Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 26 ta' April 2015 | illum 31 SPORTSillum "Kien hemm min qalli li issa għandi ċertu età u mhux possibli li jinvestu ja" – Antonella Chouhal NHAR is-Sibt 18 ta' Marzu, matul l-Athletics Challenge 3 Meeting fit-Trakka Matthew Micallef St John, Antonella Chouhal reġgħet kissret ir-rekord nazzjonali tal-hammer throw li kien tagħha stess b'distanza ta' 39.33m. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' din l-atleta nnifisha fejn tatna iktar dettalji rigward dan it- tragward uniku fil-karriera mill-aqwa tagħha f 'din id- dixxiplina tal-atletika. Hija saħqet li "L-aħħar sentejn kienu sentejn diffiċli imma nħares lura ma nbiddel xejn. Biddilt il-kowċ tiegħi u bdejt nittrenja mal-kowċ u r-raġel tiegħi, Rachid Chouhal. Biddilna s-sistema kollha tat-taħriġ u għalhekk kien hemm mumenti diffiċli iżda b'determinazzjoni kbira ma qtajtx qalbi u issa l-affarijiet qegħdin jiġu f 'posthom. Għalkemm din is-sena sibt ħafna ostakli, fosthom kien hemm min qalli li issa għandi ċertu età u mhux possibli li jinvestu fija, nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex ngħidilhom li mhux l-età tagħmlek atleta imma d-dixxiplina u d-determinazzjoni li jkollok. L-atletika tifforma parti integrali mill-ħajja tiegħi u biex ngħidlek il-verità kultant nobgħodha, imma fl-istess ħin din hi parti integrali mill-ħajja tiegħi, apparti li għandi r-raġel atleta, it-tifla tiegħi Sarah ukoll tittrenja u qiegħda fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport, jiġifieri żgur li ma nistax fl-ebda ħin nitbiegħed minnha! Fuq kollox l-emozzjoni li atleta jħoss meta jikseb rekord personali jew nazzjonali, hi emozzjoni li ebda mod ma tista tiddiskreviha għax dak is-sagrifiċċju kollu li tkun għamilt joħroġ il-frott tiegħu. L-atletika hija dak li aħna - l-atletika hija ħajti. B'dan ir-riżultat ukoll ikkwalifikajt għal-Logħob Ewropew li se jsir f 'Baku fl-Azerbaijan, f 'Ġunju li ġej. L-uniku dispjacir li għandi huwa dak li fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar, dan l-event mhux se jsir. Biex nikkonkludi nixtieq nirringrazzja l-ewwel nett lill-kowċ u lir-raġel tiegħi, Rachid Chouhal, lill-familja tiegħi speċjalment lil uliedi, Sarah u Kareem, lit-tim tat-taħriġ tiegħi, lil Go&Fun għall-isponsor tiegħi, lil Malta Amateur Athletic Association kif ukoll lill- Kumitat Olimpiku Malti," temmet tgħid Antonella Chouhal. Antonella Chouhal waqt it-tefa' tal-hammer fejn nhar is-Sibt 18 ta' Marzu, kisret ir-rekord nazzjonali Ritratt: Francis Darmanin Photography Illum issir l-Enduro f 'San Lawrenz, Għawdex NHAR il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' kienet impennjata b'żewġ attivitajiet bl-involviment ta' tliet sezzjonijiet. Fil- Kumpless Sportiv tal- Assocjazzjoni f 'Ta'Qali giet organizzat l-għaxar attività mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2014/15 bis- sehem tas-sezzjoni Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross. Fl-istess ħin l-Assoċjazzjoni organizzat il-ħames attività tal-istaġun bil-muturi Trials fil- barriera Tarġiet Għomor, Limiti tan-Naxxar. Ħarsa lejn l-attività bis- sezzjoni Trials fejn fil-klassi A rajna lil Damon Bonello fuq mutur Gas Gas ikompli jiddomina din il-klassi fejn reġa' spiċċa r-rebbieħ tal- ġurnata segwit minn Robert Caruana fuq mutur Gas Gas. Fit-tielet post spiċċa Gary Debono fuq mutur Sherco. Il-Klassi B kienet iddominata minn Joseph Scicluna fuq mutur Gas Gas fejn ghal darb'oħra dan spiċċa rebaħ din il- klassi b'vantaġġ sostanzjali. Scicluna kien segwit min ħuh Ian, fuq mutur Gas Gas filwaqt li Manuel Camilleri fuq mutur Gas Gas ukoll għalaq il-ġurnata fit-tielet post. L-attivtà f 'Ta' Qali kienet waħda impenjattiva ħafna fejn 36 kompetitur ħadu sehem fl-Autocross u Motocross. Fis-sezzjoni Autocross rajna lill Christian Galea fuq Fiat Ritmo u Philip Vella fuq Opel Corsa jiddominaw u rebħu l-heats kollha tal-ġurnata fejn awtomatikament ħadu posthom