Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 26 ta' April 2015 CHRISTA BOFFA cboffa@mediatoday.com.mt Kemm ilek fil-mezzi tax- xandir? Din is-sena għalaqt 10 snin! Kif bdejt? Kont għamilt audition għall- kor ta' Xarabank u ntagħżilt. Minn hemm bdejt nieħu idea ta' xi jseħħ wara l-kwinti ta' programm televiżiv. Dak iż- żmien kont moħħi biex insir avukat, iżda rrealizzajt li din il-linja togħġobni - u nibtet ħolma u passjoni. X'jogħġbok l-iżjed dwar id- dinja tal-ispettaklu? Probabbilment il-fatt li nħossha xi ħaġa naturali għalija - bħallikieku m'jien qed nagħmel xejn speċjali u għalhekk inħossni daqshekk komda f 'dan il-qasam. X'tippreferi - tippreżenta jew tkanta? Għaliex? Nippreferi nippreżenta milli nkanta. Ngħidlek għaliex. Fejn tidħol il-mużika ma nqisx lili nnifsi sempliċiment bħala kantanta - imma peress li nikteb il-kanzunetti tiegħi stess inħossni aktar komda meta nesibixxi ruħi bħala kantawtriċi. Nemmen li bħala kantawtriċi, il-kontribut tiegħi għax-xena mużikali lokali huwa ta' valur akbar milli kieku kelli nkun biss kantanta. X'inhi l-inspirazzjoni tiegħek wara d-diski li tikteb? L-ispirazzjoni tiegħi hija l-ħajja ta' kuljum, l-esperjenzi ta' individwi hekk meqjusa 'komuni' iżda li fis-sempliċità tagħhom jirrakkontaw ħafna dwar il-ħajja tagħna, il-karattru tagħna bħala Maltin u l-mod kif naħsbu u ngħixu. Il-kanzunetti tiegħi jippreżentaw realtà li xi kultant tweġġa' u ddarras, b'mod poetiku. X'irwol tixtieq li jkollhom fil- ħajja ta' min jismagħhom? Il-kanzunetti tiegħi ma jinkitbux bi skop. Inkitbu sempliċiment bħala frott tal-bżonn li nesprimi l-ħsus ġewwinija tiegħi u tad-dinja soġġettiva tiegħi. Nemmen li l-arti vera dejjem tibda bħala espressjoni - imbagħad huwa min qed iġarrabha u jesperjenzaha li jagħtiha skop. Dan mhuwiex xogħol l-artist. L-aktar mument ħelu li esperjenzajt permezz ta' din il-karriera? Ikolli nammetti li l-mumenti ħelwin ma jonqsux - speċjalment minħabba li qed niġi mistiedna minn bosta skejjel biex inwassal il-mużika tiegħi lit-tfal u l-istudenti. Darba minnhom niftakar li kont kantajt 'Fid-Dar tan-Nanna' fi skola partikolari u tifla ċkejkna ta' xi ħames snin ġiet fuqi mħassba u inkwetata u qaltli: "issa la waqgħet id-dar tan-nanna, int m'għandekx fejn torqod?" Ġurnata tipika għalik x'inhi? Corazon min hi meta mhix quddiem il-kamera? Ma tantx nista' nagħtik eżempju ta' ġurnata tipika għaliex jiena miniex persuna tar-rutina. Kull ġurnata hija differenti minn ta' qabilha, għalkemm dejjem mimlija sa snienha. Corazon mhix wisq differenti wara l-kamera minn quddiem il-kamera bħala karattru. Kien hemm min ġieli rrimarkali li quddiem il-kamera nidher persuna kalma u ggalbata ħafna mentri fil-verità qisni molla nipprova nlaħħaq ma' kollox. Ta' kuljum nipprova niekol tajjeb u nagħmel l-eżerċizzju. Dawn iż-żewġ affarijiet huma importanti ħafna għalija - għaliex jekk inħossni f 'saħħti, inkun kapaċi negħleb l-ostakli