'memorji sbieħ, fejn għamilt ħafna ħbieb kbar. Inħossni kburi ħafna li lgħabt 200 logħba ma' dan il-klabb li tant għandi għal qalbi. Huwa l-captain ta' Melita FC. Is-Sibt 24 ta' Jannar 2015 kien mument speċjali għalih fejn irnexxielu nikseb it-tragward ta' 200 logħba mal-klabb tal-Melita. Beda jilgħab n-nursery tal-klabb ta' Melita FC -età ta' 6 snin u dejjem xtaq li xi darba jsir plejer importanti ħdan il-klabb kif kienu missieru, Peter u ħutu, Michael u Simon. Għamel id-debutt tiegħu ma' Melita FC dan iż-żmien 10 snin ilu, -istaġun 2005/2006 -età ta' 16-il sena. Melita FC kienu t-tieni diviżjoni u kellhom logħba kontra Gżira United. Jiftakar li ma kienx se jibda mal-ewwel 11 iżda plejer weġġa' l-"warming up" u beda l-logħba minoku. Ma setax kellu debutt aħjar għax Melita FC rebħu bl- iskor kbir ta' 6-1 u skorja gowl ukoll f'din il-logħba. Isostni li l-isbaħ perjodu kemm ilu jilgħab mal-Melita kien s-sena 2010. Julian Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015