fil-finali Klassi A. Magħhom ikkwalifikaw Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova, Malcom Borg fuq Opel Corsa, Vince Farrugia fuq Volkswagen Fox u Noel Zammit fuq Fiat Punto. Mat-tluq tal-finali A, rajna ħruġ tajjeb min Vella u Galea fejn sa l-ewwel kantuniera Vella ħa t-tmun tat-tiġrija segwit minn Galea u Zammit. Ftit sekondi wara l-ewwel dawra Vella u Galea inqatghu ghalihom u komplew il-finali tagħhom jissieltu wara xulxin b'vantaġġ marġinali bejniethom. L-attenzjoni kienet ukoll fuq Zammit li kellu pressjoni minn Farrugia u Pisani sakemm ftit wara t-tielet dawra Farrugia rnexxielu jissuppera lil Zammit u dan tal-aħħar kien is-superat minn Pisani ftit qabel is- sitt dawra. Il-finali spiċċat b'Vella jirbaħ segwit minn Galea u Farrugia. Fir-raba' post daħal Pisani segwit fil- ħames post minn Zammit. Għall-finali Klassi B ikkwalifikaw Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Noel Vella fuq Ford Escort, Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Guzi Pace fuq Ford Escort u Kieth Borg fuq Vauxhall Nova. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Camilleri, Borg u Martin jagħmlu ħruġ tajjeb b'Camilleri jieħu t-tmun segwit minn Borg u Martin. L-ordni kompliet b'Vella, Pace u Grech. L-attenzjoni mill-ewwel marret fuq Vella li kien segwit minn Pace u Grech fejn azzjoni anti- sportiva minn Grech fuq Vella ħalliet lil dan tal-aħħar meqlub fuq ġenbu bir-referi tal-ġurnata jieħu azzjoni billi ssospenda lil Grech mill-kumplament tal-finali tal-ġurnata li iktar tard din spiċċat b'Camilleri jirbaħ il- Klassi B segwit minn Borg u Martin. Fir-raba' post spiċċa Pace segwit minn Vella fil- ħames post. Fil-Finali Klassi Standard rajna starting line kompost minn Johann Vella fuq Opel Corsa, Deane Farrugia fuq Citroen AX u Joseph Vella fuq Ford Fiesta. Mat- tluq rajna lil Johann Vella jagħmel ħruġ tajjeb tant li mill-ewwel ħa t-tmun tat-tiġrija segwit minn Joseph Vella u Farrugia. Dan tal-aħħar ġibed l-attenzjoni fejn mill-aħħar post irnexxielu jissupera lil żewġ kompetituri f 'din il-finali fejn ir-riżultat spiċċa b'Farrugia jirbaħ għal darb'oħra segwit minn Joseph Vella u fit-tielet post spiċċa Johann Vella. Fis-sezzjoni Motocross fejn isiru żewġ tiġrijiet ta' 20 minuta xorta rajna lil Clayton Camilleri jiddefendi l-ewwel post fil-klassifika tal-kampjonat. Clayton fuq KTM rebaħ il-Klassi A quddiem Trevor Muscat fuq Honda u quddiem Edward Ciantar fuq Kawasaki. Fi Klassi B li hija wkoll ferm kumbattuta minn sewwieqa ta' età diversa, intrebħet minn Ludvic Muscat fuq KTM. Adam Sultana u Julian Abela rebħu t-tieni u t-tielet postijiet. Intant, illum, l-Assoċjazzjoni se tkun parti mill-ewwel programm ta' tmiem il-ġimgħa sportiv f 'Għawdex. Dan huwa mtella' mill-Gozo Sports Board. L-ASMK se tkun qed torganizza attività bil-muturi Enduro li se ssir fil-barriera tal-Għansar, f 'San Lawrenz. L-attività qed issir bl-għajnuna tal-Gozo Sports Board u l-Ministeru għal Għawdex, li dejjem ta l-appoġġ lil dawn l-attivitajiet tal-ASMK, li jikkontribwixxu bis-sħiħ fit-turiżmu sportiv bejn iż-żewġ gżejjer. L-attività bil-muturi f 'Għawdex tibda fl-10am. Intant, ħarsa lejn il- klassifika Enduro naraw li wara erba' tiġrijiet insibu taqtigħa interessanti f 'din il- klassifika. James Zahra fuq mutur Yamaha qed jillidja l-klassfika b'74 punt. Dan huwa segwit minn Matthew Gauci fuq mutur KTM b'57 punt. Fit-tielet post insibu lil Joseph Scicluna fuq mutur Honda bi 53 punt waqt li fir-raba' post insibu lil Alex Sant Fornier fuq mutur KTM b'51 punt. Xi postijiet jistgħu jinbidlu fit-tiġrija li jmiss. Din it-tiġrija Enduro hija miftuħa wkoll għal sewwieqa Għawdxin. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is- sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, www.asmk. org.mt, jew fuq is-sit soċjali Facebook bil-paġni 'A.S.M.K. Malta' jew 'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi'.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015