kollha li ġġib magħha l-ġurnata. Xi rwol għandha l-politika f 'ħajtek? Bħalissa ftit li xejn. Għalkemm insegwi ħafna dak li jkun qed jiġri kemm Malta u kemm fix-xena internazzjonali u għalkemm jien persuna opinjonata ħafna fejn tidħol il-politika, nieħu gost insegwi bħala spettatriċi mingħajr ma nidħol wisq fil- polemika partiġġjana. U r-reliġjon? Nemmen għalija, u nagħmel dak li nħoss huwa l-aħjar mal-kuxjenza tiegħi. Mingħajr ħafna daqq ta' trombi. Kemm hu importanti l-mod ta' kif tidher għalik? Mhux biżżejjed biex insejjaħ lili nnifsi 'vanituża' imma fix-xena li naħdem fiha jien huwa importanti li tidher sew. Id-dehra għalija hija forma ta' arti u ħafna drabi nużaha bħala mezz ta' espressjoni wkoll. X'inhu l-aħjar parir li qatt ingħatajt? Dan l-aħħar imprenditur kbir f 'Malta qalli: 'kuljum aħdem ftit u orqod'. Dan ifisser li wieħed m'għandux jistenna li jibla' d-dinja f 'ġurnata. Kuljum tagħmel dak li tiflaħ, u importanti li fl-aħħar tal-ġurnata tkun qiegħed f 'postok mal-kuxjenza - u meta tpoġġi rasek fuq l-imħadda jirnexxilek torqod b'serenità. Il-kuntentizza għalik x'inhi? Il-kuntentizza hija ħaġa waħda mal-gratitudini. Meta titgħallem tapprezza l-affarijiet li għandek, u tħossok grat għalihom. L-ambizzjoni sabiħa imma min dejjem jixtieq aktar, aktar, aktar qatt ma jista' jkun kuntent. Malta xi tfisser għalik? Inħossni marbuta ħafna ma' din il-gżira u r-raġuni mhix loġika imma sentimentali. Jiena persuna li nagħti valur kbir lill-passat, lill-għeruq u l-għeruq tiegħi hawn qegħdin u dak li huwa tiegħi, inħobbu aktar minn dak li hu barrani. Għandek xi pjanijiet għal futur? Iva, ħafna li kieku nibda lanqas nieqaf. Jiena persuna ħalliema ħafna - u l-ħolm s'issa dejjem ħdimt ħafna biex wettaqtu. Xewqa kbira tiegħi hija li naħdem fuq it-tieni album ta' mużika bil-Malti - u forsi fil-futur aktar qarib, xi kunċert ieħor? l-aħjar mal-kuxjenza tiegħi. Mingħajr ħafna daqq ta' trombi. Kemm hu importanti l-mod ta' kif tidher għalik? Mhux biżżejjed biex insejjaħ lili nnifsi 'vanituża' imma fix-xena li naħdem fiha jien huwa importanti li Ħames Minuti fiha jien huwa importanti li tidher sew. Id-dehra għalija Kemm hu importanti l-mod ta' kif tidher għalik? Mhux biżżejjed biex insejjaħ lili nnifsi 'vanituża' imma fix-xena li naħdem fiha jien huwa importanti li ma' Corazon Mizzi Ħames Minuti ma' Corazon Mizzi tidher sew. Id-dehra għalija hija forma ta' arti u ħafna drabi nużaha bħala mezz ta' espressjoni wkoll. X'inhu l-aħjar parir li qatt ingħatajt? kbir f 'Malta qalli: 'kuljum aħdem ftit u orqod'. Dan ifisser li wieħed m'għandux fiha jien huwa importanti li tidher sew. Id-dehra għalija imma fix-xena li naħdem fiha jien huwa importanti li "L-ispirazzjoni tiegħi hija l-ħajja ta' kuljum, l-esperjenzi ta' individwi hekk meqjusa 'komuni' iżda li s-sempliċità tagħhom jirrakkontaw ħafna dwar il- ħajja tagħna"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015